EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0147

Kawża magħquda C-147/06 u C-148/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal- 15 ta' Mejju 2008 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-Consiglio di Stato — L-Italja) — SECAP SpA (C-147/06) vs Comune di Torino, fil-preżenza ta': Tecnoimprese Srl, Gambarana Impianti Snc, ICA Srl, Cosmat Srl, Consorzio Ravennate, ARCAS SpA, Regione Piemonte, u Santorso Soc. coop. arl (C-148/06) vs Comune di Torino, fil-preżenza ta': Bresciani Bruno Srl, Azienda Agricola Tekno Green Srl, Borio Giacomo Srl, Costrade Srl (Kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi — Għoti ta' kuntratti — Offerti baxxi b'mod anormali — Modi ta' esklużjoni — Kuntratti għal xogħlijiet li ma jilħqux il-livelli ta' valur previsti mid-Direttivi 93/37/KEE u 2004/18/KE — Obbligi ta' l-awtorità kontraenti li jirriżultaw minn prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju)

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-15 ta' Mejju 2008 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-Consiglio di Stato — L-Italja) — SECAP SpA (C-147/06) vs Comune di Torino, fil-preżenza ta': Tecnoimprese Srl, Gambarana Impianti Snc, ICA Srl, Cosmat Srl, Consorzio Ravennate, ARCAS SpA, Regione Piemonte, u Santorso Soc. coop. arl (C-148/06) vs Comune di Torino, fil-preżenza ta': Bresciani Bruno Srl, Azienda Agricola Tekno Green Srl, Borio Giacomo Srl, Costrade Srl

(Kawża magħquda C-147/06 u C-148/06) (1)

(Kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi - Għoti ta' kuntratti - Offerti baxxi b'mod anormali - Modi ta' esklużjoni - Kuntratti għal xogħlijiet li ma jilħqux il-livelli ta' valur previsti mid-Direttivi 93/37/KEE u 2004/18/KE - Obbligi ta' l-awtorità kontraenti li jirriżultaw minn prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju)

(2008/C 171/04)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SECAP SpA (C-147/06), Santorso Soc. coop. arl (C-148/06)

Konvenut: Comune di Torino

Fil-preżenza ta': Tecnoimprese Srl, Gambarana Impianti Snc, ICA Srl, Cosmat Srl, Consorzio Ravennate, ARCAS SpA, Regione Piemonte (C-147/06), Bresciani Bruno Srl, Azienda Agricola Tekno Green Srl, Borio Giacomo Srl, Costrade Srl (C-148/06)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, ta' l-14 ta' Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 199, p. 54) u ta' l-Artikolu 55(1) u (2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, p. 114) — Offerti baxxi b'mod anormali — Portata ta' l-obbligu li tinbeda proċedura ta' verifika kontradittorja

Dispożittiv

Ir-regoli fundamentali tat-Trattat KE dwar il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif ukoll il-prinċipju ġenerali ta' non-diskriminazzjoni, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, f'dak li jirrigwarda l-kuntratti ta' valur inqas mil-livell stabbilit fl-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, ta' l-14 ta' Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, kif emendata permezz tad-Direttiva 97/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 1997, u li jkollhom interess transkonfinali ċert, tobbliga imperattivament lill-awtoritajiet kontraenti, meta n-numru ta' offerti validi jkun aktar minn ħamsa, jeskludu awtomatikament l-offerti kkunsidrati bħala baxxi b'mod anormali meta mqabbla mal-prestazzjoni, skond kriterju matematiku previst minn din il-leġiżlazzjoni, mingħajr ma tħalli ebda possibbilità lill-imsemmija awtoritajiet kontraenti li jivverifikaw l-elementi kostitwenti ta' dawn l-offerti billi jitolbu dettalji dwar dawn l-elementi mingħand l-offerenti. Dan ma jkunx il-każ jekk leġiżlazzjoni nazzjonali jew lokali, jew saħansitra l-awtorità kontraenti kkonċernata, minħabba n-numru kbir ħafna ta' offerti li jista' jobbliga lill-awtorità kontraenti tivverifika, b'mod kontradittorju, numru ta' offerti tant kbir li jkun aktar mill-kapaċità amministrattiva tagħha jew jista', minħabba d-dewmien li din il-verifika tista' toħloq, ipoġġi fil-periklu t-twettiq tal-proġett, jistabbilixxu livell raġjonevoli li jekk ma jintlaħaqx tiġi applikata l-esklużjoni awtomatika ta' offerti baxxi b'mod anormali.


(1)  ĠU C 143, 17.6.2006.

ĠU C 154, 1.7.2006.


Top