EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0261

Kawża C-261/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal superior de Justicia de Murcia (Spanja) fid- 19 ta' Ġunju 2008 — María Julia Zurita García vs Delegado del Gobierno en la Región de Murcia

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal superior de Justicia de Murcia (Spanja) fid-19 ta' Ġunju 2008 — María Julia Zurita García vs Delegado del Gobierno en la Región de Murcia

(Kawża C-261/08)

(2008/C 209/49)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Murcia (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Julia Zurita García

Konvenut: Delegado del Gobierno en la Región de Murcia

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari, l-Artikolu 62(1) u (2)(a) tiegħu u dawk tar-Regolament (KE) tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill Nru 562/2006 (1) li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), b'mod partikolari l-Artikoli 5, 11 u 13 tiegħu, għandhom jiġi interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni, bħal dik nazzjonali, flimkien mal-ġurisprudenza li tinterpretaha, li permezz tagħha t-tkeċċija ta' kull “ċittadin ta' pajjiż terz” li m'għandux permess li jawtorizza d-dħul u r-residenza fit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea tista' tiġi ssostitwita minn impożizzjoni ta' multa?


(1)  ĠU L 105, p. 1


Top