EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1378

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1378 tal-11 ta' Awwissu 2015 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta' riboflavini (E 101) u karoteni (E 160a) fi bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 213, 12.8.2015, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1378/oj

12.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1378

tal-11 ta' Awwissu 2015

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta' riboflavini (E 101) u karoteni (E 160a) fi bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3),

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(3)

L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' ċerti kuluri fi bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa tressqet fit-23 ta' Ġunju 2014 u saret disponibbli għall-Istati Membri.

(4)

Il-kulur tat-trab tal-patata diżidratata huwa affettwat b'mod partikolari minn firxa ta' sfumaturi ta' kuluri differenti ta' patata mhux ipproċessata u reazzjonijiet ossidattivi li jseħħu waqt l-ipproċessar. Bħalissal-użu tal-kurkumina (E 100) biss huwa awtorizzat għall-użu fi bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa sabiex tingħata lura dehra viżwalment aċċettabbli lill-prodott finali maħsub għall-konsum. Ir-riboflavini (E 101), u l-karoteni (E 160a) huma alternattivi xierqa għall-kurkumina li jistgħu joħolqu l-istess effett teknoloġiku.

(5)

Fit-12 ta' Settembru 2013, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tat opinjoni (3) li biha evalwat mill-ġdid is-sigurtà tar-riboflavini bħala addittivi tal-ikel. L-Awtorità kkonkludiet li r-riboflavini (E 101(i)) u r-riboflavina-5'-fosfat tas-sodju (E 101(ii)) aktarx ma jkunux ta' tħassib għas-sikurezza fl-użi u l-livelli tal-użu li bħalissa huma awtorizzati bħala addittivi tal-ikel. Fl-opinjoni, il-kategorija 04.2 “Frott u ħxejjex ipproċessati” li tkopri l-kategorija 04.2.6 “Prodotti tal-patata pproċessati” ġiet inkluża fil-valutazzjoni tal-esponiment. Għalhekk, l-estensjoni tal-użu tar-riboflavini (E 101) mal-bċejjeċ u l-qxur tal-patata mnixxfa m'għandiex ikollha impatt fuq l-esponiment stmat u dwar il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sigurtà.

(6)

Fis-16 ta' Frar 2012, l-Awtorità ħarġet opinjoni (4) li fiha evalwat mill-ġdid is-sigurtà tal-karoteni bħala addittivi tal-ikel u kkonkludiet li l-użu ta' betakaroteni (sintetiċi) u betakaroteni mħallta miksuba miż-żejt tal-frott tal-palma, karrotti u alka bħala kulur alimentari mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza, sakemm il-konsum ta' dan bħala addittiv tal-ikel u bħala suppliment tal-ikel ma jkunx aktar mill-ammont li x'aktarx jiġu kkunsmat mill-konsum regolari ta' ikel li fih dawn iseħħu b'mod naturali (5-10 mg/jum). Skont l-opinjoni, l-istimi ta' esponiment konservattiv għall-użu tal-addittiv tal-ikel kienu inqas minn 5-10 mg/jum u ġew ikkunsidrati prodotti tal-patata pproċessati. Għalhekk, l-estensjoni tal-użu tal-karoteni (E 160a) mal-bċejjeċ u l-qxur tal-patata mnixxfa m'għandux ikollu impatt fuq l-espożizzjoni stmata u dwar il-konklużjonijiet tas-sigurtà rivalutata.

(7)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni mhux mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Peress li l-awtorizzazzjoni tal-użu tar-riboflavini u tal-karoteni fi bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li mhux mistenni jħalli effett fuq saħħet il-bniedem, m'hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(8)

Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel, 2013, Opinjoni xjentifika dwar ir-rivalutazzjoni tar-riboflavini (E 101(i)) u r-riboflavina-5-fosfat tas-sodju (E 101(ii)) bħala addittivi tal-ikel, (EFSA Journal 2013;11(10):3357).

(4)  Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel, 2012. Opinjoni xjentifika dwar ir-rivalutazzjoni tal-Karoeteni Mħallta (E 160a (i)) u beta-Karoteni (E 160a (ii)) bħala addittiv tal-ikel, (EFSA Journal 2012;10(3):2593).


ANNESS

F'Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fis-subkategorija tal-ikel 04.2.6 “Prodotti tal-patata pproċessati”, l-entrati li ġejjin qed jiddaħħlu wara l-entrata tal-additiv tal-ikel E 100:

 

“E 101

Riboflavini

quantum satis

 

bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa biss

 

E 160a

Karoteni

quantum satis

 

bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa biss”


Top