EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52024XG03015

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK)/2024/1242 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1243 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova

ST/8667/2024/INIT

ĠU C, C/2024/3015, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3015/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3015/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3015

29.4.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK)/2024/1242 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1243 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova

(C/2024/3015)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK)/2024/1242 (2) u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888 (3) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1243 (4).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 u fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/888, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 u fir-Regolament (UE) 2023/888 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u dik l-entità.

Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dawk il-persuni u dik l-entità għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri rilevanti kif indikati fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/888, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entità kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel l-1 ta' Novembru 2024.

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

email: sanctions@consilium.europa.eu

Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entità kkonċernati għall-possibbiltà li d-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 114, 2.5.2023, p. 15.

(2)   ĠU L, 2024/1242, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1242/oj.

(3)   ĠU L 114, 2.5.2023, p. 1.

(4)   ĠU L, 2024/1243, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1243/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3015/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top