EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0301

Kawża C-301/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 10 ta' Frar 2009 — L-Irlanda vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Direttiva 2006/24/KE — Żamma ta' data ġġenerata jew ipproċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika — Għażla tal-bażi legali)

ĠU C 82, 4.4.2009, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta' Frar 2009 — L-Irlanda vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-301/06) (1)

(Rikors għal annullament - Direttiva 2006/24/KE - Żamma ta' data ġġenerata jew ipproċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika - Għażla tal-bażi legali)

(2009/C 82/03)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L-Irlanda [rappreżentanti: D. O'Hagan, aġent, E. Fitzsimons, D. Barniville u A. Collins SC]

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: J. Čorba, aġent)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Duintjer Tebbens, M. Dean u A. Auersperger Matić, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-C. Piris, J. Schutte u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: M. A. Sampol Pucurull u J. Rodríguez Cárcamo, aġenti), ir-Renju tal-Olanda (rappreżentanti: C. ten Dam u C. Wissels, aġenti), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Docksey, R. Troosters u C. O'Reilly, aġenti), il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (rappreżentant: H. Hijmans, agent)

Suġġett

Annullament tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Marzu 2006, dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' networks ta' komunikazzjoni pubblika [netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni] u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE — Għażla tal-bażi legali

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Slovakka, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 237, 30.9.2006.


Top