EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0434

Kawża C-434/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (il-Latvja) fit-30 ta’ Ġunju 2022 – AS “Latvijas valsts meži” vs Dabas aizsardzības pārvalde, Vides pārraudzības valsts birojs, il-parti l-oħra fil-kawża hija Valsts meža dienests

ĠU C 359, 19.9.2022, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/44


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (il-Latvja) fit-30 ta’ Ġunju 2022 – AS “Latvijas valsts meži” vs Dabas aizsardzības pārvalde, Vides pārraudzības valsts birojs, il-parti l-oħra fil-kawża hija Valsts meža dienests

(Kawża C-434/22)

(2022/C 359/53)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā rajona tiesa (il-Latvja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AS “Latvijas valsts meži”

Konvenuti: Dabas aizsardzības pārvalde, Vides pārraudzības valsts birojs

Parti oħra fil-proċedura: Valsts meža dienests

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “proġett” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1) jinkludi wkoll l-attivitajiet imwettqa f’żona forestali sabiex tiġi żgurata l-manutenzjoni tal-infrastrutturi ta’ protezzjoni tal-foresti min-nirien f’din iż-żona, konformement mar-rekwiżiti previsti mil-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tan-nirien?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-attivitajiet imwettqa f’żona forestali sabiex tiġi żgurata l-manutenzjoni tal-infrastrutturi ta’ protezzjoni tal-foresti min-nirien f’din iż-żona, konformement mar-rekwiżiti previsti mil-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tan-nirien, għandhom jitqiesu, fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (2), bħala proġett direttament marbut [jew] neċessarju għall-ġestjoni tas-sit inkwistjoni, b’tali mod li dawn l-attivitajiet ma humiex suġġetti għall-proċedura ta’ evalwazzjoni taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni ta’ importanza għall-Komunità (Natura 2000)?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda, l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 jinkludi wkoll l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni tal-pjanijiet u proġetti (attivitajiet) li, filwaqt li ma humiex direttament marbuta jew neċessarji għall-ġestjoni taż-żona speċjali ta’ konservazzjoni inkwistjoni, jista’ jkollhom impatt sinjifikattiv fuq iż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni ta’ importanza għall-Komunità (Natura 2000), iżda li madankollu jitwettqu b’osservanza tal-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti fil-qasam tal-protezzjoni u tal-ġlieda kontra n-nirien forestali?

4)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tielet domanda, tali attività tista’ titwettaq u tiġi konkluża qabel l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ evalwazzjoni ex post taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni ta’ importanza għall-Komunità (Natura 2000)?

5)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tielet domanda, sabiex jiġu evitati effetti sinjifikattivi possibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu l-kumpens għad-dannu u jadottaw miżuri, jekk il-portata tal-effetti ma jkunx ġie evalwat matul il-proċedura ta’ evalwazzjoni taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni ta’ importanza għall-Komunità (Natura 2000)?


(1)  ĠU 2012, L 26, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 174, p. 44.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.


Top