EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0222

Kawża C-222/08: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Belgju

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/24


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Belgju

(Kawża C-222/08)

(2008/C 209/35)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u A. Nijenhuis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tiddikjara li, billi naqas milli jadotta l-miżuri kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/22/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu ta' l-ispejjeż u l-iffinanzjar ta' l-obbligi ta' servizz universali, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 12(1), l-Artikolu 13(1) u l-Anness IV, Taqsima A tad-Direttiva 2002/22/KE;

tikkundanna lir-Renju tal-Belgju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-Direttiva 2002/22 għandha bħala għan, fost oħrajn, li tirregola sitwazzjonijiet li fihom is-suq ma jissodisfax b'mod adegwat l-eżiġenzi tal-konsumaturi finali u fiha dispożizzjonijiet dwar id-disponibbiltà tas-servizz universali. L-Artikolu 12(1) tad-direttiva jistabbilixxi li, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li l-provvista servizz universali jista' jirrappresenta piż żejjed fuq impriżi maħtura biex jipprovdu servizz universali, huma għandhom jikkalkolaw l-ispejjeż netti tal-provvista tiegħu kif indikat fl-imsemmi artikolu. L-Anness IV tat-Taqsima A jistabbilixxi r-regoli dwar il-kalkolu ta' l-ispejjeż netti. L-Artikolu 13(1) jistabbilixxi li, fejn, fuq il-bażi tal-kalkolu ta' l-ispejjeż netti msemmija fl-Artikolu 12, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jsibu li impriża hija suġġetta għal piż żejjed, l-Istati Membri għandhom, permezz ta' talba minn impriża maħtura, jiddeċiedu li jintroduċu mekkaniżmu ta' kumpens.

Skond il-Kummissjoni, il-Belġju naqas milli jittrasponi b'mod korrett id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(1), l-Artikolu 13(1) u ta' l-Anness IV, Taqsima A. Il-leġiżlazzjoni Belġjana tevita l-kwistjoni dwar jekk il-provvista ta' tariffi soċjali fil-kuntest tad-distribuzzjoni tas-servizz universali tikkostitwixxix piż żejjed għall-impriżi maħtura. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni Belġjana ma tissodisfax ir-rekwiżit tal-kalkolu ta' l-ispejjeż netti, kif stabbilit b'mod partikolari fl-aħħar parti ta' l-Anness IV, Taqsima A tad-Direttiva.


Top