EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0911
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/911 of 31 May 2021 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/911 tal-31 ta’ Mejju 2021 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/911 tal-31 ta’ Mejju 2021 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
C/2021/4029
ĠU L 199, 7.6.2021, p. 7–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/911
tal-31 ta’ Mejju 2021
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, jenħtieġ li l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella ppreżentata fl-Anness jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna (3) ta’din it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament, u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dan il-perjodu jkun ta’ tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||
Pjattaforma bir-roti għall-ġarr tal-għamara li tikkonsisti minn:
L-oġġett għandu maqtugħ maqbad biex l-oġġett jinġarr pereżempju bl-idejn, jew biex jiddendel mal-ħajt. L-oġġett huwa ddisinjat biex jinġarru diversi oġġetti, b’mod partikolari l-għamara u kull oġġett tqil ieħor. (Ara l-istampa) (*1) |
4421 99 10 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 3 tal-Kapitolu 44 kif ukoll bil-formulazzjoni tal-kodiċijiet NM 4421 , 4421 99 u 4421 99 10 . Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8716 80 00 bħala vetturi oħrajn, mingħajr propulsjoni mekkanika, hija eskluża peress li l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-oġġett ma jikkorrispondux bis-sħiħ mat-termini tal-intestatura 8716 u l-kodiċi NM 8716 80 00 . Minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, inkluż il-maqbad maqtugħ li ma jintużax biex l-oġġett jiġi mbuttat bir-riġlejn jew bl-idejn, u d-disinn tiegħu għat-trasport ta’ oġġetti tqal bħall-għamara, billi l-oġġetti jiġu mbuttati, l-oġġett mhuwiex maħsub biex jiġi rmunkat minn vetturi oħrajn, biex jiġi mbuttat jew miġbud bl-idejn, biex jiġi mbuttat bir-riġlejn jew biex jinġibed mill-annimali (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 8716 , it-tieni paragrafu). L-oġġett ma jistax jitqies bħala vettura peress li ma għandux xi waħda mill-karatteristiċi u mill-proprjetajiet ta’ vettura li titmexxa bl-idejn jew bir-riġlejn taħt l-intestatura 8716 , peress li ma huwiex karrettun, trakk, karretta jew trolley, jew peress li mhuwiex magħmul minn parti speċifika ta’ vettura bħalma huwa xażi. Konsegwentement, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal kostitwenti tiegħu. L-oġġett huwa prodott kompost, magħmul minn materjali differenti (mill-injam, mill-plastik u mill-metall). Il-komponent li jagħti lill-oġġett il-karattru essenzjali tiegħu huwa l-injam, peress li l-pannell tal-injam jikkostitwixxi l-parti ewlenija tal-prodott kompost u peress li l-pannell tal-injam huwa ta’ importanza kbir għall-użu maħsub tal-oġġett. Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 4421 99 10 bħall-oġġetti l-oħra tal-fibreboard. |
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.