EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0215

Kawża C-215/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Bundesgerichtshofs (Il-Ġermanja) fit- 22 ta' Mejju 2008 — E. Friz GmbH vs Carsten von der Heyden

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/23


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Bundesgerichtshofs (Il-Ġermanja) fit-22 ta' Mejju 2008 — E. Friz GmbH vs Carsten von der Heyden

(Kawża C-215/08)

(2008/C 209/33)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof [Qorti Suprema Federali]

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E. Friz GmbH

Konvenut: Carsten von der Heyden

Domandi preliminari

1)

1. L-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li din tinkludi l-adeżjoni ta' konsumatur ma soċjetà, ma soċjetà kummerċjali, ma assoċjazzjoni jew ma kooperttiva meta l-iskop ta' l-adeżjoni mhuwiex dak li l-konsumatur isir imsieħeb fis-soċjetà, fl-assoċjazzjoni jew fil-kooperattiva iżda fejn, bħal ma jiġri ta' spiss l-iktar fil-każ ta' sħubija f'fond immobiljari magħluq, is-sħubija fis-soċjetà tirrappreżenta biss mod alternattiv ta' kif jiġi investit il-kapital, jew fi kliem ieħor il-ksib ta' servizzi li normalment jikkostitwixxu s-suġġett ta' kuntratti reċiproċi?

2)

2. L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi effett legali nazzjonali (ipprovdut mill-ġurisprudenza) skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva, li jipprovdi li fil-każ fejn l-adeżjoni sseħ fid-dar tal-konsumatur, dan l-aħħar konsumatur revokanti jikseb, fil-każ ta' revoka ta' l-adeżjoni, dritt fil-konfront tas-soċjetà, ta' l-assoċjazzjoni jew tal-kooperattiva għall-kwota ta' likwidazzjoni, ikkalkulata b'effett minn meta r-revoka ssir effettiva, jiġifieri għal somma li tkun tikkorrispondi għall-valur tal-kwota ta' sħubija tiegħu fis-soċjetà, fl-assoċjazzjoni jew fil-kooperattiva fil-mument ta' meta huwa ma jibqax imsieħeb, bil-konsegwenza (possibbli) li dan il-konsumatur revokanti, minħabba l-andament ekonomiku tas-soċjetà, ta' l-assoċjazzjoni jew tal-kooperattiva, jikseb ir-rifużjoni ta' ammont li jkun inqas mill-valur tal-kontribuzzjoni tiegħu, jew fi kliem ieħor isib ruħu espost, fil-konfront tagħhom, mhux biss għat-telf tal-kontribuzzjoni magħmula iżda wkoll għall-obbligu li jħallas, safejn il-kwota ta' likwidazzjoni jkollha valur negattiv.


(1)  ĠU L 372, p. 31.


Top