EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0164

Kawża C-164/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Rethymnis (il-Greċja), fis- 17 ta' April 2008 — Michail Zacharioudakis vs Dimos Lampis

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Rethymnis (il-Greċja), fis-17 ta' April 2008 — Michail Zacharioudakis vs Dimos Lampis

(Kawża C-164/08)

(2008/C 171/34)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Monomeles Protodikeio Rethymnis.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michail Zacharioudakis.

Konvenut: Dimos Lampis.

Domandi preliminari

1)

Il-Klawżola 5 u l-Klawżola 8(1) u (3) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, li jifforma parti integrali mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (ĠU L 175 ta' l-10 ta' Lulju 1999, p. 43), għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt Komunitarju jipprojbixxi (għall-finijiet ta' l-implementazzjoni ta' l-imsemmi Ftehim Qafas) lill-Stat Membru milli jadotta miżuri meta:

a)

qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, tkun diġà teżisti fis-sistema legali nazzjonali, miżura legali ekwivalenti, skond il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas?

b)

il-miżuri adottati għall-implementazzjoni tal-Ftehim Qafas ikunu jinvolvu tnaqqis fil-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss?

2)

F'każ ta' risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, safejn qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 1999/70/KE kienet teżisti, fis-sistema legali nazzjonali, miżura ekwivalenti skond il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas, bħall-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 2112/1920 in kwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kkunsidrat li l-adozzjoni ta' att leġiżlattiv sabiex jiġi implementat il-Ftehim Qafas — bħall-Artikolu 11 tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004, in kwistjoni fil-kawża prinċipali — tikkostitwixxi tnaqqis inaċċettabbli fis-sistema legali nazzjonali tal-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss, skond il-Klawżola 8(1) u (3) tal-Ftehim Qafas:

a)

meta l-imsemmija miżura leġiżlattiva ta' implementazzjoni tal-Ftehim Qafas tiġi adottat wara li jkun skada t-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 1999/70/KE, iżda li ratione temporis tapplika biss għall-kuntratti u għar-relazzjonijiet ta' impjieg għal żmien fiss li kienu validi qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżura jew li kienu skadew f'perijodu determinat qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżura, iżda wara d-data ta' l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva, filwaqt li l-applikazzzjoni tal-miżura legali ekwivalenti li kienet diġà teżisti ma tkunx limitata fiż-żmien u tkun tirrigwarda l-kuntratti ta' impjieg għal żmien fiss kollha konlużi, validi jew li jkunu skadew, meta daħlet fis-seħħ id-Direttiva u meta jkun skada t-terminu għat-traspożizzjoni tagħha?

b)

meta fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-imsemmija miżura leġiżlattiva jidħlu biss il-kuntratti jew relazzjonijiet ta' impjieg għal żmien fiss li, sabiex jiġu kkunsidrati bħala suċċessivi, għandhom b'mod kumulattiv: i) ma jkunux separati minn intervalli li jeċċedu t-tliet xhur u ii) jkollhom terminu totali ta' mill-inqas erba' u għoxrin xahar qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżura msemmija, indipendentement min-numru ta' tiġdidiet kuntrattwali, jew li kellhom, qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżura msemmija terminu ta' mill-inqas tmintax-il xahar fuq total ta' erba' u għoxrin, bil-kundizzjoni li l-kuntratt ikun iġġedded mill-inqas tliet darbiet, minbarra l-kuntratt inizjali, filwaqt li l-miżura legali ekwivalenti li kienet diġà teżisti ma tkunx timponi tali kundizzjonijiet iżda tapplika għall-kuntratti ta' impjieg kollha (suċċessivi) għal żmien fiss, indipendentement mit-tul ta' żmien minimu ta' impjieg u min-numru minimu ta' tiġdidiet?

ċ)

meta l-imsemmija miżura leġiżlattiva li timplementa l-Ftehim Qafas toħloq, sabiex tipproteġi lill-ħaddiema impjegati għal żmien fiss u sabiex tipprevjeni l-abbuż skond il-Ftehim Qafas, il-konsegwenza legali li l-kuntratti ta' impjieg għal żmien fiss jiġu kkwalifikati bħala kuntratt għal żmien mhux iddeterminat ex nunc, filwaqt li l-miżura legali ekwivalenti li kienet diġà teżisti tistabbilixxi li din il-kwalifika għandha ssir b'mod retroattiv (ex tunc)?

3)

F'każ ta' risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, safejn qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 1999/70/KE kienet teżisti miżura ekwivalenti skond il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas, bħad-dispożizzjoni rilevanti f'dan il-każ ta' l-Artikolu 8(3) tal-liġi Nru 2112/1920, għandu jiġi kkunsidrat li l-adozzjoni ta' miżura leġiżlattiva għall-implementazzjoni tal-Ftehim Qafas bħad-dispożizzjoni rilevanti f'dan il-każ ta' l-Artikolu 7 tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004 — li bħala l-unika protezzjoni kontra l-abbuż tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss timponi fuq min iħaddem l-obbligu li jħallas il-pagi u indennizz għat-tkeċċija mix-xogħol, f'każ ta' impjieg abbużiv permezz ta' kuntratti ta' impjieg għal żmien fiss suċċessivi — tikkostitwixxi tnaqqis inaċċettabbli, fis-sistema legali nazzjonali, tal-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss, skond il-Klawżola 8(1) u (3) tal-Ftehim Qafas, fid-dawl tal-fatt:

a)

li l-obbligu ta' min iħaddem li jħallas il-pagi u indennizz għat-tkeċċija mix-xogħol huwa previst mid-dritt nazzjonali għall-każijiet kollha ta' relazzjoni ta' xogħol u mhuwiex speċifikatament intiż sabiex jipprevjeni l-abbuż fis-sens tal-Ftehim Qafas; u

b)

li l-applikazzjoni tal-miżura legali ekwivalenti li kienet diġà teżisti għandha bħala konsegwenza legali li l-kuntratti ta' impjieg suċċessivi għaż-żmien iffissat jiġu kkwalifikati bħala kuntratt għal żmien fiss?

4)

F'każ ta' risposta fil-pożittiv għad-domandi preċedenti, meta tinterpreta d-dritt nazzjonali tagħha fid-dawl tad-Direttiva 1999/70/KE, il-Qorti nazzjonali għandha teskludi d-dispożizzjonijiet li ma jkunux kompatibbli mad-Direttiva li jkunu ġew adottati minħabba t-tħaddim tal-Ftehim Qafas, iżda li jwasslu għal tnaqqis fil-livell ġenerali ta' protezzjoni fid-dritt nazzjonali tal-ħaddiema impjegati għal żmien fiss — bħad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 u 11 tad-Digriet Presidenzjali Nru 164/2004 — u tapplika, minflok dawn, id-dispożizzjonijiet tal-miżura legali ekwivalenti nazzjonali li kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, bħad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 2112/1920?

5)

Il-fatt li qorti nazzjonali kompetenti tiddeċiedi li, f'dak li jirrigwarda impjiegi għal żmien fiss hija applikabbli, bħala prinċipju, dispożizzjoni (f'dan il-każ l-Artikolu 8(3) tal-liġi Nru 2112/1920) li tikkostitwixxi miżura legali ekwivalenti skond il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas u abbażi ta' liema l-konstatazzjoni li xi kuntratti ta' impjieg ġew konklużi għal żmien fiss mingħajr ma jkunu ġġustifikati minn xi raġuni oġġettiva li tirrigwarda n-natura jew il-karatteristiċi tal-kuntratt jew l-attività, jimplika l-kwalifikazzjoni ta' dan il-kuntratt bħala kuntratt għal żmien mhux iddeterminat:

a)

interpretazzjoni u implementazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-qorti nazzjonali, bis-saħħa ta' liema l-fatt li l-konklużjoni tar-relazzjonijiet ta' impjieg għal żmien fiss fis-settur pubbliku kienet legalment ibbażata fuq liġi li tirrigwarda x-xogħol għal żmien fiss sabiex jiġu koperti bżonnijiet soċjali speċjali, komplimentari, urġenti jew provviżorji, anki meta dawn il-bżonnijiet ikunu fir-realità “permanenti u dewwiema”, jikkostitwixxu f'kull każ raġuni oġġettiva li tiġġustifika l-konklużjoni ta' kuntratti għal żmien fiss, hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju?

b)

id-dritt Komunitarju jipprekludi interpretazzjoni u implementazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-qorti nazzjonali, bis-saħħa ta' liema dispożizzjoni li tipprojbixxi li kuntratti ta' impjieg għal żmien fiss konklużi fis-settur pubbliku jiġu ttrasformati f'kuntratti ta' impjieg għal żmien mhux iddeterminat għandha tiġi interpretata fis-sens li fis-settur pubbliku, it-trasformazzjoni ta' kuntratt għal żmien fiss f'kuntratt għal żmien mhux iddeterminat hija totalment ipprojbita, anki meta dan il-kuntratt ikun ġie konkluż għal żmien fiss b'mod abbużiv (jiġifieri meta l-bżonnijiet li ġew sodisfatti kienu fir-realtà permanenti u dewwiema), u li f'tali każ, il-qorti nazzjonali ma tistax tevalwa iktar in-natura reali tar-relazzjoni ta' impjieg ikkontestata sabiex tipproċedi għall-kwalifika korretta tagħha bħala kuntratt għal żmien mhux iddeterminat? Jew inkella, il-projbizzjoni msemmija iktar 'il fuq għandha tillimita ruħa biss għall-kuntratti għal żmien fiss li jkunu ġew realment konklużi sabiex ikopru bżonnijiet proviżorji, mhux previsti, urġenti, eċċezzjonali jew simili, bl-eċċezzjoni tal-kuntratti konklużi sabiex ikopru bżonnijiet li fil-fatt huma permanenti u dewwiema?


Top