EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0592

Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità Test b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 177, 4.7.2008, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/592/oj

4.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 177/1


REGOLAMENT (KE) NRU 592/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Ġunju 2008

li jemenda r-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l- Artikoli 42 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Sabiex jittieħed kont tal-bidliet leġislattivi li saru f'ċerti Stati Membri, huwa neċessarju li jiġu adattati ċerti annessi tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (3).

(2)

Huwa meħtieġ għalhekk li jiġi emendat ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, II, IIa, III, IV, VI u VIII ta' Regolament (KEE) Nru 1408/71 huma emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 17 ta' Ġunju 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  Opinjoni tal-25 ta' Ottubru 2007 (ĠU C 44, 16.2.2008, p. 106).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Mejju 2008.

(3)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 (ĠU L 392, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

L-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

F’parti I, taħt l-intestatura “J. L-IRLANDA”, it-test huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“1.

Kull persuna li, b’mod obbligatorju jew volontarju, hija assigurata skond id-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 12, 24 u 70 ta' l-Att Konsolidat dwar il-Protezzjoni Soċjali tal-2005 (Social Welfare Consolidation Act 2005) għandha tkun kkunsidrata bħala ħaddiem impjegat, fis-sens ta' l-Artikolu 1 punt a) ii) tar-Regolament.

2.

Kull persuna li, b’mod obbligatorju jew volontarju, hija assigurata skond id-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 20 u 24 ta' l-Att Konsolidat dwar il-Protezzjoni Soċjali tal-2005 (Social Welfare Consolidation Act 2005) għandha tkun kkunsidrata bħala ħaddiem li jaħdem għal rasu, fis-sens ta' l-Artikolu 1 punt a) ii) tar-Regolament.”;

(b)

parti II hija emendata kif ġej:

(i)

taħt l-intestatura “J. L-IRLANDA” it-test huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“Fl-applikazzjoni tar-Regolament u sabiex jiġi ddeterminat id-dritt għall-benefiċċji in natura għal mard u l-maternità, it-terminu ‘membru tal-familja’ għandu jfisser kull persuna kkunsidrata bħala dipendenti fuq persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha għall-applikazzjoni ta' l-Atti dwar is-Saħħa 1947 sa 2004.”;

(ii)

taħt l-intestatura “P. L-UNGERIJA” it-test huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“Sabiex jiġi determinat id-dritt għall-benefiċċji in natura skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament, it-terminu ‘membru tal-familja’ għandu jfisser konjugu jew wild dipendenti kif definit fl-Artikolu 685 (b) tal-Kodiċi Civili.”;

2.

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

F’ parti I, taħt l-intestatura “I. FRANZA” it-test huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“L-iskemi ta' benefiċċji supplimentari għal persuni li jaħdmu għal rashom fix-xogħol artiġanali, industrijali, kummerċjali jew professjonisti, l-iskemi supplimentari ta' l-assigurazzjoni tax-xjuħ għall-persuni professjonisti li jaħdmu għal rashom, l-iskemi supplimentari ta' assigurazzjoni li jkopru l-invalidita’ u l-mewt ta' persuni professjonisti li jaħdmu għal rashom u l-iskemi ta' benefiċċji supplimentari tax-xjuħ għat-tobba u l-awżiljarji mediċi b’kuntratt kif imsemmija rispettivament fl-Artikoli L.615-20, L.644-1, L.644-2, L.645-1 u L.723-14 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali.”;

(b)

F’ parti II, l-intestatura “T. IL-POLONJA” hi ssostitwita bit-test li ġej:

“Għotja unika għal twelid (l-Att dwar il-benefiċċji għall-Familja).”;

3.

Fl-Anness IIa, taħt l-intestatura “J. L-IRLANDA” it-test huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“(a)

Allowance għal min qed ifittex xogħol (l-Att konsolidat ta' l-2005 dwar il-protezzjoni soċjali, Parti 3, Kapitolu 2);

(b)

Pensjoni ta' l-Istat (mhux kontributorja) (l-Att konsolidat ta' l-2005 dwar il-protezzjoni soċjali, Parti 3, Kapitolu 4);

(ċ)

Pensjoni ta' l-armla (mhux kontributorja) u ta' l-armel (mhux kontributorja) (l-Att konsolidat ta' l-2005 dwar il-protezzjoni soċjali, Parti 3, Kapitolu 6);

(d)

Allowance għal diżabbiltà (l-Att konsolidat ta' l-2005 dwar il-protezzjoni soċjali, Parti 3, Kapitolu 10);

(e)

Allowance għall-mobilità (l-Att ta' l-1970 dwar is-saħħa, Taqsima 61);

(f)

Pensjoni għall-għomja (l-Att konsolidat ta' l-2005 dwar il-protezzjoni soċjali, Parti 3, Kapitolu 5).”;

4.

L-Anness III, parti A, hi emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 16 “IL-ĠERMANJA – L-UNGERIJA”, t-test huwa sostitwit bit-test li ġej:

“(a)

L-Artikolu 40(1), punt b), tal-Konvenzjoni dwar is-Siġurtà Soċjali tat-2 ta' Mejju 1998.

(b)

punt 16 tal-Protokoll Konkludenti ta' l-imsemmija Konvenzjoni.”;

(b)

fil-punt 28, taħt l-intestatura “L-UNGERIJA – L-AWSTRIJA”, t-test huwa sostitwit bit-test li ġej:

“L-Artikolu 36(3) tal-Konvenzjoni dwar is-Siġurtà Soċjali tal-31 ta' Marzu 1999.”;

5.

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

parti A, hi emendata kif ġej:

(i)

taħt l-intestatura “J. L-IRLANDA” it-test huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Parti 2, Kapitolu 17, l-Att konsolidat ta' l-2005 dwar il-protezzjoni soċjali.”;

(ii)

taħt l-intestatura “R. L-OLANDA”, huwa miżjud il-punt li ġej:

“(ċ)

de Wet werk en inkomen naar arbeidsvermogen – (ix-Xogħol u l-Introjtu skond l-Att dwar il-Kapaċita’ tax-Xogħol) (WIA) ta' l-10 ta' Novembru 2005”;

(b)

parti C, hi emendata kif ġej:

(i)

taħt l-intestatura “P. L-UNGERIJA” it-test huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Xejn.”;

(ii)

taħt l-intestatura “S. L-AWSTRIJA” it-test huwa sostitwit bit-test li ġej:

“1.

Kull applikazzjoni għal benefiċċju skond l-Allgemeines Sozialversicherungsgesetz – (l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali Ġenerali) (ASVG), il- Gewerbliches Sozialversicherungsgesetz – (l-Att dwar l-Assigurazzjoni Soċjali għal Persuni li jaħdmu fl-Industrija) (GSVG) u l- Bauern-Sozialversicherungsgesetz (l-Att dwar l-Assigurazzjoni Soċjali għall-Bdiewa) (BSVG), sakemm l-Artikoli 46b u 46c tar-Regolament ma japplikawx.

2.

L-applikazzjonijet kollha relatati mal-benefiċċji li ġejjin abbażi ta' kont pensjonistiku taħt l-Allgemeines Pensionsgesetz (l-Att dwar il-Pensjonijiet Ġenerali) (APG), sakemm l-Artikoli 46b u 46c tar-Regolament ma japplikawx.

(a)

pensjonijiet tax-xjuħija;

(b)

pensjonijiet ta' invalidità;

(ċ)

pensjonijiet għas-superstiti, b’riserva li ebda żieda tal-benefiċċju li tirriżulta f’xhur ta' assigurazzjoni addizzjonali ma għandha tiġi kkalkulata taħt l-Artikolu 7(2) ta' l-APG.”;

6.

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a)

taħt l-intestatura “C. ID-DANIMARKA”, it-test huwa sostitwit bit-test li ġej:

(i)

f’punt 6, il-kliem “ta’ l-20 ta' Diċembru 1989” huma mħassra;

(ii)

punt 11 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“11.

Il-benefiċċju temporanju mogħti lil dawk qiegħda li kienu ibbenefikaw mill-iskema ‘flexjob’ (ledighedsydelse) (skond l-Att dwar il-Politika Soċjali Attiva) taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, Kapitolu 6 (benefiċċji għall-qgħad). F’dak li jikkonċerna lil dawk li huma qiegħda li jmorru fi Stat Membru ieħor, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 69 u 71 tar-Regolament japplikaw meta l-Istat Membru kkonċernat għandu skemi simili li japplikaw għall-istess kategorija ta' persuni.”;

(b)

taħt l-intestatura “R. L-OLANDA”, it-test għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1(a)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

sakemm m’humiex inklużi fil-punt (i), il-membri tal-familja ta' persunal militari attiv li qed jgħixu fi Stat Membru ieħor u persuni li huma residenti fi Stat Membru ieħor u li skond ir-Regolament huma intitolati għall-kura tas-saħħa fl-istat ta' residenza tagħhom, l-Olanda tkun responsabbli għall-ispejjeż.”;

(ii)

il-punt 1(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ċ)

Id-dispożizzjonijiet taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa) u ta' l-Algemene Wet Bijzondere Ziektekosten (l-Att Ġenerali dwar Spejjeż Mediċi Eċċezzjonali) li jikkonċernaw ir-responsabilità għall-pagamenti ta' kontribuzzjonijiet għandhom japplikaw għall-persuni msemmija fil-punt (a) u għall-membri tal-familji tagħhom. Fir-rigward ta' membri tal-familja, il- kontribuzzjonijiet jitħallsu mill-persuna li mingħandha joriġina d-dritt għall-kura tas-saħħa, bl-eċċezzjoni tal-membri tal-familja ta' staff militari li jgħixu fi Stat Membru ieħor li se jħallsu direttament.”;

(iii)

punt 4 huwa sostitwit b’ dan li ġej:

“4.

L-applikazzjoni tal-liġi Olandiża relatata ma' l-invalidità tax-xogħol

(a)

Kull ħaddiem impjegat jew li jaħdem għal rasu li ma jkunx għadu assigurat taħt l-Algemene Arbeidsongeschiktheidswet – (l-Att dwar id-Diżabbilta’ Ġenerali) (AAW) tal-11 ta' Diċembru 1975, il-Wet Arbeidsongeschiktheidsverzekering Zelfstandigen (l-Att dwar Benefiċċji ta' Diżabbilta’ għal Persuni li jaħdmu għal rashom) (WAZ) ta' l-24 ta' April 1997, il-Wet op de Arbeidsongeschiktheidsverzekering (l-Att dwar l-Assigurazzjoni ta' diżabbilta’) (WAO) tat-18 ta' Frar 1966 jew il-Wet Werk en Inkomen naar Arbeidsvermogen (l-Att dwar ix-Xogħol u d-Dħul skond il-Kapaċita’ tax-Xogħol) (WIA) ta' l-10 ta' Novembru 2005 hu kkunsidrat li huwa meta r-riskju jimmaterjalizza, għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III Kapitolu 3 tar-Regolament, jekk dik il-persuna tkun assigurata għal dan l-istess riskju skond il-liġi ta' Stat Membru ieħor jew, fin-nuqqas ta' dan, f’każ fejn il-benefiċċju ikun dovut għall-istess riskju skond il-liġi ta' Stat Membru ieħor. Madankollu, din il-kondizzjoni ta' l-aħħar għandha titqies imwettqa fil-każ imsemmi fl-Artikolu 48(1).

(b)

Jekk skond punt a), il-persuna kkonċernata jkollha dritt għal benefiċċju ta' invalidità Olandiża, dan il-benefiċċju għandu jitħallas, skond ir-regoli previsti fl-Artikolu 46(2), tar-Regolament:

(i)

skond id-dispożizzjonijiet tal-WAO jekk l-aħħar attività mwettqa mill-persuna kkonċernata, qabel ma seħħet l-invalidità tax-xogħol, kienet bħala persuna impjegata skond l-Artikolu 1, punt a), tar-Regolament, jekk l-invalidità tax-xogħol seħħet qabel l-1 ta' Jannar 2004. Jekk l-invalidità tax-xogħol seħħet fl-1 ta' Jannar 2004 jew wara din id-data, l-ammont ta' dan il-benefiċċju jiġi kkalkulat abbażi tal-WIA;

(ii)

skond id-dispożizzjonijiet tal-WAZ jekk l-aħħar attività mwettqa mill-persuna kkonċernata, qabel ma seħħet l-invalidità tax-xogħol, ma kinetx bħala persuna impjegata skond l-Artikolu 1(a) tar-Regolament.

(ċ)

Għall-kalkolu tal-benefiċċji mħallsa skond il-WAO, skond il-WIA jew skond il-WAZ, l-istituzzjonijiet Olandiżi għandhom jikkunsidraw:

perjodi ta' xogħol b’salarju u perjodi kkunsidrati bħala tali imwettqa fl-Olanda qabel l-1 ta' Lulju 1967;

perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa taħt il-WAO;

perjodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa mill-persuna kkonċernata wara l-età ta' ħmistax-il sena taħt l-AAW sakemm dawn ma jikkoinċidux ma' perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa taħt il-WAO;

perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa skond il-WAZ;

perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa skond il-WIA.

(d)

Fil-kalkolu tal-benefiċċju ta' invalidità Olandiż skond l-Artikolu 40(1) tar-Regolament, l-istituzzjonijiet Olandiżi, ma jikkunsidrawx bħala supplimenti dawk is-supplimenti mogħtija taħt il-liġi dwar is-supplimenti. Id-dritt għal dan is-suppliment u l-ammont tiegħu huma kalkulati esklussivament abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar is-Supplimenti.”;

(ċ)

taħt l-intestatura “S. L-AWSTRIJA”, għandu jiżdied il-punt li ġej:

“10.

Għall-kalkolu ta' l-ammont teoretiku f’dawk li huma l-benefiċċji bbażati fuq il-kont pensjonistiku skond l-Allgemeines Pensionsgesetz (l-Att dwar il-Pensjonijiet Ġenerali) (APG) għall-finijet ta' l-Artikolu 46(2), l-istituzzjoni kompetenti tikkunsidra, għal kull xahar imwettaq ta' assigurazzjoni taħt il-liġi ta' Stati Membri oħra, dak il-porzjon ta' kreditu totali determinat skond l-APG fid-data ta' referenza li tikkorrispondi mal-kwozjent tal-kreditu totali u tan-numru tax-xhur ta' assigurazzjoni li fuqu jiġi bbażat il-kreditu totali.”;

7.

fl-Anness VIII, taħt l-intestatura “J. L-IRLANDA”, it-test huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Il-benefiċċju għat-tfal, il-ħlas tat-tutur (kontributorju) u ż-żiediet tal-pensjoni tan-nisa romol (kontributorja) u tal-pensjoni ta' l-irġiel romol (kontributorja) dovuti għat-tfal eliġibbli taħt l-Att Konsolidat dwar il-Protezzjoni Soċjali tal-2005 u l-emendi sussegwenti tieghu.”.


Top