EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2869

Regolament (UE) 2023/2869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jemenda ċerti Regolamenti fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

PE/44/2023/REV/1

ĠU L, 2023/2869, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2869/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2869/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2869

20.12.2023

REGOLAMENT (UE) 2023/2869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2023

li jemenda ċerti Regolamenti fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-aċċess faċli u strutturat għad-data, inkluż għall-informazzjoni pprovduta fuq bażi volontarja, huwa importanti biex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-ekonomija u fis-soċjetà biex jieħdu deċiżjonijiet sodi li jservu l-funzjonament effiċjenti tas-suq. Tali aċċess huwa meħtieġ ukoll sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet għat-tkabbir u l-viżibbiltà tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-innovazzjoni min-naħa tagħhom. L-introduzzjoni ta’ spazji komuni Ewropej tad-data f’setturi kruċjali, inkluż is-settur finanzjarju, isservi l-għan li jiġi pprovdut aċċess faċli għal sorsi affidabbli ta’ informazzjoni f’dawk is-setturi. Is-settur finanzjarju fih innifsu huwa mistenni li jgħaddi minn trasformazzjoni diġitali fis-snin li ġejjin u jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġja dik it-trasformazzjoni, b’mod partikolari billi tippromwovi finanzi xprunati mid-data. Barra minn hekk, it-tqegħid tal-finanzi sostenibbli fil-qalba tas-sistema finanzjarja huwa mezz ewlieni biex tinkiseb it-tranżizzjoni ekoloġika tal-ekonomija tal-Unjoni. Sabiex dik it-tranżizzjoni ekoloġika tirnexxi, huwa essenzjali li l-informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà u l-governanza soċjali tan-negozji tkun faċilment aċċessibbli għall-investituri, biex ikunu informati aħjar meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investimenti. Għal dawk il-finijiet, jeħtieġ li jittejjeb l-aċċess pubbliku għal informazzjoni finanzjarja, mhux finanzjarja u dik relatata mal-ambjent, mas-soċjetà u mal-governanza dwar persuni fiżiċi jew ġuridiċi (“entitajiet”) li huma stess huma meħtieġa li jippubblikaw tali informazzjoni, jew li jiżvelaw pubblikament tali informazzjoni lil korp ta’ ġbir fuq bażi volontarja. Mezz effiċjenti kif dan isir fil-livell tal-Unjoni huwa li tiġi stabbilita pjattaforma ċentralizzata li tagħti aċċess elettroniku għall-informazzjoni rilevanti kollha.

(2)

Fil-kommunikazzjoni tagħha tal-24 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji – pjan ta’ azzjoni ġdid”, il-Kummissjoni pproponiet li ttejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja tal-entitajiet billi tibni punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP). Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “Strateġija għall-finanzi diġitali għall-UE” stabbiliet f’termini ġenerali kif l-Unjoni tista’ tippromwovi t-trasformazzjoni diġitali tal-finanzi fis-snin li ġejjin, b’mod partikolari kif tippromwovi finanzi xprunati mid-data. Sussegwentement, fil-kommunikazzjoni tas-6 ta’ Lulju 2021 bit-titolu “Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli”, il-Kummissjoni poġġiet il-finanzi sostenibbli fil-qalba tas-sistema finanzjarja, bħala mezz ewlieni biex tinkiseb it-tranżizzjoni ekoloġika tal-ekonomija tal-Unjoni, bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew stabbilit fil-kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019.

(3)

L-ESAP huwa stabbilit f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) sabiex jipprovdi lill-pubbliku aċċess ċentralizzat faċli għall-informazzjoni fir-rigward ta’ entitajiet u l-prodotti tagħhom li tkun ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà, li l-awtoritajiet u l-entitajiet huma meħtieġa jippubblikaw skont l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni f’dawk l-oqsma. Tali pubblikazzjoni jenħtieġ li titwettaq f’konformità mal-prinċipju li l-informazzjoni tiġi ppreżentata darba biss u mingħajr ma jiżdied l-ebda rekwiżit ta’ divulgazzjoni addizzjonali lil hinn minn dawk speċifikati mil-liġi. Barra minn hekk, jenħtieġ li kwalunkwe entità irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru tkun tista’ tissottometti lil korp ta’ ġbir, fuq bażi volontarja, informazzjoni dwar l-attivitajiet ekonomiċi tagħha li tkun rilevanti għas-servizzi finanzjarji jew għas-swieq kapitali, jew li tkun tikkonċerna s-sostenibbiltà, bil-għan li dik l-informazzjoni ssir aċċessibbli fuq l-ESAP f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/2859.

(4)

Numru ta’ Regolamenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jippermettu l-funzjonament tal-ESAP. Biex jinkiseb il-funzjonament tajjeb u effiċjenti tal-ESAP b’mod proporzjonat, iż-żieda fil-ġbir u s-sottomissjoni tal-informazzjoni jeħtieġ li tkun gradwali. Huwa maħsub li r-rekwiżit li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-ESAP jikkostitwixxi parti integrali mill-atti leġiżlattivi settorjali tal-Unjoni elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2023/2859 u minn kwalunkwe att leġiżlattiv ulterjuri tal-Unjoni li jipprevedi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni dwar l-ESAP. L-informazzjoni li għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP u l-korpi ta’ ġbir maħtura għall-ġbir ta’ dik l-informazzjoni tista’ tiġi riveduta bħala parti mir-rieżami ta’ dawk l-atti leġiżlattivi settorjali tal-Unjoni, biex jiġi żgurat li l-ESAP jipprovdi lill-parteċipanti fis-suq aċċess ċentralizzat faċli għall-informazzjoni li jeħtieġu u li l-ESAP isir il-punt ta’ referenza.

(5)

Jenħtieġ li l-ESAP jiġi stabbilit b’perjodu ta’ żmien ambizzjuż, filwaqt li jittieħdu passi intermedji biex jiġu żgurati s-solidità u l-effiċjenza operazzjonali tiegħu. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi allokat biżżejjed żmien għall-implimentazzjoni teknika tal-ESAP u għall-ġbir ta’ informazzjoni li għandu jiġi stabbilit fl-Istati Membri. L-iżvilupp tal-ESAP jenħtieġ li jkollu fażi inizjali ta’ 12-il xahar, biex jingħata biżżejjed żmien lill-Istati Membri u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) biex jistabbilixxu l-infrastruttura tal-IT u jittestjawha abbażi tal-ġbir ta’ numru limitat ta’ flussi ta’ informazzjoni. Sussegwentement, l-iżvilupp tal-ESAP jenħtieġ li jinkorpora gradwalment, maż-żmien, numru addizzjonali ta’ flussi ta’ informazzjoni u funzjonalitajiet b’pass li jippermetti l-iżvilupp sod u effiċjenti tal-ESAP. Il-funzjonament tal-ESAP jenħtieġ li jiġi vvalutat fuq bażi regolari matul l-implimentazzjoni u t-tħaddim tiegħu biex jingħata lok għal kwalunkwe aġġustament biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti tiegħu u biex tiġi żgurata l-effiċjenza teknika tiegħu.

(6)

Għall-finijiet tal-funzjonament tal-ESAP, il-korpi ta’ ġbir jenħtieġ li jinħatru biex jiġbru informazzjoni mill-entitajiet li tkun ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà. Fin-nuqqas ta’ korp ta’ ġbir diġà stabbilit skont id-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu l-flessibbiltà fl-organizzazzjoni tal-ġbir ta’ informazzjoni fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, jenħtieġ li jaħtru mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed, kif definit fir-Regolament (UE) 2023/2859, biex jiġbor u jaħżen l-informazzjoni, u jenħtieġ li jinnotifikaw lill-ESMA b’dan. Għall-fini li l-informazzjoni ssir aċċessibbli fuq l-ESAP b’mod kosteffiċjenti, il-ġbir, it-trażmissjoni u l-ħżin tal-informazzjoni jenħtieġ li jkunu bbażati, sa fejn ikun possibbli, fuq il-proċeduri u l-infrastruttura eżistenti ta’ ġbir, trażmissjoni u ħżin fis-seħħ fil-livell nazzjonali kif ukoll dawk fis-seħħ għat-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-korpi ta’ ġbir lill-ESMA.

(7)

Biex jiġi żgurat li l-ESAP jipprovdi aċċess f’waqtu għal informazzjoni li tkun rilevanti għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2023/2859, l-entitajiet jenħtieġ li jissottomettu l-informazzjoni tagħhom lil korp ta’ ġbir fl-istess ħin li jagħmlu dik l-informazzjoni pubblika. Min-naħa tagħhom, il-korpi ta’ ġbir jenħtieġ li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-ESAP b’mod awtomatizzat. Jenħtieġ li l-korpi ta’ ġbir jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq il-proċeduri u l-infrastruttura eżistenti ta’ ġbir ta’ informazzjoni, fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni lill-ESMA mingħajr dewmien żejjed.

(8)

Sabiex l-informazzjoni fuq l-ESAP tkun tista’ tintuża b’mod diġitali, jenħtieġ li l-entitajiet jissottomettu lill-korpi ta’ ġbir l-informazzjoni f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data jew, meta jkun meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni. Jenħtieġ li l-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet lill-korpi ta’ ġbir tkun akkumpanjata mill-metadata mitluba minn dawk il-korpi ta’ ġbir. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jew mill-ESMA (kollettivament magħrufa bħala “Awtoritajiet Superviżorji Ewropej” jew “ASE”), li jispeċifikaw il-metadata għal kull biċċa informazzjoni, kif id-data fl-informazzjoni għandha tiġi strutturata, l-informazzjoni li għaliha huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża f’każijiet bħal dawn. Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandards tekniċi li jikkonċernaw l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà, l-ASE, filwaqt li jaġixxu permezz tal-Kumitat Konġunt, jenħtieġ li jikkoordinaw mal-EFRAG dwar l-iżvilupp ta’ dak l-abbozz ta’ standards. L-introduzzjoni ta’ format li jinqara mill-magni jenħtieġ li tkun ġustifikata b’analiżi li tqis il-kostijiet u l-benefiċċji għall-entitajiet u għall-utenti tal-informazzjoni, kif ukoll għal kwalunkwe parti kkonċernata oħra, b’mod partikolari l-korpi ta’ ġbir, l-awtoritajiet kompetenti u l-ASE.

(9)

Jenħtieġ li l-korpi ta’ ġbir ma jkunux responsabbli li jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kontenut tal-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet, sakemm ma jkunux ingħataw mandat biex jagħmlu dan f’konformità mal-atti leġiżlattivi applikabbli tal-Unjoni elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) 2023/2859. Jenħtieġ li l-entitajiet li jissottomettu l-informazzjoni fuq bażi obbligatorja jkunu responsabbli li jiżguraw il-preċiżjoni tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-obbligi legali tagħhom skont l-atti leġiżlattivi applikabbli tal-Unjoni elenkati f’dak l-Anness jew skont il-liġi nazzjonali.

(10)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u ta kummenti formali fid-19 ta’ Jannar 2022.

(11)

Il-Bank Ċentrali Ewropew pprovda l-opinjoni tiegħu fis-7 ta’ Ġunju 2022 (8).

(12)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri, l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għall-informazzjoni pubblika li jenħtieġ li ssir aċċessibbli permezz tal-ESAP, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(13)

Għalhekk, ir-Regolamenti li ġejjin jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq:

Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13);

Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);

Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16);

Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18);

Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20);

Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21);

Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

Ir-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);

Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24);

Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25);

Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26);

Ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 11a, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-ESMA għandha tippubblika l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu individwali sottomessi lilha skont il-paragrafu 1 fuq sit web (“pjattaforma Ewropea tal-klassifikazzjoni”).

Ir-repożitorju ċentrali msemmi fl-Artikolu 11(2) għandu jiġi inkorporat fil-pjattaforma Ewropea tal-klassifikazzjoni.

Il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) jista’ jissodisfa l-funzjonijiet tal-pjattaforma Ewropea tal-klassifikazzjoni.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).”;"

(2)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 13a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni fuq l-ESAP

1.   Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8(6) u (7), l-Artikolu 8a(1) u (3), l-Artikolu 10(1), u (4), l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq l-ESAP.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li magħhom hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

id-daqs tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali;

(vi)

il-pajjiż tal-uffiċċju rreġistrat tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li magħha hija relatata l-informazzjoni;

(vii)

is-settur(i) industrijali tal-attivitajiet ekonomiċi tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li magħha hija relatata l-informazzjoni, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament;

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.   Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.

4.   Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3), l-Artikolu 8d(2), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 11a(1) u (2), l-Artikolu 18(3), l-Artikolu 24(5) u l-Artikolu 36d(1) ta’ dan ir-Regolament, għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u tal-entità klassifikata li magħha hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u tal-entità klassifikata, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

5.   Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika dan li ġej:

(a)

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.   Meta jkun meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.”.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 236/2012

Fir-Regolament (UE) Nru 236/2012, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 11a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.   Mill-10 ta’ Lulju 2026, meta tippubblika kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament, il-persuna fiżika jew ġuridika għandha tissottometti dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2).

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-persuna fiżika jew ġuridika li magħha hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

għall-persuni ġuridiċi, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-persuna, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

għall-persuni ġuridiċi, id-daqs tal-persuna skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), il-persuni ġuridiċi għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.   Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.

4.   Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a)

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.   Meta jkun meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 345/2013

Fir-Regolament (UE) Nru 345/2013, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 17a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-ESMA. L-ESMA għandha tislet dik l-informazzjoni mill-informazzjoni notifikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari f’konformità mal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament għall-fini li tistabbilixxi l-bażi tad-data ċentrali msemmija fl-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-fond li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fond, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 346/2013

Fir-Regolament (UE) Nru 346/2013, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 18a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4). Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-ESMA. L-ESMA għandha tislet dik l-informazzjoni mill-informazzjoni notifikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari f’konformità mal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament għall-fini li tistabbilixxi l-bażi tad-data ċentrali msemmija fl-Artikolu 18(1) ta’ dan ir-Regolament.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-fond li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fond, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

Artikolu 5

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 434b

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.   Mill-10 ta’ Jannar 2030, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fil-Parti Tmienja ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5).

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-istituzzjoni li magħha hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

l-identifikatur ta’ entità ġuridika, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

id-daqs tal-istituzzjoni skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta dak ir-Regolament;

(iv)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-istituzzjonijiet għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.   Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-EBA.

4.   Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a)

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-EBA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   Meta jkun meħtieġ, l-EBA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

Artikolu 6

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 537/2014

Fir-Regolament (UE) Nru 537/2014, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 13a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.   Mill-10 ta’ Jannar 2030, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli għal fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6).

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar li magħhom hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

għall-persuni ġuridiċi, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tad-ditta tal-awditjar, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

għall-persuni ġuridiċi, id-daqs tad-ditta tal-awditjar skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), id-ditti tal-awditjar li huma persuni ġuridiċi għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.   Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.

4.   Għall-finijiet li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni, wara l-konsultazzjoni tas-CEAOB, biex tispeċifika:

(a)

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

Artikolu 7

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 596/2014

Fir-Regolament (UE) Nru 596/2014, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 21a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.   Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) u (2) u l-Artikolu 19(3) ta’ dan ir-Regolament, l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jissottometti dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7).

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859, jew meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-emittent jew tal-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent jew tal-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet li jkun persuna ġuridika kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

id-daqs, skont il-kategorija, tal-emittent jew tal-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet li jkun persuna ġuridika, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-emittenti u l-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet li huma persuni ġuridiċi għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.   Sad-9 ta’ Jannar 2028, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.

4.   Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta l-liġi nazzjonali tipprevedi li awtorità kompetenti hija stess tkun permessa tagħmel l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(3) ta’ dan ir-Regolament pubblika għall-fini li dik l-informazzjoni issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.

5.   Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(1) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-emittent li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

6.   Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a)

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.   Meta jkun meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 6 l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

Artikolu 8

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 600/2014

Fir-Regolament (UE) Nru 600/2014, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 23a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(6), l-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikoli 18(4) u 27(1), l-Artikolu 34, l-Artikoli 40(5), 42(5), 44(2), 45(6) u l-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament, għandha ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8). Il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tad-ditta tal-investiment li magħha hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tad-ditta tal-investiment, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

Artikolu 9

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1286/2014

Fir-Regolament (UE) Nru 1286/2014, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 29a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.   Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta jippubblikaw id-dokument bl-informazzjoni ewlenija msemmi fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, il-manifattur tal-PRIIPs għandu jissottometti dak id-dokument bl-informazzjoni ewlenija fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9).

Dak id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

jiġi sottomess f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;

(b)

ikunu akkumpanjati mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-manifattur tal-PRIIP li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

għall-persuni ġuridiċi, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-manifattur tal-PRIIP, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (EU) 2023/2859;

(iii)

għall-persuni ġuridiċi, id-daqs tal-manifattur tal-PRIIP skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), il-manifatturi tal-PRIIP, li huma persuni ġuridiċi, għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.   Sad-9 ta’ Jannar 2028, għall-fini li d-dokument bl-informazzjoni ewlenija msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.

4.   Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 27(1) u 29(1) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (8), ta’ dan ir-Regolament.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-manifattur tal-PRIIP li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-manifattur tal-PRIIP, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

5.   Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jispeċifikaw:

(a)

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ASE għandhom jivvalutaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u jwettqu testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-għan.

L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.   Meta jkun meħtieġ, l-ESA, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jadottaw linji gwida biex jiżguraw li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

Artikolu 10

Emenda għar-Regolament (UE) 2015/760

Fir-Regolament (UE) 2015/760, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 25a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10). Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2) ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-ESMA. L-ESMA għandha tislet dik l-informazzjoni mill-informazzjoni nnotifikata mill-awtorità kompetenti tal-Fondi ta’ investiment Ewropew fuq terminu twil (ELTIFs) f’konformità mal-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament għall-fini tal-istabbiliment tar-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-ELTIF awtorizzat li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-ELTIF awtorizzat, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

Artikolu 11

Emenda għar-Regolament (UE) 2015/2365

Fir-Regolament (UE) 2015/2365, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 32a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.   Mill-10 ta’ Jannar 2030, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11).

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

l-identifikatur ta’ entità ġuridika tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

id-daqs tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.   Għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.

4.   Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(4), il-punt (b), l-Artikolu 25(3) u l-Artikolu 26(1) u (4) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2) tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-persuna li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-persuna, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

5.   Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 25(1), it-tieni sentenza, u l-Artikolu 25(2), it-tieni sentenza, ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

6.   Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-amministrazzjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a)

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-fini.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.   Meta jkun meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

Artikolu 12

Emenda għar-Regolament (UE) 2016/1011

Fir-Regolament (UE) 2016/1011, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 28a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.   Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta jippubblika kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(5), l-Artikolu 11(1), il-punt (c), l-Artikoli 12(3), 13(1), 25(7), 26(3), 27(1) u 28(1) ta’ dan ir-Regolament, l-amministratur għandu jissottometti dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12).

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-amministratur li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

għall-persuni ġuridiċi, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-amministratur, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

għall-persuni ġuridiċi, id-daqs tal-amministratur skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-amministraturi li huma persuni ġuridiċi għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.   Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.

4.   Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2) tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-amministratur li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-amministratur, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

5.   Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-amministratur li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-amministratur, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

u indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

6.   Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a)

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.   Meta jkun meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

Artikolu 13

Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1129

Fir-Regolament (UE) 2017/1129, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 21a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.   Mill-10 ta’ Lulju 2026, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(4), il-punti (f) u (g), l-Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, il-punti (e) u (f), l-Artikoli 8(5), 9(4), 10(2), 17(2), 21(1), 21(9) u 23(1) ta’ dan ir-Regolament, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, meta jkun rilevanti, għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13).

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, meta jkun rilevanti, li magħhom hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

għall-persuni ġuridiċi, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent, tal-offerent, jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, meta jkun rilevanti, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

għall-persuni ġuridiċi, id-daqs tal-emittent skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

is-settur(i) industrijali tal-attivitajiet ekonomiċi tal-emittent, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament;

(v)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(vi)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-emittenti, l-offerenti, jew il-persuni li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, li huma persuni ġuridiċi, għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.   Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha, sa fejn ikun possibbli, tibni fuq il-proċeduri u l-infrastrutturi mfassla u implimentati fl-applikazzjoni tal-Artikolu 25(6), ta’ dan ir-Regolament.

4.   Mill-10 ta’ Lulju 2026, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 42(1) ta’ dan ir-Regolament issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-emittent jew, meta jkun applikabbli, tal-offerent li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent jew, meta jkun applikabbli, tal-offerent kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

5.   Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a)

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.   Meta jkun meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

Artikoli 14

Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1131

Fir-Regolament (UE) 2017/1131, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 37a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*14). Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2) ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-ESMA. L-ESMA għandha tislet dik id-data mill-informazzjoni nnotifikata mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 4(6) ta’ dan ir-Regolament għall-fini tal-istabbiliment tar-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-fond li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fond, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

Artikolu 15

Emenda għar-Regolament (UE) 2019/1238

Fir-Regolament (UE) 2019/1238, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 70a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.   Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta jippubblika kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament, il-fornitur tal-PEPP għandu jissottometti dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*15).

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-fornitur tal-PEPP li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fornitur tal-PEPP, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

id-daqs tal-fornitur tal-PEPP skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d) ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), il-fornituri tal-PEPP għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.   Sad-9 ta’ Jannar 2028, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.

4.   Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 65(6) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-EIOPA.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-fornitur tal-PEPP li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fornitur tal-PEPP, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

5.   Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 63(4) u l-Artikolu 69(1) u (4) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-fornitur tal-PEPP li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fornitur tal-PEPP, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

6.   Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a)

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-EIOPA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-fini.

L-EIOPA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

7.   Meta jkun meħtieġ, l-EIOPA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

Artikolu 16

Emenda għar-Regolament (UE) 2019/2033

Fir-Regolament (UE) 2019/2033, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 46a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.   Mill-10 ta’ Jannar 2030, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fil-Parti Sitta ta’ dan ir-Regolament, id-ditti tal-investiment għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*16).

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tad-ditta tal-investiment li magħha hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

l-identifikatur ta’ entità ġuridika tad-ditta tal-investiment, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

id-daqs tad-ditta tal-investiment skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

it-tip ta’ informazzjoni, kif ikklassifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), id-ditti tal-investiment għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.   Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-EBA.

4.   Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a)

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-EBA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-fini.

L-EBA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   Meta jkun meħtieġ, l-EBA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

Artikolu 17

Emenda għar-Regolament (UE) 2019/2088

Fir-Regolament (UE) 2019/2088, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 18a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.   Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2), l-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5), l-Artikolu 5(1) u 10(1) ta’ dan ir-Regolament, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*17).

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-parteċipant fis-suq finanzjarju jew tal-konsulent finanzjarju li magħhom hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

għall-persuni ġuridiċi, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-parteċipant fis-suq finanzjarju jew tal-konsulent finanzjarju, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

għall-persuni ġuridiċi, id-daqs tal-parteċipant fis-suq finanzjarju jew tal-konsulent finanzjarju, skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji li huma persuni ġuridiċi għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.   Sad-9 ta’ Jannar 2028, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.

4.   Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jispeċifikaw:

(a)

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ASE għandhom jivvalutaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u jwettqu testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-fini.

L-ASE għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.   Meta jkun meħtieġ, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jadottaw linji gwida biex jiżguraw li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

Artikolu 18

Emenda għar-Regolament (UE) 2023/1114

Fir-Regolament (UE) 2023/1114, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 110a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.   Mill-10 ta’ Jannar 2030, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 88(1) ta’ dan ir-Regolament, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li qed tfittex ammissjoni għall-kummerċ għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*18).

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li qed tfittex ammissjoni għall-kummerċ li magħhom hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

għall-persuni ġuridiċi, l-identifikatur ta’ entità ġuridika, tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li qed tfittex ammissjoni għall-kummerċ, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

għall-persuni ġuridiċi, id-daqs, skont il-kategorija, tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li qed tfittex ammissjoni għall-kummerċ kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-emittent, l-offerent jew il-persuna li qed tfittex ammissjoni għall-kummerċ għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.   Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.

4.   Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 109 u 110 ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li jinqara mill-magni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-emittent tat-tokens irreferenzjati ma’ assi, tal-emittent tat-tokens tal-flus elettroniċi u tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li magħhom hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, tal-emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi u tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament;

(iii)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

5.   Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a)

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.   Meta jkun meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida għall-entitajiet biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

Artikolu 19

Emenda għar-Regolament (UE) 2023/2631

Fir-Regolament (UE) 2023/2631, jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 15a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.   Mill-10 ta’ Jannar 2030, meta jippubblikaw kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-iskeda informattiva, ir-rieżami ta’ qabel il-ħruġ relatat mal-iskeda informattiva, ir-rapporti tal-allokazzjoni annwali, ir-rieżami ta’ wara l-ħruġ relatat ma’ rapport tal-allokazzjoni annwali wieħed jew aktar, ir-rapport tal-impatt, ir-rieżami tar-rapport tal-impatt imsemmi fl-Artikolu 15;

(b)

id-divulgazzjonijiet ta’ qabel il-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 20, u d-divulgazzjonijiet perjodiċi ta’ wara l-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 21;

l-emittent għandu jissottometti dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*19).

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b)

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i)

l-ismijiet kollha tal-emittent li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii)

l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii)

id-daqs tal-emittent, skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v)

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (b)(ii), l-emittent għandu jikseb identifikatur ta’ entità ġuridika.

3.   Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.

4.   Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.

5.   Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a)

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b)

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.   Meta jkun meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida għall-entitajiet biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)   ĠU C 290, 29.7.2022, p. 58.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Novembru 2023 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2023.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(8)   ĠU C 307, 12.8.2022, p. 3.

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77).

(15)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).

(21)  Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

(22)  Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).

(23)  Ir-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 1).

(24)  Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).

(26)  Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40).

(27)  Ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2631, 30.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2631/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2869/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top