EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0913

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/913 tat-3 ta’ Ġunju 2021 dwar l-istandards armonizzati għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2022 u għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017

C/2021/3893

ĠU L 199, 7.6.2021, p. 13–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/09/2023; Imħassar b' 32023D1759

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/913/oj

7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/913

tat-3 ta’ Ġunju 2021

dwar l-istandards armonizzati għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2022 u għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom iqisu prodott li għalih ikunu ġew applikati standards armonizzati, u li n-numri ta’ referenza tiegħu jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, bħala konformi mar-rekwiżiti rilevanti kollha tal-miżura ta’ implimentazzjoni applikabbli li għaliha jirreferu tali standards. L-Artikolu 4 u l-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 (3) jistabbilixxu r-rekwiżiti rilevanti tal-kejl u tal-kalkolu għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), wara l-adozzjoni ta’ att delegat skont l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament li jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar, il-Kummissjoni għandha tippubblika referenzi għall-istandards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-kejl u tal-kalkolu tal-att delegat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta jiġu applikati dawn l-istandards armonizzati waqt il-valutazzjoni tal-konformità ta’ prodott, il-mudell għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-kejl u tal-kalkolu tal-att delegat. L-Artikolu 3 u l-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 (5) jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-kejl u tal-kalkolu għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi.

(3)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)4329 (6), il-Kummissjoni ppreżentat talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jirrevedu l-istandards armonizzati eżistenti dwar il-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’appoġġ għar-Regolamenti (UE) 2019/2022 u (UE) 2019/2023 u r-Regolamenti Delegati (UE) 2019/2017 u (UE) 2019/2014.

(4)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)4329, is-CENELEC abbozza l-istandard armonizzat EN 60436:2020 sabiex jitqies il-progress tekniku u xjentifiku. Is-CENELEC adotta wkoll l-emenda EN 60436:2020/A11:2020 u r-rettifika EN 60436:2020/AC:2020-6 għal dak l-istandard.

(5)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CENELEC, ivvalutat jekk l-istandard armonizzat EN 60436:2020, kif emendat b’EN 60436:2020/A11:2020 u kkoreġut b’EN 60436:2020/AC:2020-6, jikkonformax mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)4329.

(6)

L-istandard armonizzat EN 60436:2020, kif emendat b’EN 60436:2020/A11:2020 u kkoreġut b’EN 60436:2020/AC:2020-6, jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2022 u fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2017.

(7)

Jeħtieġ li jiġi ċċarat liema verżjonijiet tal-istandards imsemmija fil-klawżola “3 Modifika tal-Klawżola 2 “Referenzi normattivi”’ tal-istandard EN 60436:2020 għandhom jiġu applikati għall-finijiet tal-preżunzjoni ta’ konformità.

(8)

Il-kolonna “Kummenti/Noti*” tat-Tabella ZZA.1 fl-istandard armonizzat EN 60436:2020 għall-finijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017 u l-kolonna “Kummenti/Noti*” tat-Tabella ZZB.1 fl-istandard EN 60436:2020 għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/2022 jenħtieġ li jiġu esklużi mill-pubblikazzjoni minħabba l-inkonsistenza ta’ dawk il-kolonni mar-rekwiżiti fil-korp normattiv ewlieni tal-istandard u minħabba l-inċertezza legali li tirriżulta mill-interpretazzjoni tal-effett legali tal-preżunzjoni ta’ konformità inkluża fin-nota f’qiegħ il-paġna għal dawk il-kolonni.

(9)

Għalhekk, jixraq li r-referenza tal-istandard armonizzat EN 60436:2020, kif emendat b’EN 60436:2020/A11:2020 u kkoreġut b’EN 60436:2020/AC:2020-6, tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’restrizzjoni.

(10)

L-istandard armonizzat EN 60436:2020 jissostitwixxi l-istandard armonizzat EN 50242:2016, ippubblikat bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 416/05 (7). Għaldaqstant, jixraq li dak il-Komunikazzjoni titħassar.

(11)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenza għall-istandard armonizzat dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi abbozzata b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017 u elenkata fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni hija b’dan ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’restrizzjoni.

Ir-referenza għall-istandard armonizzat dwar l-ekodisinn tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi abbozzata b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2022 u elenkata fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni hija b’dan ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’restrizzjoni.

Artikolu 2

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 416/05 titħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 267).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 134).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)4329 tal-1 ta’ Lulju 2020 dwar talba għal standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni rigward ir-rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija u tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’appoġġ għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 u (UE) 2019/2023 u r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 u (UE) 2019/2014.

(7)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 416, 11.11.2016, p. 14).


ANNESS I

Referenza tal-istandard armonizzat abbozzat b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017

EN 60436:2020

Magni elettriċi għall-ħasil tal-platti għal użu fid-dar – Metodi għall-kejl tal-operat

EN 60436:2020/A11:2020

EN 60436:2020/AC:2020-6

Restrizzjonijiet:

(a)

għall-finijiet tal-klawżola “2 Referenzi normattivi” japplikaw il-verżjonijiet li ġejjin ta’ standards armonizzati:

(i)

EN 50564:2011;

(ii)

EN 50643:2018 kif emendat b’EN 50643:2018/A1:2020;

(iii)

EN 60704-2-3:2019;

(iv)

EN 60704-2-3:2019 kif emendat b’EN 60704-2-3:2019/A11:2019;

(v)

EN 60705:2015 kif emendat b’EN 60705:2015/A2:2018;

(vi)

EN 60734:2012;

(vii)

ISO 607:1980.

(b)

din il-pubblikazzjoni ma tkoprix il-kolonna “Kummenti/Noti*” tat-Tabella ZZA.1.


ANNESS II

Referenza tal-istandard armonizzat abbozzat b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2022

EN 60436:2020

Magni elettriċi għall-ħasil tal-platti għal użu fid-dar – Metodi għall-kejl tal-operat

EN 60436:2020/A11:2020

EN 60436:2020/AC:2020-6

Restrizzjonijiet:

(a)

għall-finijiet tal-klawżola “2 Referenzi normattivi” japplikaw il-verżjonijiet li ġejjin ta’ standards armonizzati:

(i)

EN 50564:2011;

(ii)

EN 50643:2018 kif emendat b’EN 50643:2018/A1:2020;

(iii)

EN 60704-2-3:2019;

(iv)

EN 60704-2-3:2019 kif emendat b’EN 60704-2-3:2019/A11:2019;

(v)

EN 60705:2015 kif emendat b’EN 60705:2015/A2:2018;

(vi)

EN 60734:2012;

(vii)

ISO 607:1980.

(b)

din il-pubblikazzjoni ma tkoprix il-kolonna “Kummenti/Noti*” tat-Tabella ZZB.1.


Top