EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0057

Kawża C-57/08 P: Appell ippreżentat fit- 13 ta' Frar 2008 minn Gateway, Inc. mis-sentenza mogħtija fil-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) fis- 27 ta' Novembru 2007 fil-kawża T-434/05: Gateway, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI)

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/12


Appell ippreżentat fit-13 ta' Frar 2008 minn Gateway, Inc. mis-sentenza mogħtija fil-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) fis-27 ta' Novembru 2007 fil-kawża T-434/05: Gateway, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-57/08 P)

(2008/C 171/20)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Gateway, Inc. (rappreżentant: C. R. Jones, Solicitor)

Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Fujitsu Siemens Computers GmbH

Talbiet ta' l-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tas-27 ta' Novembru 2007 fil-kawża T-434/05;

tilqa' fl-intier tagħha, l-oppożizzjoni ta' l-appellanti għar-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet l-iżbalji li ġejjin:

a)

Il-kliem “media gateway” u “gateway” għandhom sinjifikat speċifiku ħafna fis-suq ta' l-IT għal forom partikolari ta' strumenti li jikkonvertu protokol jew format f' protokol jew format ieħor. Madankollu, il-Qorti tal-Prim'Istanza b'mod żbaljat ikkonstatat li meta “gateway” kienet inkluża bħala element tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni din serviet sabiex tindika karatteristiċi deskrittivi tal-prodotti jew tas-servizzi kollha koperti mill-ispeċifikazzjoni kkontestata, filwaqt illi fil-fatt ebda mill-prodotti jew servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata mhuma mniżżla bħala “media gateways” jew “gateways”.

b)

Hija b'mod żbaljat iddefiniet il-pubbliku kkonċernat bħala li huwa magħmul minn konsumaturi li jixtru biss prodotti jew servizzi relatati mal-kompjuters, għajr milli konsumaturi tal-prodotti u tas-servizzi kollha koperti mill-ispeċifikazzjoni kkontestata.

c)

Hija b'mod żbaljat ikkonstatat li t-trade marks kunfliġġenti mhumiex viżivament, fonetikament jew kunċettwalment simili.

d)

Hija b'mod żbaljat ikkonstatat li l-kwistjoni ta' xebh fir-rigward ta' żewġ trade marks verbali kunfliġġenti għandha tkun suġġetta għall-kundizzjoni li l-impressjoni globali viżiva, fonetika jew kunċettwali prodotta mis-sinjal verbali kompost tkun dominata mill-parti li hija rrappreżentata mit-trade mark preċedenti.

e)

Meta wettqet l-evalwazzjoni tagħha tax-xebh bejn it-trade marks kunfliġġenti hija naqqset milli tagħti biżżejjed piż lill-karattru distintiv ta' “gateway” bħala trade mark preċedenti ta' l-appellanti għal prodotti u servizzi relatati mal-kompjuters fi ħdan il-pubbliku rilevanti mmirat.

f)

Hija naqqset milli tikkunsidra biżżejjed il-fatt li trade marks li għandhom karattru distintiv għoli, jew minnhom nfushom jew minħabba l-fama tagħhom, igawdu minn protezzjoni ikbar minn trade marks li għandhom inqas karattru distinvtiv.

g)

Hija b'mod żbaljat ikkonkludiet li “gateway” m'għandhiex rwol distint u indipendenti fit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni.

h)

Hija b'mod żbaljat ikkonstatat li l-probabbiltà ta' konfużjoni għandha tkun suġġetta għall-kundizzjoni li l-impressjoni globali prodotta mis-sinjal kompost tkun iddominata mill-parti li hija rrappreżentata mit-trade mark preċedenti.

i)

Hija naqqset milli tevalwa kif suppost l-impatt viżiv, kunċettwali u fonetiku probabbli li l-kelma “gateway” ikollha fuq il-konsumatur medju tal-prodotti u tas-servizzi in kwistjoni meta inkorporata bħala element tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni.


Top