EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0597

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 597/2008 ta’ l- 24 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 372/2007 li jistipula limiti ta’ migrazzjoni transizzjonali għall-plastifikanti fil-gaskits f'għotjien intiżi biex jiġu f'kuntatt ma’ l-ikel (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 164, 25.6.2008, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/597/oj

25.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 164/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 597/2008

ta’ l-24 ta’ Ġunju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 372/2007 li jistipula limiti ta’ migrazzjoni transizzjonali għall-plastifikanti fil-gaskits f'għotjien intiżi biex jiġu f'kuntatt ma’ l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt ma’ l-ikel, u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/19/KE tat-2 ta’ April 2007, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/72/KE li tirreferi għall-materjali u l-oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel (2), tiċċara li l-gaskits fl-għotjien jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE (3). Id-Direttiva tistipula li, sa l-1 ta’ Mejju 2008, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jippermettu ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ gaskits fl-għotjien jekk dawn ikunu konformi ma’ limiti speċifiċi ta’ migrazzjoni (SMLs) stabbiliti fid-Direttiva 2002/72/KE kif emendata. Il-punt (b) tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2007/19/KE jistipula li, sa mill-1 ta’ Lulju 2008, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-manifattura u l-importazzjoni ta’ gaskits ta’ l-għotjien li mhumiex konformi.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 372/2007 (4) jirregola t-tqegħid fis-suq ta’ gaskits fl-għotjien imsemmija fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2007/19/KE, li qegħdin għal perjodu transizzjonali qabel l-implimentazzjoni tad-Direttiva. Din tistabbilixxi SMLs transizzjonali għas-somma ta’ ċerti plastifikanti użati fil-gaskits fl-għotjien sabiex iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ dawn il-prodotti ma tkunx imxekkla, l-għotjien u l-prodotti ta’ l-ikel li joħolqu riskju sinifikanti jitneħħew minnufih mis-suq u, fl-istess waqt, l-industrija jkollha biżżejjed ħin biex tiffinalizza l-iżvilupp ta’ gaskits li huma konformi ma’ l-SMLs stipulati fid-Direttiva 2002/72/KE kif emendata bid-Direttiva 2007/19/KE. Dan il-perjodu transizzjonali kien maħsub biex idum sat-30 ta’ Ġunju 2008.

(3)

F’Diċembru ta’ l-2007 il-Kummissjoni kienet infurmata mill-industrija ta’ l-ikel u l-għotjien li sa Lulju ta’ l-2008 ma kinux se jkunu disponibbli fis-suq biżżejjed għotjien eżaminati għall-konformità tagħhom mad-Direttiva 2002/72/KE għall-industrija ta’ l-ikel sabiex tippakkja ikel kritiku bħalma hu l-ikel fiż-żejt, il-pesto u z-zlazi li fihom ix-xaħam. Ġew żviluppati ċerti soluzzjonijiet li ma jaħdmux għall-prodotti kollha. Xi soluzzjonijiet oħra ma jiġux prodotti fil-qisien ta’ l-għotjien kollha. Għal għadd ta’ soluzzjonijiet, għad m'hemmx għeluq issiġġillat għal ħażna fit-tul u mġiba migratorja.

(4)

L-għotjien konformi mad-Direttiva 2007/19/KE se jibdew ikunu disponibbli minn Lulju ta’ l-2008 u l-ittestjar mill-industrija ta’ l-ikel ta’ soluzzjonijiet li possibilment jintużaw għall-għotjien se jibda minn dak in-nhar. Meta wieħed iqis li l-prodotti ta’ l-ikel li fihom ix-xaħam u li jiġu ppakkjati b’dawn l-għotjien huma suġġetti għall-produzzjoni staġjonali, u li l-produtturi ta’ l-ikel ikollhom bżonn ftit taż-żmien bex jeżaminaw u jagħżlu s-soluzzjoni xierqa għall-prodotti tagħhom, huwa neċessarju li jiġi stabbilit perjodu ieħor li matulu l-għotjien konformi mar-Regolament (KE) Nru 372/2007 ikunu jistgħu jintużaw biex jiġi ppakkjat l-ikel permezz ta’ deroga minn punt (b) tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2007/19/KE. B’konformità ma’ punt (d) ta’ dak it-tielet subparagrafu, il-perjodu transizzjonali għandu jiġi fi tmiemu fit-30 ta’ April 2009.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 372/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 372/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 ikun sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Permezz ta’ deroga minn punt (b) tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2007/19/KE, l-għotjien li fihom saffi tal-plastik jew miksija bil-plastik, li jiffurmaw gaskits f'dawn l-għotjien, li flimkien huma komposti minn żewġ saffi jew aktar ta’ tipi differenti ta’ materjal, jistgħu jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità jekk ikunu konformi mar-restrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet li jidhru fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.”

(2)

Fl-Artikolu 2, id-data “30 ta’ Ġunju 2008” tiġi sostitwita bit-“30 ta’ April 2009”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  ĠU L 91, 31.3.2007, p. 17, ikkoreġut bil-ĠU L 97, 12.4.2007, p. 50.

(3)  ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/39/KE (ĠU L 63, 7.3.2008, p. 6).

(4)  ĠU L 97, 12.4.2007, p. 9.


Top