EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0352

Kawża C-352/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) ta' l- 20 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln — Il-Ġermanja) — Brigitte Bosmann vs Bundesagentur für Arbeit — Familienkassse Aachen ( Sigurtà soċjali — Allowances tal-familja — Sospensjoni tad-dritt għall-benefiċċji — Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 — Leġiżlazzjoni applikabbli — Għoti ta' benefiċċji fl-Istat Membru ta' residenza li mhuwiex l-Istat kompetenti )

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) ta' l-20 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln — Il-Ġermanja) — Brigitte Bosmann vs Bundesagentur für Arbeit — Familienkassse Aachen

(Kawża C-352/06) (1)

(“Sigurtà soċjali - Allowances tal-familja - Sospensjoni tad-dritt għall-benefiċċji - Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 - Leġiżlazzjoni applikabbli - Għoti ta' benefiċċji fl-Istat Membru ta' residenza li mhuwiex l-Istat kompetenti’)

(2008/C 171/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brigitte Bosmann

Konvenuta: Bundesagentur für Arbeit — Familienkassse Aachen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Köln — Interpetazzjoni ta' l-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, ta' l-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2) — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta' Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 74, p. 1) — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 39 KE — Interpretazzjoni ta' prinċipji ġenerali — Dritt għal allowance għal tfal dipendenti — Sospensjoni ta' benefiċċji magħmula fl-Istat ta' residenza — Dritt għal benefiċċji ta' l-istess natura fl-Istat ta' impjieg

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, ta' l-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata tiegħu u aġġornata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta' Diċembru 1996, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' April 2005, ma jipprekludix ħaddiem migrant, li huwa suġġett għall-iskema tas-sigurtà soċjali ta' l-Istat Membru ta' impjieg, milli jirċievi bl-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru ta' residenza, benefiċċji tal-familja f'dan l-aħħar Stat.

2)

Huwa għall-qorti tar-rinviju li tiddetermina jekk il-punt li tkun taf jekk ħaddiem, li jinsab fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, imurx lura fir-residenza tal-familja fl-Istat Membru kkonċernat fi tmiem kull jum ta' ħidma huwiex rilevanti sabiex jiġi evalwat jekk ħaddiem bħal dan jissodisfax l-kundizzjonijiet neċessarji ta' għoti tal-benefiċċju tal-familja in kwistjoni f'dan l-Istat skond il-leġiżlazzjoni tiegħu.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006.


Top