EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0438

Kawża C-438/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — Repubblika tal-Polonja) — Bogusław Juliusz Dankowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi ( “Sitt Direttiva tal-VAT — Dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa — Servizzi pprovduti — Persuna li mhijiex inkluża fir-reġistru tal-VAT — Referenzi obbligatorji fuq il-fattura għall-finijiet tal-VAT — Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali — Esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis skont l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-VAT” )

ĠU C 63, 26.2.2011, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — Repubblika tal-Polonja) — Bogusław Juliusz Dankowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

(Kawża C-438/09) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Servizzi pprovduti - Persuna li mhijiex inkluża fir-reġistru tal-VAT - Referenzi obbligatorji fuq il-fattura għall-finijiet tal-VAT - Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali - Esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis skont l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-VAT)

2011/C 63/15

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bogusław Juliusz Dankowski

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

Suġġett

Talba għal deċiżoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(6) tad-Direttiva 77/388/KEE: is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Kompatibbiltà ma’ din id-dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li teskludi d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa fir-rigward ta’ provvista ta’ servizzi u fuq il-bażi ta’ fattura maħruġa, bi ksur tad-dritt nazzjonali, minn persuna li mhijiex inkluża fir-reġistru tal-persuni suġġetti għall-VAT

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 18(1)(a) u 22(3)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/18/KE, tal-14 ta’ Frar 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna taxxabbli tibbenefika minn dritt għal tnaqqis għal dak li jirrigwarda t-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa għal servizzi pprovduti minn persuna taxxabbli oħra li mhijiex irreġistrata għall-finijiet ta’ din it-taxxa, meta l-fatturi rilevanti jikkontjenu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-imsemmi Artikolu 22(3)(b), b’mod partikolari dawk meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuna li stabbilixxiet l-imsemmija fatturi u n-natura tas-servizzi pprovduti.

(2)

L-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendat bid-Direttiva 2006/18, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa minn persuna taxxabbli lil persuna oħra taxxabbli, li tipprovdi servizzi, meta din l-aħħar imsemmija ma hijiex irreġistrata għall-finijiet ta’ din it-taxxa.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010


Top