EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62003TA0054

Kawża T-54/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 8 ta' Lulju 2008 — Lafarge vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-folji tal-ġibs — Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE — Imputazzjoni — Effett dissważiv — Reċidività — Multa — Linji gwida għall-kalkolu ta' l-ammont tal-multi)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/41


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2008 — Lafarge vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-54/03) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-folji tal-ġibs - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE - Imputazzjoni - Effett dissważiv - Reċidività - Multa - Linji gwida għall-kalkolu ta' l-ammont tal-multi)

(2008/C 209/70)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lafarge SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: l-ewwel H. Lesguillons, J. C. Bermond, N. Jalabert-Doury, A. Winckler, F. Brunet u I. Simic, u wara N. Jalabert-Doury, A. Winckler u F. Brunet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel F. Castillo de la Torre u C. Ingen-Housz, u wara F. Castillo de la Torre u F. Arbault, aġenti)

Intervenjent in sostenn tal-parti konvenuta: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Marquardt u E. Karlsson, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta' Novembru 2002 dwar proċediment skond l-Artikolu 81 [KE] kontra BPB plc, Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG, Société Lafarge SA u Gyproc Benelux NV (Kawża COMP/E-1/37,152 — Folji tal-ġibs) (ĠU 2005, L 166, p. 8), jew sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lafarge SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

3)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 101, 26.4.2003.


Top