EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0079

Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), tielet sub-paragrafu, punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emenda(i) tal-Parlament Ewropew tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta’ proposta għall- regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji internazzjonali li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE

/* KUMM/2007/0079 finali - COD 2004/0049 */

52007PC0079

Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), tielet sub-paragrafu, punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emenda(i) tal-Parlament Ewropew tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta’ proposta għall- regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji internazzjonali li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE /* KUMM/2007/0079 finali - COD 2004/0049 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.2.2007

KUMM(2007) 79 finali

2004/0049 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), tielet sub-paragrafu, punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emenda(i) tal-Parlament Ewropew tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta’ proposta għall-

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji internazzjonali

LI TEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE

2004/0049 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), tielet sub-paragrafu, punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emenda(i) tal-Parlament Ewropew tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta’ proposta għall-

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji internazzjonali

(Test b’relevanza għall–EEA)

DAħLA

L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tistipula l-opinjoni tagħha dwar l-emendi proposti mill-Parlament f'dan li ġej.

Sfond

Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2004)143 finali – C6-311/2006 - 2004/0049(COD): | it-4 ta’ Marzu 2004 |

Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | id-9 ta’ Frar 2005 |

Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: A6 – 0123/2005 | it-28 ta' Settembru 2005 |

Data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | l-24 ta’ Lulju 2006 |

Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, it-tieni qari: A6 – 0479/2006 | it-18 ta’ Jannar 2007 |

L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Il-proposta għal Regolament tal-PE u tal-Kunsill dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-Passiġġieri Ferrovjarji Internazzjonali hija waħda minn erba’ miżuri proposti fl-2004 fil-kuntest tat-tielet pakkett ferrovjarju, flimkien ma’ proposti dwar sistema ta’ ċertifikazzjoni għas-sewwieqa tat-trejns, fuq il-kwalità tas-servizzi tat-tagħbija ferrovjarja u dwar il-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri ferrovjarji internazzjonali. Id-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji huma konformi ma’ l-ideat stabbilit fil- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li Ssaħħaħ id-Drittijiet tal-Passiġġieri fi ħdan l-Unjoni Ewropea [1]. Ir-Regolament jintroduċi drittijiet tal-passiġġieri li diġà japplikaw fis-settur ta’ l-avjazzjoni.

Ir-Regolament sejjer jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti minimi għall-informazzjoni li għandha tingħata lill-passiġġieri qabel, waqt u wara l-vjaġġ tagħhom flimkien mal-ħruġ tal-biljetti; ir-responsabbiltà ta’ l-impriżi ferrovjarji f’każijiet ta’ inċidenti; kumpens u assistenza ad-hoc fil-każ ta’ dewmien jew kanċellazzjoni ta' servizzi; il-kundizzjonijiet li taħthom persuni b'mobbiltà ridotta għandhom jiġu offruti l-assistenza. Barra minn hekk, ir-Regolament jobbliga li jiġi previst mekkaniżmu li jitratta l-ilmenti u l-installazzjoni mandatorja ta' l-entitajiet ta' infurzar.

L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew

Il-Parlament għamel ċerti bidliet għall-Pożizzjoni Komuni li l-biċċa l-kbira tagħhom huma aċċettabbli, minħabba li jiffavorixxu l-approċċ meħud mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha u jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-impenn dgħajjef tal-maniġers ta' l-istazzjonijiet u ta' l-impriżi ferrovjarji fir-rigward ta’ assistenza li trid tiġi offruta lil persuni b’mobbiltà ridotta.

Il-Kummissjoni tagħraf ukoll li l-kwistjoni ta’ l-ambitu tar-Regolament, prinċipalment servizzi tat-trasport ferrovjarji internazzjonali, kif rikjest mill-Parlament Ewropew, tibqa' l-ostakolu li jrid jiġi solvut qabel l-adozzjoni finali tar-Regolament. Għalkemm il-Kummissjoni hija favur ambitu wiesa’ għall-benefiċċju ta’ għadd kbir ta’ passiġġieri, hija lesta li toffri l-assistenza kollha possibbli sabiex jinstab kompromess fattibbli.

Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-emendi kollha proposti mill-Parlament Ewropew, ħlief għal żewġ eċċezzjonijiet. Madankollu, tirrifjuta l-emenda 44, li introduċiet f'din il-leġiżlazzjoni obbligu legali li jirrikjedi li l-operaturi ferrovjarji u l-maniġers ta' l-istazzjonijiet jagħmlu l-istazzjonijiet u t-trejns aċċessibbli għal persuni b'mobbiltà ridotta. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrifjuta l-parti mill-emendi 59 u 69 li toffri lill-impriżi ferrovjarji l-possibbiltà li, għat-trasport tas-siġġijiet tar-roti jew tal-karrozzini tat-trabi, jitolbu ħlas mill-passiġġieri li jeħtieġu apparat bħal dan għal raġunijiet ta' mobbiltà.

Emendi fir-rigward ta’l-ambitu ( 1, 2, 3, 4, 5, 6, parti minn 8, 9, 10, 11, 13, 14, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 27, 28, 29, 58, 59 u 69): Il-Kummissjoni tista’ tikkonforma ruħha ma' emendi li jikkonċernaw l-estensjoni ta’ l-ambitu għas-servizzi domestiċi jew kwalunkwe kompromess li jista’ jinstab ma’ l-Istati Membri dwar din il-kwistjoni. Għall-Kummissjoni, ir-rikjesta li jkun hemm ħlas ghat-trasportazzjoni ta’ roti u tagħmir ta' l-isport ma tippreżentax diffikultajiet..

Emendi fir-rigward ta’ responsabbiltà ( parti minn 8, 32, 34, 35, 50, 60, 63, u 64 ): Il-Kummissjoni taċċetta rikjesta għal responsabbiltà bla limiti fil-każ ta’ nuqqas jew negliġenza ta’ l-impriżi ferrovjarji, filwaqt li l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill bbażata fuq il-COTIF/CIV tippermetti limiti nazzjonali. Id-diċitura tad-dispożizzjoni dwar l-interlokutur uniku teħtieġ kjarifka, minħabba, kontra l-ġustifikazzjonijiet tal-PE stess, tidher li tirrestrinġi l-libertà tal-passiġġier biex jitlob danni.

Emendi fir-rigward ta’ drittijiet ta’ persuni b’mobilità ridotta (7, 25, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 49 u 66): Il-Kummissjoni tapprezza, b’mod partikolari, it-tisħiħ tad-dmirijiet tal-maniġers ta’ l-istazzjonijiet fi stazzjonijiet mingħajr persunal.

Emendi fir-rigward ta’ kumpens u assistenza għad-dewmien (24, 36, 37, 38, 39, 40, 41 u 54): Il-Kummissjoni taċċetta r-rikjesti ta’ kjarifika tal-PE, b’mod partikolari, dwar il-biljetti li jagħtu dritt ta’ aċċess bla limitu għal itinerarji jew netwerks waqt perjodu ta’ żmien limitat ("biljetti ta’ l-istaġun").

Emendi fir-rigward ta’ informazzjoni u ħruġ tal-biljetti, kwalità u infurzar (12, 16, 26, 30, 31, 55, 56, 61 u 68): Il-Kummissjoni taċċetta dawn l-emendi u tapprezza, b’mod partikolari, l-appoġġ tal-PE għas-sorveljanza tal-kwalità.

Emendi fir-rigward ta’ proċedura tal-komitoloġija (15 u 57) : Dawn l-emendi jġibu d-dispożizzjonijiet tal-komitoloġija konfomri mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tat-17 ta’ Lulju 2006.

KONKLUŻJONI

Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq.

[1] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li Ssaħħaħ d-drittijiet tal-passiġġieri fi ħdan l-Unjoni Ewropea, COM(2005)46 finali tas-16.02.2005

Top