EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CB0109

Kawża C-109/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l- 14 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Prud'homie de pêche — Franza) — Jonathan Pilato vs Jean-Claude Bourgault (Kunċett ta' qorti jew tribunal nazzjonali — Nuqqas ta' ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-14 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Prud'homie de pêche — Franza) — Jonathan Pilato vs Jean-Claude Bourgault

(Kawża C-109/07) (1)

(Kunċett ta' qorti jew tribunal nazzjonali - Nuqqas ta' ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2008/C 209/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Prud'homie de pêche

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jonathan Pilato

Konvenut: Jean-Claude Bourgault

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Prud'hommie de pêche de Martigues (Franza) — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 11a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, tad-29 ta' April 1997, li jippreskrivi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd (ĠU l 132, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1239/98, tat-8 ta' Ġunju 1998 (ĠU l 171, P. 1) — Definizzjoni tal-kunċett ta' “pariti” — Inklużjoni tat-“thonaille”? — L-għan ambjentali tal-miżura ta' projbizzjoni prevista fl-artikolu msemmi — Validità ta' din id-dispożizzjoni fid-dawl, b'mod partikolari, tal-bażi legali li fuqha kienet ġiet adottata

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament m'għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi li sarulha mill-Prud'homie de pêche de Martigues permezz ta' deċiżjoni tas-17 ta' Diċembru 2006.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


Top