EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0271

Kawża C-271/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l- 20 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 96/61/KE — Prevenzjoni u kontroll integrat tat-tniġġis — Traspożizzjoni inkompleta u inkorretta)

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l-20 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-271/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/61/KE - Prevenzjoni u kontroll integrat tat-tniġġis - Traspożizzjoni inkompleta u inkorretta)

(2008/C 171/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: C. Pochet, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni parzjali, inkorretta jew ineżistenti ta' l-Artikolu 2(2), (3), (4), (5), (6), (7), (9), (10) u (11), l-Artikolu 3, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(3), (4), (5) u (6), l-Artikolu 10, l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 14, l-Artikolu 17(2) u ta' l-Annessi I u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, p. 26) — Nuqqas ta' qbil bejn il-kamp ta' applikazzjoni materjali tal-miżuri ta' traspożizzjoni u dak tad-direttiva — Setgħa diskrezzjonali wiesgħa wisq mogħtija lill-awtoritajiet reġjonali f'dak li jikkonċerna l-permessi ta' tħaddim u ċ-ċirkostanzi li fihom kunsiderazzjoni mill-ġdid u/jew aġġornament tal-kundizzjonijiet tal-permess għandhom isiru.

Dispożittiv

1)

Billi ttraspona parzjalment jew inkorrettament l-Artikolu 2(2) sa (7) u (9) sa (11), l-Artikolu 3, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(3) sa (6), l-Artikolu 10, l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(1) u (2) u l-Artikolu 14 kif ukoll-Annessi I u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 8.9.2007.


Top