EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0224

Kawża C-224/08: Rikors ippreżentat fit- 23 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Franza

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Franza

(Kawża C-224/08)

(2008/C 171/46)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanta: C. Huvelin, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Franza

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali] u, fi kwalunkwe każ billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika ta' Franza naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta' din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika ta' Franza għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu stabbilit għat-trapożizzjoni tad-Direttiva 2006/100/KE skada fid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri fl-1 ta' Jannar 2007. Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenuta ma kenitx ħadet il-miżuri neċessarji għat-traspożizzjoni kompluta tad-direttiva, b'mod partikolari għal dak li jirrigwarda l-professjoni medika, ta' l-avukati u tal-periti.


(1)  ĠU L 363, p. 141.


Top