EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0312

Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (COM(2008)0530 – C6-0116/2009 – 2008/0170(CNS))

ĠU C 184E, 8.7.2010, p. 413–413 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/413


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà *

P6_TA(2009)0312

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (COM(2008)0530 – C6-0116/2009 – 2008/0170(CNS))

2010/C 184 E/76

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0530),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (“il-Konvenzjoni”), adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti nhar it-13 ta' Diċembru 2006,

wara li kkunsidra l-Artikoli 13(1) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6–0116/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0229/2009),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Konvenzjoni;

2.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


Top