EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1112

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1112/2011 tat- 3 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar l-entrata għall-Paragwaj fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom awtorizzati biex jintroduċu fl-Unjoni ċertu laħam frisk Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 287, 4.11.2011, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1112/oj

4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1112/2011

tat-3 ta’ Novembru 2011

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar l-entrata għall-Paragwaj fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom awtorizzati biex jintroduċu fl-Unjoni ċertu laħam frisk

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8 u l-ewwel subparagrafu ta’ punt 1 tal-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati li jintroduċu fl-Unjoni Ewropea ċerti annimali u laħam frisk u r-rekwiżiti għal ċertifikazzjoni veterinarja (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għal ċertifikazzjoni veterinarja biex jiġu introdotti fl-Unjoni ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew ta’ laħam frisk. Dan jistipula li dawn it-tali kunsinni jiġu introdotti biss jekk ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom li jidhru fil-lista ta’ Parti 1 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Fid-19 ta’ Settembru 2011, il-Paragwaj għarraf lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) li kienet faqqgħet il-marda tal-ilsien u d-dwiefer. Din faqqgħet fid-disrett ta’ San Pedro u kienet ikkonfermata fit-18 ta’ Settembru 2011 b’analiżi mil-laboratorju (ELISA u EITB).

(3)

Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 tispeċifika li importazzjonijiet mill-Paragwaj ta’ laħam frisk ta’ annimali bovini domestiċi huma awtorizzati.

(4)

Minħabba r-riskju li tfaqqa’ l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Unjoni b’rabta mal-importazzjoni ta’ laħam bovin frisk mill-Paragwaj, u fl-assenza ta’ garanziji li jippermettu r-reġjonalizzazzjoni tal-Paragwaj, it-tali importazzjonijiet m’għandhomx ikunu iżjed awtorizzati. L-entrata tal-Paragwaj f’Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

F’Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, l-entrata għall-Paragwaj għandha tinbidel b’dan li ġej:

“PY – Paragwaj

PY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

PY-1

Il-pajjiż kollu ħlief iż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il Km mill-fruntieri esterni

BOV

A

1

18.9.2011

l-1 t’Awwissu 2008”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.


Top