EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0595

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 595/2008 tas- 16 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd

ĠU L 164, 25.6.2008, p. 1–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011; Imħassar b' 32011R1344

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/595/oj

25.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 164/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 595/2008

tas-16 ta’ Ġunju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Huwa fl-interess tal-Komunità li d-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni jiġu sospiżi parzjalment jew totalment fuq għadd ta’ prodotti ġodda mhux elenkati fl-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/96 (1).

(2)

Il-kodiċijiet NM u TARIC 5603121020 u 8504408420 għal żewġ prodotti li huma elenkati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandhom jitneħħew minn dik il-lista għaliex m'għadux fl-interess tal-Komunità li tinżamm sospensjoni ta’ dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni.

(3)

Barra minn hekk, id-deskrizzjonijiet ta’ tmien prodotti jeħtiġilhom jinbidlu sabiex iqisu l-iżviluppi tekniċi tal-prodotti u x-xejriet ekonomiċi tas-suq. Dawk il-prodotti għandhom jitqiesu li tneħħew mil-lista u b’riżultat ta’ dan għandhom jiddaħħlu fiha bħala prodotti ġodda.

(4)

L-esperjenza wriet il-ħtieġa li tingħata data ta’ skadenza għas-sospensjonijiet elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1255/96 biex ikun żgurat li jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u ekonomiċi. Dak m'għandux jeskludi t-terminazzjoni prematura ta’ ċerti miżuri jew il-kontinwazzjoni tagħhom lil hinn minn dak il-perjodu, jekk jitressqu raġunijiet ekonomiċi, skond il-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1998 dwar is-sospensjonijiet u l-kwoti tat-tariffi awtonomi (2).

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(6)

B'kont meħud ta’ l-importanza ekonomika ta’ dan ir-Regolament, jeħtieġ li jiġu invokati r-raġunijiet ta’ urġenza previsti fil-punt I.3 tal-Protokoll dwar ir-rwol ta’ parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

(7)

Peress li s-sospensjonijiet imniżżlin f’dan ir-Regolament għandhom jieħdu effett mill-1 ta’ Lulju 2008, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/96 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

Ir-ringieli għall-prodotti elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom jiddaħħlu;

(2)

Ir-ringieli għall-prodotti li l-kodiċijiet NM u TARIC tagħhom jingħataw fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom jitħassru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 16 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU L 158, 29.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1527/2007 (ĠU L 349, 31.12.2007, p. 7).

(2)  ĠU C 128, 25.4.1998, p. 2.


ANNESS I

Prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1).

Kodiċi NM

TARIC

Deskrizzjoni

Rata ta' dazji awtonomi

Perjodu ta’ validità

ex 2008 60 19

30

Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b’kontenut, jew mingħajr, ta’ zokkor ta’ 9 % f’piż, ta’ dijametru ta’ mhux aktar minn 19,9 mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata (1)

10  % (2)

1.7.2008-31.12.2012

ex 2008 60 39

30

ex 2835 10 00

10

Ipofosfit tas-sodju monoidrat

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 2839 19 00

10

Disilikat tad-disodju

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 2841 80 00

10

Wolframat tad-diammonju (paratungstat tad-diammonju)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 2850 00 20

30

Nitrid tat-titanju b’daqs ta’ partikula ta’ mhux aktar minn 250 nm

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 2930 90 85

82

Toluwin-4-sulfinat tas-sodju

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 2930 90 85

83

Metil-p-tolilsulfon

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 2934 20 80

40

1,2-Benzisotijazol-3(2H)-on (Benzisotijazolinon (BIT))

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 3808 93 15

10

Preparazzjoni bbażata fuq konċentrat li jikkonsisti, f'piż, minn 45 % jew aktar iżda mhux aktar minn 55 % ta' l-ingredjent attiv erbiċidali Penoxsulam bħala sospensjoni fl-ilma

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 3815 19 90

41

Katalizzaturi f’forma ta’ pilloli, li jikkonsistu minn 60 % (± 2 %) f’piż ossidu tar-ramm fuq irfid ta’ ossidu ta’ l-aluminju

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 3815 90 90

85

Katalizzatur abbażi ta' aluminosilikat (zeolite), għall-alkilazzjoni ta' idrokarburi aromatiċi, għat-transalkilazzjoni ta' idrokarburi alkilaromatiċi jew għall-oligomerizzazzjoni ta' olefini (1)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 3824 90 97

70

Pejst li jikkonsisti f’piż minn 75 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 85 % ramm, u fih ukoll ossidi inorganiċi, etilċelluloża u solvent

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 3824 90 97

78

Taħlita ta’ fitosteroli derivati mill-injam jew minn żjut b’bażi ta’ injam (tall oil), f’forma ta’ trab b’daqs ta’ partikula ta’ mhux aktar minn 300 μm, li tikkonsisti, f’piż, minn:

60 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 80 % sitosteroli,

mhux aktar minn 15 % kampesteroli,

mhux aktar minn 5 % stigmasteroli, u

mhux aktar minn 15 % betasitostanoli

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 3904 10 00

20

Trab tal-klorur tal-polivinil, mhux imħallat ma’ l-ebda sustanzi oħra, bi grad ta’ polimerizzazzjoni ta’ 1 000 (± 100) unita ta’ monomeri, koeffiċjent ta’ trasmissjoni tas-sħana (valur-K) ta’ 60 jew aktar, iżda mhux aktar minn 70, densità tal-massa ta’ 0,35 g/cm3 jew aktar, iżda mhux aktar minn 0,55 g/cm3, kontenut ta’ materjal volatili ta’ anqas minn 0,35 % f’piż, daqs medju ta’ farka medja ta’ 40 μm jew aktar, iżda mhux aktar minn 70 μm u frazzjoni ta’ mogħdija minn għarbiel b’malji ta’ 120 μm ta’ mhux aktar minn 1 % f’piż, mingħajr ebda monomeri tal-vinil aċetat, għall-manifattura ta’ separaturi tal-batteriji (1)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 3919 10 69

91

Żigarella ta' ragħwa akrilika sewda, mgħottija fuq naħa waħda b'adeżiv attivabbli bis-sħana jew adeżiv akriliku sensittiv għall-pressa u fuq in-naħa l-oħra adeżiv akriliku sensittiv għall-pressa u folja protettiva li titneħħa (release sheet), b'adeżjoni tat-tqaxxir (peel adhesion) f'angolu ta' 90o jew aktar minn 25 N/ċm (skond bil-metodu ASTM D 3330)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 3919 90 69

96

ex 3919 90 69

97

Rombli ta’ film tal-polipropilene f’orjentazzjoni biassjali:

b’kisja li teħel minnha nnifisha,

b’wisa’ ta’ 363 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 507 mm,

b’wisa’ totali tal-film ta’ 10 μm jew aktar iżda mhux aktar minn 100 μm,

għall-użu fil-protezzjoni ta’ displejs LCD waqt il-manifattura ta’ moduli LCD (1)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 3920 62 19

80

Film tal-polietilene tereftalat b’wisa’ ta’ mhux aktar minn 20 μm, miksi fuq iż-żewġ naħat bi strat ta’ barriera tal-gass li tikkonsisti minn matriċi polimerika fejn jixtered is-silika u ta’ wisa’ ta’ mhux aktar minn 2 μm

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 3920 62 19

82

ex 3920 92 00

30

Film tal-poliamide bi ħxuna ta’ mhux aktar minn 20 μm, miksi fuq iż-żewġ naħat bi strat ta’ barriera tal-gass li tikkonsisti minn matriċi polimerika fejn jixtered is-silika u ta’ wisa’ ta’ mhux aktar minn 2 μm

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 5603 11 10

20

Materjali mhux minsuġa, b’piż ta’ mhux aktar minn 20 g/m2, b’filamenti spunbounded u meltblown impoġġija flimkien bħal sandwiċ fejn l-istrati ta’ barra fihom ħafna filamenti fini (b’dijametru ta’ aktar minn 10 μm iżda ta’ mhux aktar minn 20 μm) u l-istrat ta’ ġewwa fih ħafna filamenti fini ħafna (b’dijametru ta’ aktar minn 1 μm iżda ta’ mhux aktar minn 5 μm), għall-manifattura ta’ ħrieqi u ta’ qlejbiet u ta’ ħrieqi sanitarji simili (1)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 5603 11 90

20

ex 5603 12 90

50

Mhux minsuġ:

jiżen 30 g/m2 jew aktar, iżda mhux aktar minn 60 g/m2

fih fibri tal-polipropilene jew ta' polipropilene u polietilene

stampat jew le, bi:

minn naħa waħda, 65 % ta' l-erja kollha tal-wiċċ miksija b'boċċi żgħar ta' 4 mm dijametru, li jikkonsistu f'fibri mrembla, mhux mgħaqqda ma' xulxin, elevati u ankrati, tajbin biex jaqbdu magħhom materjali estrużi f'forma ta' ganċ, filwaqt li il-35 % li jifdal ta' l-erja tal-wiċċ tkun magħqqda ħaġa waħda,

u fuq in-naħa l-oħra wiċċ lixx u milsi,

għall-użu fil-manufattura ta' srievet u nforra tas-srievet għat-trabi u oġġetti sanitarji simili. (1)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 7005 10 25

10

Float glass:

bi ħxuna ta' 2,0 mm jew aktar, imma mhux aktar minn 2,4 mm,

miksi fuq wiċċ wieħed b'saff riflettiv ta' dijossidu tal-landa miżjud bil-fluworin

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 7005 10 30

10

Float glass:

bi ħxuna ta' 4,0 mm jew aktar, imma mhux aktar minn 4,2 mm,

bi trażmissjoni tad-dawl ta' 91 % jew aktar, imkejla b'sors tad-dawl tat-tip D,

miksi fuq wiċċ wieħed b'saff riflettiv ta' dijossidu tal-landa miżjud bil-fluworin

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 7006 00 90

60

Pjanċi tal-ħġieġ soda-ġir (“soda-lime”):

punt ta' strapazz ta' aktar minn 570°C

ħxuna ta' 1,7 mm jew aktar, imma mhux aktar minn 2,9 mm

dimensjonijiet ta' 1 144  mm (± 0,5 mm) × 67 0 mm (± 0,5 mm) jew 1 164  mm (± 0,5 mm) × 649 mm (± 0,5 mm)

u sew jekk fihx jew le:

saff ta' Ossidu tal-Landa-Indju, jew

struttura ta' elettrodi magħmula mill-impasta tal-fidda miksija b'materjal dielettriku

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 8529 90 92

46

ex 7007 19 20

20

Folja tal-ħġieġ ittemprat jew semittemprat ta' daqs dijagonali ta' 81 cm jew aktar, imma li ma jaqbiżx 186 cm, b'saff wieħed jew aktar ta' polimeru, sew miżbugħa kif ukoll le jew b'ċeramika kkulurita jew sewda madwar it-truf tad-dawra, għall-użu fil-manifattura ta' prodotti koperti bl-intestatura 8528  (1)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 7606 12 10

10

Strixxa ta’ liga ta’ aluminju u manjeżju, li tikkonsisti, f’piż, minn:

93,3 % jew aktar aluminju,

2,2 % jew aktar iżda mhux aktar minn 5 % manjeżju, u

mhux aktar minn 1,8 % elementi oħra,

f’rombli, ta’ ħxuna ta’ 0,14 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 0,40 mm u wisa’ ta’ 12,5 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 89 mm, b’saħħa ta’ tensjoni ta’ 285 N/mm2 jew aktar u b’elongazzjoni fil-punt tal-ksur ta’ 0,1 % jew aktar

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 7607 11 90

20

ex 7607 20 99

10

Film laminat ta' l-aluminju bi ħxuna totali ta' mhux aktar minn 0,123 mm, magħmul minn saff ta' aluminju ta' ħxuna ta' mhux aktar minn 0,04 mm, films ta' bażi tal-poliamide u tal-polipropilene, u kisja protettiva kontra l-korrużjoni mill-aċidu idrofluworiku, għall-użu fil-manifattura ta' batteriji tal-polimeru tal-litju (1)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 8108 90 30

10

Vireg ta' liega tat-titanju konformi man-normi EN 2002-1 jew EN 4267

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 8108 90 30

20

Żbarri, vireg u wajer ta' lega tat-titanju u l-aluminju li bil-piż fihom 1 % jew aktar, imma mhux aktar minn 2 %, ta' aluminju, għall-użu fil-manufattura tas-silencers u pajpijiet ta' l-exhaust tas-subintestaturi 8708 92 jew 8714 19  (1)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 8108 90 50

30

Liga tat-titanju u s-silikon, li fiha f'piż 0,15 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,60 % silikon, f'folji jew f’rombli, għall-użu fil-manifattura ta':

sistemi ta' l-egżost għal magni b'kombustjoni interna jew

tubi u pajpijiet ta’ subintestatura 8108 90 60  (1)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 8108 90 50

40

Folji ta’ liga ta’ titanju għall-manifattura ta’ partijiet strutturali ta’ inġenji ta’ l-ajru (1)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 8108 90 50

50

Pjanċi, folji, strippi and folji rqaq ta’ lega tat-titanju, ramm u nijobju, li bil-piż fih 0,8 % jew aktar, imma mhux aktar minn 1,2 %, ramm u 0,4 % jew aktar, imma mhux aktar minn 0,6 %, nijobju

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 8113 00 90

10

Carrier plate magħmula minn karbur tas-silikon (AlSiC-9) għaċ-ċirkuwiti elettroniċi

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 8407 33 90

10

Magni li jaqbdu bi xrara bil-moviment alternat jew magni rotatorji bil-pistuni b'kombustjoni interna, b'ċilindrata ta' mhux aktar minn 300 cm3 u b'qawwa ta' mhux anqas minn 6 kW iżda li ma taqbiżx 20,0 kW, għall-fabbrikazzjoni ta':

magni tal-ħsad għal-lonijiet li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom, mgħammra b'sedil, tas-subintestarura 8433 11 51

trakters tas-subintestatura 8701 90 11 , li l-funzjoni ewlenija hija dik ta' magni tal-ħsad għal-lonijiet jew

magni tal-ħsad “four-stroke” b'magna b'ċilindrata ta' mhux anqas minn 300 cm3 tas-subintestatura 8433 20 10

jew snowploughs u snowblowers tas-subintestatura 8430 20  (1)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 8407 90 80

10

ex 8407 90 90

10

ex 8407 90 10

20

Magna tal-kombustjoni interna “two-stroke”, b'ċilindrata li ma taqbiżx 125 cm3, għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta' magni tal-ħsad għal-lonijiet tas-subintestatura 8433 11 jew snowploughs u snowblowers tas-subintestatura 8430 20  (1)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 8536 69 90

20

Pitch connector għall-użu fil-manifattura ta' tagħmir tar-riċezzjoni f'televixins LCD (1)

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 9001 20 00

10

Materjal li jikkonsisti f'film polarizzanti, kemm jekk hu fuq rombli kemm jekk mhux, mirfud minn naħa waħda jew miż-żewġ naħat minn materjal trasparenti

0  %

1.7.2008-31.12.2012

ex 9405 40 39

10

Modulu tad-dawl ambjenti b'tul ta' 300 mm jew aktar, iżda li ma jaqbiżx 600 mm, fuq il-bażi ta' ġeneratur tad-dawl b'serje ta' 3 jew aktar, iżda mhux aktar minn 9 LEDs speċifiċi ta' ċippa waħda tad-dawl aħmar, aħdar u blu mmuntati fuq bord (PCB), b'dawl imqabbad ma' quddiem u/jew wara t-Televixin Ċatt (1)

0  %

1.7.2008-31.12.2008


(1)  Dħul taħt din is-subintestatura huwa suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Komunità (ara mill-Artikoli 291 sa 300) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 - ĠU L 253, 11.10.1993 p. 1).

(2)  Id-dazju addizjonali speċifiku huwa applikabbli.


ANNESS II

Prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2):

Kodiċi NM

TARIC

3815 90 90

85

3919 10 69

91

3919 90 69

96

5603 11 10

20

5603 11 90

20

5603 12 10

20

5603 12 90

50

7607 20 99

10

8108 90 50

30

8407 33 90

10

8407 90 80

10

8407 90 90

10

8407 90 10

20

8504 40 84

20

9001 20 00

10


Top