EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0304

Kawża T-304/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad- 9 ta' Lulju 2008 — Reber vs UASI — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli (Mozart) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità — Trade mark verbali Komunitarja Mozart — Suġġett tal-kawża — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Obbligu ta' motivazzjoni — Aspettattivi leġittimi — Trattament ugwali — Prinċipju ta' legalità — Artikolu 7(1)(ċ), Artikolu 51(1)(a), l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 73 u l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/48


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2008 — Reber vs UASI — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli (Mozart)

(Kawża T-304/06) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark verbali Komunitarja Mozart - Suġġett tal-kawża - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Obbligu ta' motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Trattament ugwali - Prinċipju ta' legalità - Artikolu 7(1)(ċ), Artikolu 51(1)(a), l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 73 u l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94)

(2008/C 209/84)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Reber GmbH & Co. KG (Bad Reichenhall, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spuhler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (Kilchberg, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: R. Lange u G. Hild, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-8 ta' Settembru 2006 (Każ R-97/2005-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG u Paul Reber GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Paul Reber GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


Top