EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0115

Id-Direttiva 2003/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva 94/35/KE dwar ħlewwiet għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel

ĠU L 24, 29.1.2004, p. 65–71 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32008R1333

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/115/oj

32003L0115



Official Journal L 024 , 29/01/2004 P. 0065 - 0071


Id-Direttiva 2003/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-22 ta' Diċembru 2003

li temenda d-Direttiva 94/35/KE dwar ħlewwiet għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara konsultazzjoni mal-KumItat Xjentifiku dwar l-Ikel, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-addittivi ta' l-iekl awtorizzati għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem [3],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Id-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar ħlewwiet għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel [5] tippreskrivi lista tal-ħlewwiet li jistgħu jintużaw fil-Komunità u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

(2) Mill-1996, żewġ ħlewwiet ġodda, sucralose u melħ ta' l-aspartame u acesulfame, ġew aċċettati għall-użu fl-ikel mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel.

(3) L-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fuq is-cyclamic acid u s-sodju tiegħu u l-melħ tal-kalċju (li wassal għall istabbiliment ta' doża ġdida aċċettabbli ta' kulljum (ADI)) u studji reċenti dwar id-doża ta' cyclamates wasslu għal tnaqqis fid-dożi massimi użabbli ta' cyclamic acid u s-sodji tiegħu melħ tal-kalċju.

(4) It-tismija ta' ċerti kategoriji ta' ikel fid-Direttiva 94/35/KE għandha tiġi adattata biex tagħti kont tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 1992 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma' supplimenti ta' l-ikel [6] u ta' direttivi speċifiċi adottati għal xi gruppi ta' oġġetti ta' l-ikel elenkati fl-Anness I li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE [7].

(5) L-użu ta' l-addittivi ta' l-ikel konċernati jikkonforma mal-kriterji ġenerali preskritti fl-Anness II li jinsab mad-Direttiva 89/107/KEE.

(6) L-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jippreskrivi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet tal-liġi dwar l-ikel, jistabbilixxu l-Awtorità Ewropea għas-Sigurezza ta' l-Ikel u jippreskrivu proċeduri ta' kwistjonijiet dwar is-sigurezza ta' ikel [8] u jistabbilixxu preċeduri għat-teħid ta' miżuri ta' emerġenza b'relazzjoni ma' ikel ta' oriġini fil-Komunità jew importat minn pajjiż terz. Dawn jippermettu lill-Kummissjoni li tadotta dawk il-miżuri f'sitwazzjonijiet fejn l-ikel x'aktarx li jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa ta' l-annimali jew l-ambjent u fejn dak ir-riskju ma ikunx jista' jiġi kontenut b'mod sodisfaċenti b'miżuri meħuda mill-Istat/i Membru/i konċernat/i.

(7) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/35/KE għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [9].

(8) Id-Direttiva 94/35/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 94/35/EC hija b'dan emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 4

Jista' jiġi deċiż skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 7:

- fejn ikun hemm differenzi ta' opinjoni dwar jekk ħlewwiet jistgħux jintużaw f'oġġett partikolari ta' l-ikel taħt it-termini ta' din id-Direttiva, dwar jekk oġġett ta' l-ikel għandux jiġi kunsidrat bħala li jappartjeni għal xi waħda mill-kategoriji elenkati fit-tielet kolonna ta' l-Anness, u

- jekk addittiv ta' l-ikel elenkat fl-Anness u awtorizzat bħala "quantum satis"; jintużax skond il-kriterji msemmija fl-Artikolu 2.";

2. tielet inċiż għandu jiżdied ma' l-Artikolu 5(2):

"— bejgħ ta' aspartame u acesulfame: "fih sors ta' phenylalanine";.";

3. l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 7

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit bis-saħħa ta' l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 [10], hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat".

2. Kull fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE [11] għandhom japplikaw, wara li jingħata kont tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat bħala wieħed ta' tlett xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura."

4. l-Anness għandu jiġi emendat skond l-Anness li jinsab ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Sad-29 ta' Jannar 2006 l-aktar tard, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jelenka l-progress magħmul fir-rivalutazzjonijiet li jkunu qed isiru ta' addittivi u li jistabbilixxi kalendarju provviżorju għal rivalvalutazzjonijiet futuri, speċjalment dawk għal sucralose u melħ ta' l-aspartame-acesulfame. Dawn ir-rivalutazzjonijiet għandhom jitwettqu fuq il-bażi ta' tagħrif tal-konsumatur provdut mill-Istati Membri u għandhom jagħtu kont ta' l-effetti ta' addittivi fuq gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sabiex:

- jawtorizzaw il-kummerċ fi u l-użu ta' prodotti li jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-aktar tard sad-29 ta' Jannar 2005,

- jipprojbixxu l-kummerċ fi u l-użu ta' prodotti li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva l-aktar tard sad-29 ta' Lulju 2005; iżda, prodotti mqegħda fis-suq qabel dik id-data li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva jistgħu jiġu marketed sad-29 ta' Jannar 2006.

Huma għandhom jinformaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir dik ir-referenza.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

A. Matteoli

[1] ĠU C 262 E of tad- 29.10.2002, p. 429.

[2] ĠU C 85, tat-8.4.2003, p. 34.

[3] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 1).

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' April 2003 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003 (ĠU C 277 E, tat-18.11.2003, p. 1) u posizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2003 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[5] ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 3. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 96/83/KE (ĠU L 48, tad-19.2.1997, p. 16).

[6] ĠU L 183, tat-12.7.2002, p. 51.

[7] ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 172, tat-8.7.1999, p. 38).

[8] ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.

[9] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[10] ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1

[11] Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23).

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness li jinsab mad-Direttiva 94/35/KE huwa b’dan emendat kif ġej:

1. fit-tielet kolonna tat-tabelli l-kategoriji li ġejjin ta’ oġġetti ta’ l-ikel għandhom jiġu imsemmija mill-ġdid:

(a) minflok "Formoli sħaħ għall-kontroll tal-piż maħsuba biex jissostitwixxu l-ammont ta’ ikel totali ta’ kull jum jew ta’ ikla individwali" għandu jaqra "Ikel maħsub għall-użu f’dieta ta’ enerġija ristretta għat-tnaqqis tal-piż kif imsemmi fid-Direttiva 96/8/KE (*);"

(b) minflok "Formoli sħaħ u supplimenti ta’ nutriment għall-użu taħt sorveljanza medika" għandu jaqra "Ikel tad-dieta għal finijiet speċjali mediċi kif definiti fid-Direttiva 1999/21/KE (**)’;"

(ċ) minflok "Supplimenti ta’ ikel likwidu/integraturi tad-dieta" għandu jaqra "Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE (***) provduti f’forma likwida";

(d) minflok "Supplimenti ta’ ikel solidu/integraturi tad-dieta" għandu jaqra "Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma solida";

(e) minflok "Supplimenti ta’ ikel solidu/integraturi tad-dieta bbażati fuq vitamini u/jew elementi minerali, tat-tip ta’ ġulepp jew li jistgħu jintmagħdu" għandu jaqra "Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, ibbażati fuq vitamini u/jew elementi minerali u provduti fil-forma ta’ ġulepp jew li jistgħu jintmagħdu";

2. in-noti fl-aħħar tal-paġna li ġejjin għandhom jiżdiedu wara t-tabelli:

"(*) Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta’ Frar 1996 dwar ikel maħsub għall-użu f’dieti ta’ enerġija ristretta għat-tnaqqis tal-piż (ĠU L 55, tas-6.3.1996, p. 22).

(**) Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta’ Marzu 1999 dwar ikel tad-dieta għal finijiet speċjali mediċi (ĠUJ L 91, tas- 7.4.1999, p. 29).

(***) Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw ma’ supplimenti ta’ l-ikel (ĠU L 183, tat-12.7.2002, p. 51)."

3. għall-E 951

"Aspartame"

il-kategorija li ġejja għandha tiżdied taħt

"Ħelu"

:

"—Essoblaten | 1000 mg/kg’" |

4. għall-E 952 cyclamic acid u s-sodji tiegħu u l-melħ tal-kalċju:

(a) għall-kategoriji li ġejjin ta’ oġġetti ta’ l-ikel, id-doża massima użabbli ta’ "400 mg/l" għandha tiġi sostitwita bi "250 mg/l":

- Xorb bit-togħma bbażat fuq l-ilma, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud;

- Ħalib- u xorb fuq bażi miksub mill-ħalib jew fuq bażi ta’ sugu tal-frott, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud;

(b) il-kategoriji li ġejjin ta’ oġġetti ta’ l-ikel u d-dożi massimi użabbli għandhom jitħassru:

"—Ħelu mingħajr zokkor miżjud | 500 mg/kg |

—Ħelu bbażat fuq il-kawkaw jew fuq frott imnixxef, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 500 mg/kg |

—Ħelu bbażat fuq il-lamtu, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 500 mg/kg |

—Ċjuwing gamm mingħajr zokkor miżjud | 1500 mg/kg |

—Ħelu żgħir biex jiffriska n-nifs, mingħajr zokkor miżjud | 2500 mg/kg |

—Silġ li jittiekel, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 250 mg/kg’" |

5. it-tabelli li ġejjin għandhom jiżdiedu:

"Nru KE | Isem | Oġġetti ta’ l-ikel | Doża massima użabbli |

E 955 | Sucralose | Xorb mhux alkoħoliku | |

—Xorb bit-togħma bbażat fuq l-ilma, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 300 mg/l |

—Ħalib u xorb b’bażi miksub mill-ħalib jew ibbażat fuq sugu tal-frott, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 300 mg/l |

Diżerta u prodotti simili | |

—Diżerti bbażati fuq l-ilma, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 400 mg/kg |

—Ħalib u preparazzjonijiet ibbażati fuq derivattivi mill-ħalib, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 400 mg/kg |

—Diżerti bbażati fuq frott u ħxejjex, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 400 mg/kg |

—Diżerti bbażati fuq il-bajd, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 400 mg/kg |

—Diżerti bbażati fuq ċereali, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 400 mg/kg |

—Diżerti bbażati fuq xaħam, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 400 mg/kg |

—’Ikliet żgħar’: ċerti togħmiet ta’ prodotti lesti għall-ikel, ippakkjati minn qabel, niexfa b’lamtu bit-togħma u lewż miksi | 200 mg/kg |

Ħelu | |

—Ħelu mingħajr zokkor miżjud | 1.000 mg/kg |

—Ħelu bbażat fuq il-kawkaw jew frott imnixxef, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 800 mg/kg |

—Ħelu bbażat fuq il-lamtu, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1.000 mg/kg |

—Kornetti u wejfers, għall-ġelati, mingħajr zokkor miżjud | 800 mg/kg |

—Essoblaten | 800 mg/kg |

—Tidlik għal fuq il-ħobż ibbażat fuq il-kawkaw, ħalib, frott imnixxef jew xaħam, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 400 mg/kg |

—Ċereali għall-kolazzjon b’kontenut ta’ fibra ta’ aktar minn 15 %, li ikun fih ta’ l-anqas 20 % ta’ granza, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 400 mg/kg |

—Ħelu żgħir biex jiffriska n-nifs mingħajr zokkor miżjud | 2.400 mg/kg |

—Pastilji tal-griżmejn b’togħma qawwija li tiffrisha mingħajr zokkor miżjud | 1.000 mg/kg |

—Ċjuwing gamm mingħajr zokkor miżjud | 3.000 mg/kg |

—Pilloli fil-forma ta’ ħelu li jnaqqsu l-enerġija | 200 mg/kg |

—Sidru u xorb magħmul mill-meraq imħemmer tal-lanġas | 50 mg/l |

—Xorb li jikkonsisti f’taħlit ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, sidru, xorb magħmul mill-meraq imħemmer tal-lanġas, spirti jew inbid | 250 mg/l |

—Xorb spirituż li ikun fih anqas minn 15 % alkoħol skond il-volum | 250 mg/l |

—Birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jisboqx il-1,2 % vol | 250 mg/l |

—’Bière de table/Tafelbier/Table beer’ (kontenut oriġinali wort ta’ anqas minn 6 %) ħlief għall-’Obergäriges Einfachbier’ | 250 mg/l |

—Birra b’aċidità minima ta’ 30 milli-equivalenti espressi bħala NaOH | 250 mg/l |

—Birra kannella tat-tip ’oud bruin’ | 250 mg/l |

—Birra b’enerġija mnaqqsa | 10 mg/l |

—Silġ li jittiekel, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 320 mg/kg |

—Frott fil-laned jew ibbottiljat, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 400 mg/kg |

—Kunserva b’enerġija mnaqqsa, ġelli u marmellati | 400 mg/kg |

—Frott bl-enerġija mnaqqsa u preparazzjonijiet ta’ ħxejjex | 400 mg/kg |

—Frott u ħxejjex ħelwin-morri ppriservati | 180 mg/kg |

—Feinkostsalat | 140 mg/kg |

—Ħut u marinati ħelwin-morri priservati jew semi-priservati, krstaċi u molluski | 120 mg/kg |

—Sopo b’enerġija mnaqqsa | 45 mg/l |

—Zlazi | 450 mg/kg |

—Mustarda | 140 mg/kg |

—Prodotti fini tal-furnara għal użu speċjali ta’ nutriment | 700 mg/kg |

—Ikel maħsub għall-użu f’dieti ta’ enerġija mnaqqsa għat-tnaqqis tal-piż kif imsemmija fid-Direttiva 1996/8/KE | 320 mg/kg |

—Ikel tad-dieta għal finijiet speċjali mediċinali kif definit fid-Direttiva 1999/21/KE | 400 mg/kg |

—Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma likwida | 240 mg/l |

—Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma solida | 800 mg/kg |

—Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, bbażati fuq vitamini u/jew elementi minerali u provduta f’forma ta’ tip ta’ ġulepp jew li jintmagħdu | 2.400 mg/kg |

E 962 | Melħ ta’ l-aspartame-acesulfame 1 | Xorb mhux alkoħoliku | |

—Xorb bit-togħma bbażat fuq l-ilma, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/l (a) |

—Xorb minn ħalib u minn derivattivi bbażati fuq il-ħalib jew ibbażat fuq is-sugu tal-frott, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/l (a) |

Diżerta u prodotti simili | |

—Diżerti bbażati fuq l-ilma, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/kg (a) |

—Ħalib u preparazzjonijiet ibbażati fuq derivattivi mill-ħalib, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/kg (a) |

—Diżerti bbażati fuq frott u ħxejjex, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/kg (a) |

—Diżerti bbażati fuq il-bajd, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/kg (a) |

—Diżerti bbażati fuq ċereali, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/kg (a) |

—Diżerti bbażati fuq xaħam, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/kg (a) |

—Ikliet ħfief’: ċerti togħmiet ta’ prodotti lesti għall-ikel, ippakkjati minn qabel, niexfa bil-lamtu bit-togħma u lewż miksi | 500 mg/kg (b) |

Ħelu | |

—Ħelu mingħajr zokkor miżjud | 500 mg/kg (a) |

—Ħelu bbażat fuq il-kawkaw jew frott imnixxef, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 500 mg/kg (a) |

—Ħelu bbażat fuq il-lamtu, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1.000 mg/kg (a) |

—Essoblaten | 1.000 mg/kg (b) |

—Tidlik għal fuq il-ħobż, ibbażat fuq il-kawkaw, ħalib, frott niexef jew xaħam, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1.000 mg/kg (b) |

—Ċereali għall-kolazzjon b’kontenut ta’ fibra ta’ aktar minn 15 %, u li ikun fih ta’ l-anqas 20 % ta’ granza, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 1.000 mg/kg (b) |

—Ħelu żgħir biex jiffriska n-nifs mingħajr zokkor miżjud | 2.500 mg/kg (a) |

—Ċjuwing gamm mingħajr zokkor miżjud | 2.000 mg/kg (a) |

—Sidru u xorb magħmul mill-meraq imħemmer tal-lanġas | 350 mg/l (a) |

—Xorb li jikkonsisti f’taħlit ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, sidru, xorb magħmul mill-meraq imħemmer tal-lanġas, spirti jew inbid | 350 mg/l (a) |

—Xorb spirituż li ikun fih anqas minn 15 % alkoħol skond il-volum | 350 mg/l (a) |

—Birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut ta’ alkoħol li ma jisboqx il-1,2 % vol | 350 mg/l (a) |

—’Bière de table/Tafelbier/Table beer’ (kontenut oriġinali wort ta’ anqas minn 6 %) ħlief għall-’Obergäriges Einfachbier’ | 350 mg/l (a) |

—Birra b’aċidità minima ta’ 30 milli-ekwivalenti espressi bħala NaOH | 350 mg/l (a) |

—Birra kannella tat-tip "oud bruin" | 350 mg/l (a) |

—Birra b’enerġija mnaqqsa | 25 mg/l (b) |

—Silġ li jittiekel, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 800 mg/kg (b) |

—Frott fil-landi jew ibbottiljat, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 350 mg/kg (a) |

—Kunserva bl-enerġija mnaqqsa, ġelli u marmellati | 1.000 mg/kg (b) |

—Preparazzjonijiet tal-frott u ħxejjex bl-enerġija mnaqqsa | 350 mg/kg (a) |

—Frott u ħxejjex ħelwin-morri ppriservati | 200 mg/kg (a) |

—Feinkostsalat | 350 mg/kg (b) |

—Ħut u marinati ħelwin-morri priservati jew semi-priservati, krstaċi u molluski | 200 mg/kg (a) |

—Sopop b’enerġija mnaqqsa | 110 mg/l (b) |

—Zlazi | 350 mg/kg (b) |

—Mustarda | 350 mg/kg (b) |

—Prodotti fini tal-furnara għal użi speċjali ta’ nutriment | 1.000 mg/kg (a) |

—Ikel maħsub għall-użu f’dieti ta’ enerġija mnaqqsa għat-tnaqqis tal-piż kif imsemmija fid-Direttiva 1996/8/KE | 450 mg/kg (a) |

—Ikel tad-dieta għal finijiet speċjali mediċinali kif definit fid-Direttiva 1999/21/KE | 450 mg/kg (a) |

—Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma likwida | 350 mg/l (a) |

—Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f’forma solida | 500 mg/kg (a) |

—Supplimenti ta’ l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, bbażati fuq vitamini u/jew elementi minerali u provduta f’forma ta’ tip ta’ ġulepp jew li jintmagħdu | 2.000 mg/kg (a) |

--------------------------------------------------

Top