EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0233

Kawża C-233/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fit- 30 ta' Mejju 2008 — Milan Kyrian vs Celní úřad Tábor

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/26


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fit-30 ta' Mejju 2008 — Milan Kyrian vs Celní úřad Tábor

(Kawża C-233/08)

(2008/C 209/38)

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Milan Kyrian

Konvenut: Celní úřad Tábor

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 12(3) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 76/308/KEE (1) tal-15 ta' Marzu 1976 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' krediti rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk jitressaq quddiem il-qorti ta' Stat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab rikors intiż kontra miżuri ta' rkupru, din il-qorti hija kompetenti li tivverifika, skond il-liġijiet u r-regolamenti ta' dan l-Istat Membru, jekk it-titolu li jippermetti l-eżekuzzjoni ta' l-irkupru (titolu) huwiex eżegwibbli u jekk dan ġiex regolament innotifikat lid-debitur?

2)

Mill-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, b'mod partikulari mill-prinċipju tad-dritt għal smigħ xieraq, mill-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u mill-prinċipju ta' l-Istat tad-dritt, jirriżulta li n-notifika tat-titolu li jippermetti l-eżekuzzjoni ta' l-irkupru (titolu) lid-debitur f'lingwa għajr dik li huwa jifhem u li lanqas hija l-lingwa uffiċjali ta' l-Istat li fih it-titolu huwa nnotifikat lid-debitur hija vvizjata b'nuqqas li jippermetti li jiġi rrifjutat l-irkupru abbażi ta' tali titolu?


(1)  ĠU L 73, p. 18.


Top