EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0340

Kawża T-340/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 2 ta' Lulju 2008 — Stradivarius España vs UASI — Ricci (Stradivari 1715) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Stradivari 1715 — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Stradivarius — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/49


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Lulju 2008 — Stradivarius España vs UASI — Ricci (Stradivari 1715)

(Kawża T-340/06) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Stradivari 1715 - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Stradivarius - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

(2008/C 209/85)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Stradivarius España (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: G. Marin Raigal u P. López Ronda, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u A. Sempio, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Cristina Ricci (Reggello, l-Italja) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzaretti, M. Boretto u E. Gavuzzi, avukati)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-7 ta' Settembru 2006 (Każ R 1024/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Stradivarius España, SA u Cristina Ricci.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stradivarius España, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


Top