EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0262

Kawża T-262/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l- 1 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni vs D (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Annullament fl-ewwel istanza tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Mard ikkawżat mix-xogħol — Rifjut li tiġi rikonoxxuta l-oriġini professjonali tal-marda jew ta' l-aggravar tal-marda li jbati minnha l-uffiċjal — Ammissibbiltà tar-rikors — Ammissibbiltà tal-motiv eżaminat fl-ewwel istanza — Awtorità ta' res judicata)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/47


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-1 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni vs D

(Kawża T-262/06 P) (1)

(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Annullament fl-ewwel istanza tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Mard ikkawżat mix-xogħol - Rifjut li tiġi rikonoxxuta l-oriġini professjonali tal-marda jew ta' l-aggravar tal-marda li jbati minnha l-uffiċjal - Ammissibbiltà tar-rikors - Ammissibbiltà tal-motiv eżaminat fl-ewwel istanza - Awtorità ta' res judicata)

(2008/C 209/82)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Currall, aġent)

Appellat: D (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentanti: J. Van Rossum, S. Orlandi, J.-N. Louis, A. Coolen u É. Marchal, avukati)

Parti intervenjenti in sostenn ta' l-appellanti: Axa Belgium (rappreżentanti: inizjalment C.Goossens, P. Meessen u S. Wilment, wara C.Goossens, P. Meessen, avukati)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (L-ewwel Awla), tat-12 ta' Lulju 2006, D vs Il-Kummissjoni (F-18/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Lulju 2006, D vs Il-Kummissjoni (F-18/05) hija annullata.

2)

Il-kawża hija rrinvijata lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


Top