EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0176

Kawża T-176/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 8 ta' Lulju 2008 — Sviluppo Italia Basilicata vs Il-Kummissjoni (Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) — Tnaqqis ta' l-għajnuna finanzjarja — Rikors għal annullament — Fondi ta' kapital ta' riskju — Data ta' skadenza għall-implementazzjoni ta' l-investimenti — Proċedura — Prinċipji ta' protezzjoni ta' l-aspettativa leġittima u ta' ċertezza legali — Prinċipju ta' proporzjonalità — Motivazzjoni — Rikors għad-danni)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/47


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2008 — Sviluppo Italia Basilicata vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-176/06) (1)

(Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) - Tnaqqis ta' l-għajnuna finanzjarja - Rikors għal annullament - Fondi ta' kapital ta' riskju - Data ta' skadenza għall-implementazzjoni ta' l-investimenti - Proċedura - Prinċipji ta' protezzjoni ta' l-aspettativa leġittima u ta' ċertezza legali - Prinċipju ta' proporzjonalità - Motivazzjoni - Rikors għad-danni)

(2008/C 209/81)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Sviluppo Italia Basilicata SpA (Potenza, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, D. Fioretti, S. Frazzani u R. Sciaudone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u M. Velardo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 1706, ta' l-20 ta' April 2006, dwar it-tnaqqis ta' l-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew ta' żvilupp reġjonali favur l-allokazzjoni globali għall-implementazzjoni ta' miżuri ta' sostenn ta' impriżi żgħar u medji li joperaw fir-reġjun tal-Basilicata fl-Italja, mogħtija fil-kuntest Komunitarju ta' sostenn għall-interventi strutturali Komunitarji fir-reġjuni li jaqgħu taħt l-objettiv Nru 1 fl-Italja, u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni kkawżati b'din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sviluppo Italia Basilicata SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 190, 12.8.2006.


Top