EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CB0386

Kawża C-386/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 5 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — L-Italja) — Hospital Consulting Srl, ATI HC, Kodak SpA, Tecnologie Sanitarie SpA vs Esaote SpA, ATI, Ital Tbs Telematic & Biomedical Service SpA, Draeger Medica Italia SpA, Officina Biomedica Divisione Servizi SpA (Regoli tal-Proċedura — Artikoli 92(1) u 104(3) — Regoli Komunitarji fil-qasam tal-kompetizzjoni — Sistemi nazzjonali dwar it-tariffa ta' l-onorarji ta' avukat — L-iffissar ta' onorarji minimi — Inammissibiltà parzjali — Domandi li r-risposta tagħhom tista' tiġi dedotta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — L-Italja) — Hospital Consulting Srl, ATI HC, Kodak SpA, Tecnologie Sanitarie SpA vs Esaote SpA, ATI, Ital Tbs Telematic & Biomedical Service SpA, Draeger Medica Italia SpA, Officina Biomedica Divisione Servizi SpA

(Kawża C-386/07) (1)

(Regoli tal-Proċedura - Artikoli 92(1) u 104(3) - Regoli Komunitarji fil-qasam tal-kompetizzjoni - Sistemi nazzjonali dwar it-tariffa ta' l-onorarji ta' avukat - L-iffissar ta' onorarji minimi - Inammissibiltà parzjali - Domandi li r-risposta tagħhom tista' tiġi dedotta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2008/C 209/23)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hospital Consulting Srl, ATI HC, Kodak SpA, Tecnologie Sanitarie SpA

Konvenuti: Esaote SpA, ATI, Ital Tbs Telematic & Biomedical Service SpA, Draeger Medica Italia SpA, Officina Biomedica Divisione Servizi SpA

Fil-preżenza ta': Azienda Sanitaria locale ULSS nru 15 (Alta Padovana, Regione Veneto)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 10 u 81(1) KE u tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Frar 1998, sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta' avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU L 77, p. 36) — Iffissar, minn organizzazzjoni professjonali nazzjonali, ta' tariffa obbligatorja għas-servizzi ta' avukat suġġetta għal approvazzjoni ministerjali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-imħallfin, fil-kuntest tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fuq l-ispejjeż, li jidderogaw mill-onorarji minimi stabiliti

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 10 KE u 81 KE ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi bħala regola li ssir deroga mill-onorarji minimi approvati mid-digriet ministerjali, fuq il-bażi ta' abbozz imfassal minn organizzazzjoni professionali ta' l-avukati bħall-Consiglio nazionale forense, u li tipprojbixxi wkoll lill-qorti, meta tkun qed tiddeċiedi fuq l-ammont ta' l-ispejjeż li l-parti li tilfet għandha tħallas favur il-parti l-oħra, li tidderoga mill-imsemmija onorarji minimi.

2)

It-tielet domanda magħmula mill-Consiglio di Stato, permezz tad-deċiżjoni tat-13 ta' Jannar 2006, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


Top