EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0183

Kawża C-183/08 P: Appell ippreżentat fid- 29 ta' April 2008 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fl- 14 ta' Frar 2008 fil-kawża T-351/05, Provincia di Imperia vs Il-Kummissjoni

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/20


Appell ippreżentat fid-29 ta' April 2008 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fl-14 ta' Frar 2008 fil-kawża T-351/05, Provincia di Imperia vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-183/08 P)

(2008/C 209/28)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u L. Flynn, aġenti)

Appellata: Provincia di Imperia

Talbiet ta' l-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Frar 2008 fil-kawża T-351/05;

tiddikjara inammissibbli r-rikors ippreżentat mill-Provincia di Imperia f'din il-kawża;

tikkundanna lill-Provincia di Imperia għall-ispejjeż tal-Kummissjoni f'din il-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Bl-appell tagħha l-Kummissjoni tilmenta li s-sentenza appellata kisret il-kundizzjonijiet ta' ammissibbiltà ta' rikors għal annullament ippreżentat taħt l-Artikolu 230 KE, b'mod partikolari meta tikkunsidra li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kellha interess ġuridiku. Rikors għal annullament ippreżentat minn persuna fiżika jew ġuridika mhuwiex ammissibbli ħlief meta dan ir-rikors ikun jista', bir-riżultat tiegħu, jagħti benefiċċju lill-awtur tiegħu. Issa, f'dan il-każ, ir-rikors tar-rikorrenti huwa manifestament inammissibbli peress li sentenza ta' annullament ta' l-att ikkontestat, ma tistax, hija stess, tagħti “benefiċċju” lil din il-parti. Fil-fatt l-għoti ta' sussidju huwa konċessjoni mogħtija mill-Kummissjoni, u għalhekk, offerent li jirrispondi għal appell għal proposti ma jkollu l-ebda dritt jikseb tali sussidju.

Sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li, anke jekk ir-rikorrenti fl-ewwel istanza kellha interess ġuridiku fil-ġurnata meta ppreżentat ir-rikors, l-istess interess kien ipotetikament spiċċa fil-ġurnata meta l-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza appellata minħabba li l-baġit kollu destinat għas-sejħa għal proposti kien spiċċa u l-programmazzjoni kienet intemmet.


Top