EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0152

Kawża C-152/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fil- 15 ta' April 2008 — Real Sociedad de Fútbol S. A. D. u Nihat Kahveci vs Consejo Superior de Deportes u Real Federación Española de Fútbol

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fil-15 ta' April 2008 — Real Sociedad de Fútbol S. A. D. u Nihat Kahveci vs Consejo Superior de Deportes u Real Federación Española de Fútbol

(Kawża C-152/08)

(2008/C 171/28)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Real Sociedad de Fútbol S. A. D. u Nihat Kahveci.

Konvenuta: Consejo Superior de Deportes u Real Federación Española de Fútbol.

Domandi preliminari

L-Artikolu 37 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija (1), iffirmat f'Ankara fit-12 ta' Settembru 1963 u approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta' Diċembru 1963, kif ukoll il-Protokoll Addizzjonali tiegħu tat-23 ta' Novembru 1970 (2), jipprekludu li federazzjoni sportiva tapplika fil-konfront ta' atleta professjonali ta' nazzjonalità Torka, li huwa legalment impjegat minn klabb tal-futbol Spanjol, bħal dak fil-kawża prinċipali, regoli li bis-saħħa tagħhom il-klabbs ikunu jistgħu biss jużaw numru limitat ta' atleti li joriġinaw minn Stati terzi li ma jiffurmawx parti miż-Żona Ekonomika Ewropea fil-kompetizzjonijiet nazzjonali?


(1)  Ftehim li ħoloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat f'Ankara fit-12 ta' Settembru 1963 u konkluż, approvat u kkonfermat f'isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta' Diċembru 1963 (ĠU 1964, 217, p. 3685).

(2)  Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-23 ta' Novembru 1970 fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f'isem il-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta' Diċembru 1972 (ĠU L 293, p. 1).


Top