EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0160

Kawża T-160/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 8 ta' Lulju 2008 — Lancôme vs UASI — CMS Hasche Sigle (COLOR EDITION) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità — Trade mark Komunitarja verbali COLOR EDITION — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Interess ġuridiku — Artikolu 55 tar-Regolament Nru 40/94)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/50


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2008 — Lancôme vs UASI — CMS Hasche Sigle (COLOR EDITION)

(Kawża T-160/07) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali COLOR EDITION - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Interess ġuridiku - Artikolu 55 tar-Regolament Nru 40/94)

(2008/C 209/88)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lancôme parfums et beauté & Cie SNC (Parigi, Franza) (rappreżentant: E. Baud, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: CMS Hasche Sigle (Cologne, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tas-26 ta' Frar 2006 (Każ R 231/2006-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn CMS Hasche Sigle u Lancôme parfums et beauté & Cie SNC

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lancôme parfums et beauté & Cie SNC għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


Top