EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2012

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’, Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta’, Solidarjetà ta’, l-Unjoni Ewropea

ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/04/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2012/oj

32002R2012



Official Journal L 311 , 14/11/2002 P. 0003 - 0008


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002

tal-11 ta’, Novembru 2002

li jistabilixxi l-Fond ta’, Solidarjetà ta’, l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA’, L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu ta’ Artikolu 159 u ta’ Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2] Opinjoni mogħtija nhar l-10 ta’ Ottubru 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkunsidra r-risoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [4] Opinjoni mogħtija nhar l-10 ta’ Ottubru 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).,

Billi:

(1) Fil-każ ta’ diżastri maġġuri, il-Komunità għandha turi s-solidarjetà tagħha mal-popolazzjoni tar-reġjuni konċernati billi tipprovdi assistenza finanzjarja sabiex tikkontribwixxi għal ritorn ta’ malajr għal kundizzjonijiet ta’ għixien normali fir-reġjuni milqutin mid-disastru. B’,mod ewlieni, l-assistenza għandha tkun mobilizzata fil-każ ta’ diżastri naturali.

(2) Strumenti ta’ koeżjoni ekonomiċi u soċjali eżistenti huma kapaċi jiffinanzjaw miżuri ta’ prevenzjoni ta’ riskju u t-tiswija ta’ l-infrastruttura li tkun ġarrbet il-ħsara. Iżda, għandha ssir dispożizzjoni wkoll għal strument addizzjonali, li għandu jkun distint minn strumenti eżistenti tal-Komunità, li jippermetti lill-Komunità sabiex taġixxi malajr u b’mod effiċjenti sabiex tgħin, kemm jista’, jkun malajr, fil-mobilizzazzjoni ta’ servizzi ta’ emerġenza li jissodisfaw il-ħtiġiet immedjati tan-nies u jikkontribwixxi għar-restawr fil-perjodu ta’ żmien qasir ta’ l-infrastruttura prinċipali li tkun ġarrbet il-ħsara sabiex l-attività ekonomika tkun tista’, tkompli fir-reġjuni milqutin mid-disastru.

(3) L-Unjoni Ewropea għandha turi wkoll is-solidarjetà mal-pajjiżi li fil-preżent qegħdin jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom. Li dan ir-Regolament jiġi estiż sabiex ikopri dawk il-pajjiżi jinvolvi r-rikors għal Artikolu 308 tat-Trattat.

(4) L-għajnuna tal-Komunità għandha tkun kumplimentari għall-isforzi ta’ l-Istati konċernati u għandha tintuża sabiex tkopri sehem mill-infiq pubbliku mwiegħed sabiex jgħin kontra l-ħsara kawżata minn diżastru maġġuri.

(5) B’,mod konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, assistenza taħt dan l-istrument għandha tkun illimitata biss għal diżastri maġġuri b’riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet ta’ l-għixien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija.

(6) "Disastru maġġuri" fi ħdan it-tifsira ta’ dan ir-Regolament għandu jfisser kull disastru, f’,għallinqas wieħed mill-Istati Membri konċernat, li jirriżulta fi ħsara importanti espressa f’,termini finanzjarji jew bħala persentaġġ tad-dħul gross nazzjonali (GNI). Sabiex ikunu jistgħu jsiru interventi fil-każ ta’, diżastri li, waqt li jkunu importanti, ma jilħqux l-iskala minima meħtieġa, tista’, tingħata wkoll assistenza taħt ċirkostanzi eċċezzjonali f’,każ li jkun effettwat pajjiż ġarr eliġibbli mill-istess disastru, jew kullmeta l-parti l-kbira tal-popolazzjoni ta’ reġjun speċifiku tkun effettwata b’,disastru b’riperkussjonjiet serji jew li jdumu fuq il-kundizzjonijiet ta’ l-għixien.

(7) Azzjoni tal-Komunità ma għandhiex tħaffef lit-terzi mir-responsabilità tagħhom li, taħt il-prinċipju "min iniġġes iħallas", huma responsabbli għall-ħsara kkawżata, jew li setgħu jiskorraġġixxu miżuri ta’ prevenzjoni kemm fuq livell ta’ Stat Membru kif ukoll fuq livell tal-Komunità.

(8) Dan l-istrument għandu jippermetti li tittieħed deċiżjoni malajr li twiegħed riżorsi finanzjarji speċifiċi u timmobilizzhom kemm jista’, jkun malajr. Għandhom jiġu aġġustati proċeduri amministrattivi bix-xieraq u llimitati għall-minimu assolut neċessarju. Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni kkonkludew nhar is-7 ta’ Novembru 2002, Ftehim Interistituzzjonali dwar il-finanzjament tal-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea, li jissupplimenta l-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib tal-proċedura baġitarja.

(9) Jista’, jkun mixtieq mill-Istat benefiċjarju, f’,konformità mal-kuntest finanazjarju jew legali, istituzzjonali, kostituzzjonali speċifiku, li jassoċja l-awtoritajiet reġjonali u lokali mal-konklużjoni u l-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni, l-Istat benefiċjarju jibqa’, responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ l-assistenza fil-każijiet kollha u għall-amministrazzjoni u l-kontroll ta’ l-operazzjonjiet sostnuti minn finanzjament tal-Komunità.

(10) Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-istrument għandhom jiġu addattati għall-urġenza tas-sitwazzjoni.

(11) Operazzjoni mogħtija l-fondi minn dan l-istrument ma għandhiex tibbenefika għall-istess għan mill-assistenza taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 tas-16 ta’ Mejju 1994 li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni [5], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabilixxu proviżjonijiet dwar Fondi Strutturali [6], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar assistenza għall-Iżvilupp rurali mill-Fond Ewropew ta’, Gwida u Garanzija Agrikola (FEGGA) [7], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 tat-18 ta’, Diċembru 1989 dwar l-għajnuna ekonomika lir-Repubblika ta’ l-Ungerija u lir-Repubblika tal-Poplu Pollakk [8], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi Strument għall-Politika Strutturali għal qabel l-adeżjoni [9], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar l-għajnuna tal-Komunità għal miżuri ta’ qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp ta’ l-agrikoltura u għall-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta’ l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni [10], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2760/98 tat-18 ta’ Diċembru 1998 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm għal koperazzjoni mingħajr fruntieri fil-qafas tal-programm Phare [11], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1266/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-koordinament ta’ l-għajnuna lill-pajjiżi applikanti fil-qafas ta’ l-istrateġija ta’ qabel l-adeżjoni u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 [12], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 555/2000 tat-13 ta’ Marzu 2000 dwar l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet fil-qafas ta’ l-istrateġija ta’ qabel l-adeżjoni għar-Repubblika ta’ Ċipru u għar-Repubblika ta’ Malta [13], jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2236/95 tat-18 ta’ Settembru 1995 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ assistenza finanazjarja tal-Komunità fil-qasam ta’ networks trans-Ewropej [14]; ħsarat imsewwija taħt strumenti tal-Komunità jew strumenti internazzjonali fir-rigward tal-kumpens ta’ ħsara speċifika, ma għandhomx għall-istess għan, jibbenefikaw mill-assistenza taħt dan l-istrument.

(12) Hemm bżonn ta’ trasparenza massima fl-implimentazzjoni ta’ l-assistenza finanzjarja ta’ Komunità kif ukoll ta’ kontroll addattat ta’ l-użu tar-riżorsi.

(13) Hemm bżonn ta’ amministrazzjoni finanzjarja prudenti sabiex tiżgura li l-Komunità tkun tista’, tkun f’,pożizzjoni sabiex tirrispondi jekk iseħħu bosta diżastri maġġuri fl-istess sena.

(14) F’,każijiet eċċezzjonali u jiddependi fuq id-disponibilità tar-riżorsi finanzjarji taħt dan l-istrument fis-sena ta’ meta jseħħ id-disastru, għandha ssir dispożizzjoni għal għotjiet supplementari possibbli minn dan l-istrument taħt il-Fond tas-sena ta’ wara.

(15) Għandha tiġi stabbilita data ta’ għeluq għall-użu ta’ l-assistenza finanzjarja mogħtija u għandha ssir dispożizzjoni għall-Istati benefiċjarji sabiex jiġġustifikaw l-użu magħmul mill-assistenza li jirċievu. Assistenza mirċieva li sussegwentament tiġi rkuprata minn terzi, jew li tkun ġiet mogħtija f’,eċċess għall-istima finali tal-ħsarat, għandha tiġi rkuprata.

(16) Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, pajjiżi effettwati minn diżastri mis-Sajf 2002 ‘il quddiem għandhom jikkwalifikaw għal assistenza taħt dan l-istrument.

(17) Sabiex tiġi żgurata assistenza rapida għall-pajjiżi effettwati mill-għargħar riċenti, huwa urġenti 2&ħafna li jiġi adottat dan l-istrument; għalhekk, huwa neċessarju li tiġi mogħtija eċċezzjoni għall-perjodu ta’ sitt ġimgħat sabiex tiġi kkunsidrata mill-parlamenti nazzjonali li hemm referenza għalihom fit-Taqsima I, punt 3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ il-Fond, "qiegħed hawn jiġi stabbilit sabiex il-Komunità tkun tista" tirrispondi b’mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’, emerġenza taħt it-termini ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. Fuq talba ta’ Stat Membru jew pajjiż involut fin-negozjati ta’ adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea, minn issa l quddiem imsejjaħ "Stat beneficjarju", assistenza mill-Fond tista’, tiġi prinċipalment immobilizzata meta jseħħ disastru naturali maġġuri b’riperkussjonijiet serji fuq il-kondizzjonijiet ta’ l-għixien, fuq l-ambjent naturali jew fuq l-ekonomija f’,reġjun wieħed jew aktar jew pajjiż wieħed jew aktar fit-territorju ta’, dak l-Istat.

2. "Disastru maġġuri" fi ħdan it-tifsira ta’ dan ir-Regolament ifisser kull disastru li jirriżulta, f’,għallinqas wieħed mill-Istati Membri konċernati, fi ħsara stmata jew aktar minn 3 biljun EUR tal-prezzijiet ta’ l-2002, jew aktar minn 0,6 % tal-GNI.

Permezz ta’ eċċezzjoni, Stat Membru jew pajjiż ġar involut fin-negozjati ta’ adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea, li jkun ġie milqut mill-istess disastru jista’, jibbenefika wkoll mill-assistenza mill-Fond.

Iżda, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, anke meta l-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma jiġux sodisfatti, reġjun jista’, jibbenefika wkoll mill-assistenza mill-Fond, fejn dak ir-reġjun ikun ġie effettwat minn disastru straordinarju, principalment wieħed naturali, li jaffettwa l-parti l-kbira tal-popolazzjoni, b’riperkussjonijiet serji u li jdumu fuq il-kondizzjonijiet ta’ għixien u l-istabbilità ekonomika tar-reġjun. L-assistenza annwali totali taħt dan is-subparagrafu għandha tkun limitata għal mhux aktar minn 7,5 % ta’ l-ammont annwali disponibbli għall-Fond. Tingħata attenzjoni partikolari għal reġjuni remoti jew iżolati, bħal reġjuni insulari u l-aktar imbegħda kif definit f’,Artikolu 299(2) tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha teżamina bl-aktar mod rigoruż kull talba li tiġi ppreżentata lilha taħt dan is-subparagrafu.

Artikolu 3

1. Assistenza mill-Fond għandha tieħu l-forma ta’ għotja. Għal kull disastru rikonoxxut, għandha tingħata għotja waħda lill-Istat benefiċjarju.

2. L-għan tal-Fond huwa li jikkomplimenta l-isforzi ta’ l-Istati konċernati u li jkopri sehem mill-infiq pubbliku sabiex jgħin lill-Istat benefiċjarju jwettaq il-ħidmiet ta’ emerġenza essenzjali li ġejjin, skond it-tip ta’ disastru:

(a) restawr immedjat ta’ l-istat ta’ tħaddim ta’ infrastruttura u impjanti fl-oqsma ta’ enerġija, ilma u ilma ħażin, u telekomunikazzjonijiet, trasport, saħħa u edukazzjoni;

(b) jipprovdi akkomodazzjoni temporanja u jagħti fondi għal servizzi ta’ salvataġġ sabiex jissodisfa l-ħtiġiet immedjati tal-popolazzjoni konċernata;

(ċ) jipproteġi mal-ewwel l-infrastrutturi u miżuri ta’ prevenzjoni ta’ protezzjoni immedjata tal-wirt kulturali;

(d) tindif mal-ewwel taż-żoni milquta mid-disastru, inklużi żoni naturali.

3. Pagamenti mill-Fond huma fil-prinċipju limitati għal miżuri finanzjarji li jtaffu ħsarat li ma jiġux koperti b’ assigurazzjonijiet u għandhom jiġu rkuprati jekk l-ispiża tat-tiswija tal-ħsara tiġi sussegwentament sodisfatta minn terza bi qbil ma’ l-Artikolu 8.

Artikolu 4

1. Kemm jista’, jkun malajr u mhux aktar tard minn għaxar ġimgħat wara l-ewwel ħsara kkawżata mid-disastru, Stat jista’, jippreżenta applikazzjoni għal assistenza mill-Fond lill-Kummissjoni filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni kollha disponibbli dwar, fost affarijiet oħra:

(a) il-ħsara totali kkawżata mid-disastru u l-impatt tagħha fuq il-popolazzjoni u l-ekonomija konċernata;

(b) l-ispiża stmata ta’ l-operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3;

(ċ) kull sors ieħor ta’ għoti ta’ fondi tal-Komunità;

(d) kull sors ieħor ta’ għoti ta’ fondi nazzjonali jew internazzjonali, li jinkludi kopertura ta’ assigurazzjoni pubblika u privata li tista’, tikkontribwixxi għall-ispejjeż tat-tiswija tal-ħsara.

2. Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, u ta’ kwalunkwe kjarifiki li għandhom jiġu pprovduti mill-Istat konċernat, il-Kummissjoni għandha tistma jekk il-kondizzjonijiet sabiex jiġi mmobilizzat il-Fond humiex sodisfatti u għandha tistabbilixxi l-ammont propost ta’ kwalunkwe għotja possibbli kemm jista’, jkun malajr fi ħdan il-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli. Nhar l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, għallinqas kwart ta’ l-ammont annwali għandu jibqa disponibbli sabiex ikopri l-ħtiġiet li jqumu sa l-aħħar tas-sena.

Il-Kummissjoni tiżgura trattament ekwu tat-talbiet ippreżentati mill-Istati.

3. Il-Kummissjoni għandha tissottometti l-proposti meħtieġa sabiex jiġu awtorizzati l-approprijazzjonijiet li jikkorrespondu lill-awtorità baġitarja. Dawn il-proposti għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha disponibbli li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni relevanti l-oħra kollha fil-pussess tal-Kummissjoni, dimostrazzjoni li l-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 huma sodisfatti u ġustifikazzjoni ta’ l-ammonti proposti

4. Ladarba l-approprjazzjonijiet jsiru disponibbli mill-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ għotja u għandha tħallas dik l-għotja mal-ewwel u f’,pagament wieħed lill-Istat benefiċjarju fuq firma tal-ftehim li hemm referenza għalih f’,Artikolu 5.

5. L-eleġibbilità ta’ l-ispiża għandha tibda mid-data li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1.

Artikolu 5

1. Bi qbil mad-dispożizzjonijiet speċifiċi kostituzzjonali, istituzzjonali, legali u finanzjarji ta’ l-Istat benefiċjarju u tal-Komunità, il-Kummissjoni u l-Istat benefiċjarju, għandhom jikkonkludu ftehim li jimplimenta d-deċiżjoni ta’ l-għotja. B’,mod partikolari, dak il-ftehim għandu jiddeskrivi t-tip u l-lok tal-ħidmiet li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-istess impenni li jkunu daħlu għalihom l-Istati Membri taħt dan ir-Regolament jidħlu għalihom ukoll il-pajjiżi li jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-qafas tal-ftehim u l-istrumenti relevanti.

3. Ir-responsabilità għall-għażla ta’ ħidmiet individwali u għall-implimentazzjoni ta’ l-għotja taħt dan il-ftehim għandha taqa’, f’,idejn l-Istat Membru benefiċjarju, f’,konformità mat-termini ta’ dan ir-Regolament, id-deċiżjoni ta’ għotja u l-ftehim. L-Istat benefiċjarju għandu jeżerċita din ir-responsabilità mingħajr preġudizzju għar-responsabilità tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ l-estimi ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea u bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għal amministrazzjoni maqsuma jew deċentralizzata.

Artikolu 6

1. L-Istat benefiċjarju għandu jkun reponsabbli għall-koordinament tal-kontribuzzjoni tal-Fond għall-operazzjonijiet li hemm referenza għalihom f’,Artikolu 3, min-naħa waħda, b’assistenza mill-Bank Ewropew ta’ Investiment (BEI) u strumenti oħra ta’ finanzjar tal-Komunità, min-naħa l-oħra.

2. Ħidmiet megħjuna taħt dan ir-Regolament ma għandhomx jibbenefikaw minn assistenza mill-Fondi u strumenti rregolati mir-Regolamenti (KE) Nru 1164/94, (KE) Nru 1260/1999, (KE) Nru 1257/1999, (KE) Nru 1267/1999, (KE) Nru 1268/1999, (KEE) Nru 3906/89, (KE) Nru 2760/98, (KE) Nru 555/2000 u (KE) Nru 2236/95, u għandhom jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 1266/1999. L-Istat benefiċjarju għandu jiżgura l-konformità ma’ din id-dispożizzjoni.

3. Ħsara msewwija taħt strumenti tal-Komunità jew taħt strumenti internazzjonali li għandha x’,taqsam mal-kumpens ta’ ħsarat speċifiċi ma għandhiex, għall-istess għan, tibbenefika minn assistenza mill-Fond.

Artikolu 7

Ħidmiet iffinanzjati mill-Fond għandhom ikunu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u ma’ l-istrumenti adottati taħtu, ma’ politika u miżuri tal-Komunità u ma’strumenti ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni.

Artikolu 8

1. Għotja għandha tintuża fi żmien sena mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun ħarġet l-għotja. Kull parti mill-għotja li tibqa’, mhux użata sad-data ta’ għeluq, f’,konformità mat-termini ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi rkuprata mill-Kummissjoni mingħand l-Istat benefiċjarju.

Stati benefiċjarji għandhom ifittxu kull kumpens possibbli minn terzi.

2. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-għeluq tal-perjodu ta’ sena mid-data tal-ħruġ ta’ l-għotja, l-Istat benefiċjarju għandu jippreżenta rapport dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja ta’ l-għotja b’ dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa, li tindika kull sors ieħor ta’ fondi mirċieva għall-operazzjonijiet konċernati, li tinkludi s-saldi ta’ l-assigurazzjoni u l-kumpens mill-partijiet terzi. Ir-rapport għandu jfisser fid-dettall il-miżuri ntrodotti jew proposti mill-Istat benefiċjarju sabiex jillimita l-ħsara u sabiex jevita, kemm jista’, jkun, li jerġu jseħħu diżastri simili.

Fl-aħħar ta’ din il-proċedura, il-Kummissjoni għandha tistralċja l-assistenza mill-Fond.

3. Fejn l-ispiża tat-tiswija tal-ħsara tiġi sodisfatta sussegwentament minn terza, il-Kummissjoni għandha teħtieġ lill-Istat benefiċjarju jagħmel rimbors ta’ l-ammont li jikkorrispondi mill-għotja.

Artikolu 9

Applikazzjonijiet għal assistenza u d-deċiżjonijiet għall-għoti ta’ l-assistenza mill-Fond, kif ukoll il-ftehim finanzjarju, rapporti finanzjarji u dokumenti oħra li għandhom x’,jaqsmu għandhom ifissru l-ammonti kollha f’,euro.

Artikolu 10

1. F’,każijiet eċċezzjonali u jekk ir-riżorsi finanzjarji li jibqgħu jkunu disponibbli fil-Fond fis-sena ta’ l-okkorrenza tad-disastru ma jkunux biżżejjed sabiex ikopru l-ammont ta’ assistenza meqjus neċessarju mill-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni tista’, tipproponi li d-differenza tiġi ffinanzjata permezz tal-Fond tas-sena ta’ wara. L-ogħla limitu annwali baġitarju tal-Fond fis-sena ta’ l-okkorrenza tad-disastru u fis-sena ta’ wara għandu jiġi rispettat f’,kull ċirkostanza.

2. Fil-każ ta’ stima ferm inqas tal-ħsara mġarrba, kif muri b’elementi ġodda, il-Kummissjoni għandha teħtieġ lill-Istat benefiċjarju jirrimborsa ammont ta’ l-għotja li jikkorrespondi.

Artikolu 11

Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament u l-ftehim u l-kunrtatti kollha li jirriżultaw minnhom għandhom jipprovdu għal kontrolli mill-Kummissjoni, permezz ta’ l-Uffiċċju ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u għal kontrolli fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri, bi qbil mal-proċeduri xierqa.

Artikolu 12

Qabel l-1 ta’ Lulju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar l-attività tal-Fond fis-sena ta’ qabel. B’,mod partikolari dan ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni dwar Artikoli 3, 4 u 8

Artikolu 13

Minkejja d-data ta’ skadenza li għaliha hemm provdut f’,Artikolu 4(1), l-Istati Membri u l-pajjiżi involuti fn-negozjati ta’ l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea li ġew effettwati mid-diżastri, kif definit f’,Artikolu 2, mill-1 ta’ Awissu 2002 il quddiem jistgħu jitolbu għal assistenza mill-Fond fi żmien xahrejn mid-data ta’, dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Il-Kunsill għandu jirrevedi dan ir-Regolament fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni mill-31 ta’ Diċembru 2006 l-aktar tard.

Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu jidol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Novembru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Mikkelsen

[1] Proposta tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Settembru 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni mogħtija nhar l-24 ta’ Ottubru 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[5] ĠU L 130, tal-25.5.1994, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1265/1999 (ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 62).

[6] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 80. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1447/2001 (ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 1).

[7] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

[8] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2500/2001 (ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 1).

[9] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 73. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2500/2001 (ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 1).

[10] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2500/2001 (ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 1).

[11] ĠU L 345, tad-19.12.1998, p. 49. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1596/2002 (ĠU L 240, tas-7.9.2002, p.33).

[12] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 68.

[13] ĠU L 68, tas-16.3.2000, p. 3. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2500/2001 (ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 1).

[14] ĠU L 228, tat-23.9.1995, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1655/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 197, tad-29.7.1999, p. 1).

--------------------------------------------------

Top