EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0070

Kawża T-70/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad- 9 ta' Lulju 2008 — Audi vs UASI (Vorsprung durch Technik) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Vorsprung durch Technik — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni mill-eżaminatur — Dritt għal smigħ)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/46


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2008 — Audi vs UASI (Vorsprung durch Technik)

(Kawża T-70/06) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Vorsprung durch Technik - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni mill-eżaminatur - Dritt għal smigħ)

(2008/C 209/80)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S.O Gillert u F. Schiwek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-16 ta' Diċembru 2005 (Każ R 237/2005-2) li tiċħad parzjalment l-appell mid-deċiżjoni ta' l-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Vorsprung durch Technik għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 14, 25, 28, 37 sa 40 u 42.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Audi AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 96, 22.4.2006.


Top