EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0236

Kawża C-236/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit- 3 ta' Ġunju 2008 — Google France, Google Inc. vs Louis Vuitton Malletier

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-3 ta' Ġunju 2008 — Google France, Google Inc. vs Louis Vuitton Malletier

(Kawża C-236/08)

(2008/C 209/39)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation (chambre commerciale, financière et économique)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Google France, Google Inc.

Konvenuta: Louis Vuitton Malletier

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(1)(a) u (b) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (1) u l-Artikolu 9(1)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-fornitur ta' servizz ta' referenzar bi ħlas li jqiegħed għad-dispożizzjoni ta' min jirreklama kliem ewlieni li jirriproduċi jew jimita trade marks irreġistrati, u jorganizza, permezz tal-kuntratt ta' referenzar, il-ħolqien u l-wiri privileġġat, fuq il-bażi ta' dan il-kliem ewlieni, ta' links pubbliċitarji għal siti li fuqhom huma proposti prodotti foloz, ikun qed jagħmel użu minn dawn it-trade marks li l-proprjetarju tagħhom huwa intitolat li jipprojbixxi?

2)

F'każ li t-trade marks ikunu trade marks li għandhom reputazzjoni, il-propretarju jista' jipprekludi tali użu, abbażi ta' l-Artikolu 5(2) tad-direttiva, u ta' l-Artikolu 9(1)(ċ) tar-regolament?

3)

F'każ li tali użu ma jikkostitwixxix użu li jista' jiġi pprojbit mill-proprejatarju tat-trade mark, b'applikazzjoni tad-direttiva u tar-regolament, il-fornitur ta' servizz ta' referenzar bi ħlas jista' jiġi kkunsidrat li qed jipprovdi servizz tas-soċjetà ta' l-informazzjoni li jikkonsisti fiż-żamma ta' informazzjoni pprovduta minn dak li jirċievi s-servizz, fis-sens ta' l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tat-8 ta' Ġunju 2000 (3), b'mod li ma jistax jitqies responsabbli qabel ma jiġi informat mill-proprjetarju tat-trade mark bl-użu illegali tas-sinjal minn min jirreklama?


(1)   ĠU 1989, L 40, p. 1.

(2)  ĠU 1994, L 11, p. 1.

(3)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta' Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, p. 1).


Top