EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0630(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2012 li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li temenda d-Deċiżjoni tal- 24 ta’ Ġunju 2010

ĠU C 192, 30.6.2012, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2016

30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2012

li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li temenda d-Deċiżjoni tal-24 ta’ Ġunju 2010

2012/C 192/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-indipendenza, il-kwalità xjentifika għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Il-kooperazzjoni mal-Istati Membri hija wkoll indispensabbli.

(2)

Nofs il-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA għandhom itemmu l-mandat tagħhom fit-30 ta’ Ġunju 2012. Tlieta minn dawk il-membri għandhom esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi u interessi oħra fil-katina alimentari.

(3)

Il-lista ppreżentata mill-Kummissjoni ġiet eżaminata bil-ħsieb li jinħatru seba’ membri ġodda tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA abbażi tad-dokumentazzjoni provduta mill-Kummissjoni u fid-dawl tal-veduti espressi mill-Parlament Ewropew. L-għan huwa li jiġu żgurati l-ogħla standard ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ ħila rilevanti, pereżempju fil-ġestjoni u fl-amministrazzjoni pubblika, u t-tqassim ġeografiku l-aktar wiesa' possibbli fi ħdan l-Unjoni.

(4)

Fl-eżami tal-lista ppreżentata mill-Kummissjoni, il-Kunsill ħa kont tal-fatt li l-Kummissjoni għandha tipproċedi bla dewmien biex tibdel membru li reċentement irriżenja mill-Bord ta' Ġestjoni tal-EFSA permezz ta' proċedura separata u għandha tippreżenta lista ta' kandidati għal dak il-għan f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(5)

Il-Kunsill qies ukoll il-fatt li wieħed mill-membri attwali tal-Bord ta' Ġestjoni tal-EFSA li l-mandat tiegħu għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2014 jista', minħabba bidla fl-attivitajiet professjonali tiegħu, jitqies bħala membru b'esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw interessi oħra fil-katina alimentari.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-24 ta' Ġunju 2010 li taħtar nofs il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (2) għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru bħala membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2016:

 

Valérie BADUEL

 

Sue DAVIES (3)  (4)

 

Piergiuseppe FACELLI (4)

 

Jaana HUSU-KALLIO

 

Radu ROATIȘ CHEȚAN

 

Jiří RUPRICH (4)

 

Tadeusz WIJASZKA

Artikolu 2

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-24 ta' Ġunju 2010, is-sinjal “(**)” għandu jiżdied mal-isem “Jan MOUSING”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. GJERSKOV


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1

(2)  ĠU C 171, 30.6.2010, p. 3.

(3)  Membru b'esperjenza f'organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi.

(4)  Membru attwali tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA.


Top