EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0183
Case T-183/08: Action brought on 16 May 2008 — Schuhpark Fascies v OHIM — Leder & Schuh (jello SCHUHPARK)
Kawża T-183/08: Rikors ippreżentat fis- 16 ta' Mejju 2008 — Schuhpark Fascies. vs L-UASI — Leder & Schuh (jello SCHUHPARK)
Kawża T-183/08: Rikors ippreżentat fis- 16 ta' Mejju 2008 — Schuhpark Fascies. vs L-UASI — Leder & Schuh (jello SCHUHPARK)
ĠU C 171, 5.7.2008, p. 47–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 171/47 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Mejju 2008 — Schuhpark Fascies. vs L-UASI — Leder & Schuh (jello SCHUHPARK)
(Kawża T-183/08)
(2008/C 171/89)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Schuhpark Fascies GmbH (Warendorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Peter u J. Braune, Rechtsanwälte)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Leder & Schuh AG (Graz, l-Awstrija)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta' Marzu 2008, Każ R 1560/2006-4; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Leder & Schuh AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali u figurattiva “jello SCHUHPARK” għal prodotti fil-klassijiet 1, 3, 9, 14, 16, 18, 21, 24-26 u 28 (applikazzjoni Nru 1 269 372)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniż “Schuhpark” għal prodotti fil-klassi 25 (Nru 1 007 149), fir-rigward ta' l-oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni fil-klassijiet 18, 21, 25 u 26
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' parzjalment l-oppożizzjoni u tiċħad parzjalment it-talba
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni
Motivi invokati: Ksur tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 43(2) u ta' l-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 40/94 (1), kif ukoll tat-tieni sentenza tar-Regola 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (2), billi r-rikorrenti ġabet prova suffiċjenti ta' l-użu ġenwin tat-trade mark opponenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 1).