EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0341

Kawża magħquda C-341/06 P u C-342/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) ta' l- 1 ta' Lulju 2008 — Chronopost SA (C-341/06 P), La Poste (C-342/06 P) vs Union française de l'express (UFEX), DHL Express (France) SAS, Federal express international (France) SNC, CRIE SA, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Repubblika Franċiża (Appell — Regolarità tal-proċedura segwita quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza — Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istsanza — Annullament — Rinviju — Tieni sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza — Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti — Għajnuna mill-Istat — Settur postali — Impriża pubblika inkarigata minn servizz ta' interess ekonomiku ġenerali — Assistenza loġistika u kummerċjali lil kumpannija sussidjarja — Kumpannija sussidjarja li ma toperax f'settur irriżervat — Trasferiment ta' l-attività ta' kunsinna espressa lil din il-kumpannija sussidjarja — Kunċett ta' għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Assistenza u trasfermiment li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat — Motivazzjoni)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) ta' l-1 ta' Lulju 2008 — Chronopost SA (C-341/06 P), La Poste (C-342/06 P) vs Union française de l'express (UFEX), DHL Express (France) SAS, Federal express international (France) SNC, CRIE SA, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża magħquda C-341/06 P u C-342/06 P) (1)

(Appell - Regolarità tal-proċedura segwita quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza - Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istsanza - Annullament - Rinviju - Tieni sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti - Għajnuna mill-Istat - Settur postali - Impriża pubblika inkarigata minn servizz ta' interess ekonomiku ġenerali - Assistenza loġistika u kummerċjali lil kumpannija sussidjarja - Kumpannija sussidjarja li ma toperax f'settur irriżervat - Trasferiment ta' l-attività ta' kunsinna espressa lil din il-kumpannija sussidjarja - Kunċett ta' “għajnuna mill-Istat’ - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Assistenza u trasfermiment li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat - Motivazzjoni)

(2008/C 209/09)

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Chronopost SA [rappreżentant: D. Berlin, avocat) (C-341/06 P), La Poste (rappreżentant: H. Lehman, avocat) (C-342/06 P)]

Il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma: Union française de l'express (UFEX), DHL Express (France) SAS, Federal express international (France) SNC, CRIE SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u J. Derenne, avocats), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Giolito, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant: G. de Bergues u F. Million, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla Estiża) tas-7 ta' Ġunju 2006, Ufex et vs Il-Kummissjoni (T-613/97), li permezz tagħha annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/365/KE, ta' l-1 ta' Ottubru 1997, li tikkonċerna l-għajnuna li Franza allegatament tat lil SFMI-Chronopost, inkwantu tikkonstata li la l-assistenza loġistika u kummerċjali pprovduta minn La Poste lill-kumpannija sussidjarja tagħha, jiġifieri lil SFMI-Chronopost, u lanqas it-trasferiment ta' Postadex ma jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat favur SFMI-Chronopost — Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq minħabba nuqqas ta' imparzjalità tal-Qorti tal-Prim'Istanza (kulleġġ ġudikanti parzjalment identiku għal dak li kien adotta sentenza preċedenti, li ġiet annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja) — Abbuż ta' poter u ksur ta' l-Artikoli 230 KE u 253 KE — Ksur tal-kunċett ta' għajnuna mill-Istat u, għalhekk, ta' l-Artikolu 87 KE.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-7 ta' Ġunju 2006, UFEX et vs Il-Kummissjoni (T-613/97), hija annullata, minn naħa, sa fejn tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/365/KE ta' l-1 ta' Ottubru 1997, dwar l-għajnuna li Franza kienet tat lil SFMI-Chronopost, inkwantu tikkonstata li la l-assistenza loġistika u kummerċjali pprovduta minn La Poste lill-kumpannija sussidjarja tagħha, jiġifieri lil SFMI-Chronopost, u lanqas it-trasferiment ta' Postadex ma jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat favur SFMI-Chronopost, u min-naħa l-oħra, in kwantu b'konsegwenza tiffissa l-ispejjeż.

2)

Ir-rikors ippreżentat taħt in-Nru T-613/97 quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej huwa miċħud.

3)

Kull parti, inkluża r-Repubblika Franċiża, għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 249, 14.10.2006.


Top