EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000L0046

Id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenti tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi

ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/10/2009; Imħassar b' 32009L0110

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/46/oj

32000L0046



Official Journal L 275 , 27/10/2000 P. 0039 - 0043


Id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill

tat-18 ta’ Settembru 2000

dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenti tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-ewwel u t-tielet sentenzi ta’ l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew [3],

Filwat li jaġixxu bi qbil mal-proċedura esiġita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) L-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 1, il-punt 1, l-ewwel subparagrafu (b) tad-Direttiva 2000/12/KE [5] huma llimitati fl-iskop ta’ l-attivitajiet tagħhom.

(2) Huwa meħtieġ li jittieħed akkont tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn l-istituzzjonijiet u li jkun hemm provvediment għal miżuri meħtieġa xierqa biex jikkoordinaw u jarmonizzaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ Stati Membri fir-rigward tal-bidu, l-eżeċizzju u s-superviżjoni prudenti tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi.

(3) Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, flus elettroniċi jistgħu ikunu meqjusa bħala surrogati elettroniċi għal muniti u karti tal-flus, li jkunu maħżuna f’mezz elettroniku bħal ma hija chipcard jew memorja tal-komputer u li ġeneralment tkun intenzjonata għall-iskopijiet li taffettwa pagamenti elettroniċi ta’ ammonti limitati.

(4) L-approċċ adottat huwa biex tintlaħaq biss l-armonizzazzjoni essenzjali meħtieġa u suffiċjenti u biex tassigura rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjoni u sistemi ta’ superviżjoni prudenti ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi, li jagħmlu possibbli l-għoti ta’ liċenzja singola li tkun rikonoxxuta matul il-Komunità kollha u ddisinnjata li jkollha l-fiduċja ta’ min jagħmel użu minnha u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ superviżjoni prudenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini.

(5) Fil-kuntest aktar wiesa’ ta’ kummerċ elettroniku li qiegħed jevolvi b’ċerta ħeffa huwa mixtieq li jkun ipprovdut qafas regolatorju li jassisti dawk il-flus elettroniċi biex iwettqu l-benefiċċji potenzjali tagħhom bis-sħiħ u li jevitaw partikolarment li jfixklu teknoloġija innovattiva. Għalhekk, din id-Direttiva tintroduċi qafas legali ta’ teknoloġija newtra li tarmonizza s-superviżjoni prudenti ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi sal-limitu meħtieġ biex tassigura l-operat sod u prudenti tagħhom u partikolarment l-integrità finanzjarja tagħhom.

(6) L-istituzzjonijiet ta’ kreditu, bis-saħħa tal- punt 5 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2000/12/KE, diġà għandhom il-permess li joħorġu u jamministraw sistemi ta’ pagamenti inklużi flus elettroniċi u li jwettqu dawn l-attivitajiet matul il-Komunità kollha suġġetti għal rikonoxximent reċiproku u ta’ sistema komprensiva ta’ superviżjoni prudenti li hija applikabbli lilhom bi qbil mad-Direttivi bankarji Ewropej.

(7) L-introduzzjoni ta’ amministrazzjoni separata ta’ superviżjoni prudenti għall-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi, li, għalkemm ikkalibrata fuq l-amministrazzjoni ta’ superviżjoni prudenti applikabbli għall-istituzzjonijiet oħra ta’ kreditu u d-Direttiva 2000/12/KE ħlief it-Titolu V, il-Kapitoli 2 u 3 tagħha partikolarment, tiddifferixxi minn dik l-amministrazzjoni, hija ġġustifikata u mixtieqa minħabba li l-ħruġ ta’ flus elettroniċi ma jikkostitwix minnu nnifsu, invista tal-karattru speċifiku tiegħu bħala surrogat elettroniku għal muniti u karti tal-flus, attività li jittieħdu depożiti bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/12/KE, jekk il-fondi mwassla jkunu immedjatament mibdula fi flus elettroniċi.

(8) Il-wasla ta’ fondi mill-pubbliku bi tpartit għal flus elettroniċi, li jirriżultaw f’bilanċ ta’ kreditu li jitħalla fil-kont ma’ l-istituzzjoni li tagħmel il-ħruġ, tikkostitwixxi wasla ta’ depożiti jew fondi oħra ripagabbli għall-iskop tad-Direttiva 2000/12/KE.

(9) Huwa meħtieġ għal flus elettroniċi li jkunu jistgħu jissarrfu biex jassiguraw il-fiduċja ta’ min ikollu minnhom. Il-fidwabilità ma timplikax, fiha nnifisha, li l-fondi mwassla f’kambju ta’ flus elettroniċi għandhom ikunu meqjusa bħala depożiti jew fondi oħra ripagabbli għall-iskopijiet tad-Direttiva 2000/12/KE.

(10) Il-fidwabilità għandha dejjem tiftiehem li tkun fil-valur par.

(11) Sabiex ikunu indirizzati r-riskji speċifiċi assoċjati mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi din l-amministrazzjoni ta’ superviżjoni prudenti għandha tkun aktar immirata u, għalhekk, anqas ta’ toqol mill-amministrazzjoni ta’ superviżjoni prudenti applikabbli għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-aktar f’dak li jirrigwardja [6] -ħtiġijiet imnaqqsa ta’ kapital inizjali u tan-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/6/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE ta’ l-10 ta’ Ġunju 1991 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop ta’ ħasil ta’ flus (ĠU L 166, tat-28.6.1991, p. 77). u t-Titolu V, il-Kapitolu 2, it-Taqsimiet II u III tad-Direttiva 2000/12/KE.

(12) Madanakollu, huwa meħtieġ li jkunu miżmuma kundizzjonijiet ugwali ta’ ħidma għall-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra li jużaw flus elettroniċi u b’hekk, jassiguraw kompetizzjoni ġusta fost firxa akbar ta’ istituzzjonijiet għall-benefiċċju ta’ dawk li jagħmlu użu minnhom. Dan huwa milħuq la darba dawn il-fatturi anqas onorużi msemmija hawn fuq ta’ amministrazzjoni ta’ superviżjoni prudenti applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi ikunu bbilanċjati b’dispożizzjonijiet li huma aktar stretti minn dawk applikabbli għal istituzzjonijiet tal-kreditu oħra, l-aktar fir-rigward ta’ restrizzjonijiet fuq attivitajiet ta’ negozju li l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi jistgħu iwettqu u, partikolarment, il-limitazzjonijiet prudenti ta’ l-investimenti tagħhom li għandhom il-għan li jassiguraw li r-responsabbiltajiet finanzjarji tagħhom li jirrigwardjaw flus elettroniċi pendenti jkunu l-ħin kollu bis-sostenn ta’ assi likwidi suffiċjenti ta’ riskju baxx.

(13) Sa kemm isseħħ l-armonizzazzjoni ta’ superviżjoni prudenti ta’ attivitajiet li jkunu mfittxija minn barra għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, hija xierqa li l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi jkollhom amministrazzjoni soda u prudenti u proċeduri ta’ kontroll. Bil-għan tal-possibilità ta’ funzjonijiet operazzjonali jew funzjonijiet anċillari oħra għal ħruġ ta’ flus elettroniċi li jkunu mwettqa minn impriżi li ma jkunux suġġetti għal superviżjoni prudenti, huwa essenzjali li l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi ikollhom stabbiliti strutturi interni li għandhom ikollhom reazzjoni għar-riskji finanzjarji u mhux finanzjarji li għalihom huma esposti.

(14) Il-ħruġ ta’ flus elettroniċi jista’ jaffettwa l-istabbilità tas-sistema finanzjarja u l-operat sewwa ta’ sistemi ta’ pagamenti. Kooperazzjoni mill-qrib fl-assessjar ta’ l-integrità ta’ skemi ta’ flus elettroniċi hija meħtieġa.

(15) Huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw il-possibiltà li jwarrbu uħud mill-ħtiġijiet jew il-ħtiġijiet kollha imposti b’din id-Direttiva għall-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li joperaw biss fit-territorji ta’ l-Istati Membri rispettivi.

(16) L-adozzjoni ta’ din id-Direttiva tikkostitwixxi l-aktar mezzi xierqa biex jintlaħqu l-objettivi mixtieqa. Din id-Direttiva hija llimitata għal minimu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-objettivi u ma tmurx lill hinn milli huwa meħtieġ għal dan il-għan.

(17) Dispożizzjoni għandha ssir għar-reviżjoni ta’ din id-Direttiva fid-dawl ta’ l-esperjenza ta’ żviluppi fis-suq u l-protezzjoni ta’ dawk li jkollhom flus elettroniċi.

(18) Il-Kumitat Konsultattiv Bankarju kien ġie ikkonsultat dwar l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Skop, definizzjonijiet u restrizzjonijiet ta’ l-attivitajiet

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi.

2. M’għandhiex tkun applikabbli għall-istituzzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2000/12/KE.

3. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) "istituzzjoni ta" flus elettroniċi’ għandha tfisser impriża jew persuna legali oħra, apparti minn istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 1, il-punt 1, l-ewwel subparagrafu (a) tad-Direttiva 2000/12/KE li toħroġ mezzi ta’ pagamenti fl-għamla ta’ flus elettroniċi;

(b) "flus elettroniċi" għandha tfisser valur monetarju kif irrappreżentat b’talba fuq min jagħmel il-ħruġ li huma:

(i) maħżuna fl-apparat elettroniku;

(ii) maħruġa mal-wasla ta’ flus ta’ ammont li ma jkunx anqas fil-valur mill-valur monetarju maħruġ;

(iii) aċċettati bħala mezzi ta’ pagament minn impriżi apparti minn dak li jagħmel il-ħruġ.

4. Stati Membri għandhom jipprojbixxu persuni jew impriżi li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif definit fl-Artikolu 1, il-punt 1, l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 2000/12/KE, milli jwettqu l-kummerċ tal-ħruġ ta’ flus elettroniċi.

5. L-attivitajiet ta’ negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi apparti minn dawk tal-ħruġ ta’ flus elettroniċi għandhom ikunu ristretti għal:

(a) il-provvista ta’ servizzi relatati mill-qrib kemm finanzjarji u mhux finanzjarji bħal ma hija l-amministrazzjoni ta’ flus elettroniċi bit-twettiq ta’ funzjonijiet operazzjonali u funzjonijiet anċillari oħra li jirrigwardjaw il-ħruġ tagħhom, u l-ħruġ u l-amministrazzjoni ta’ mezzi oħra ta’ pagamenti imma esklużi l-għoti ta’ xi għamla ta’ kreditu; u

(b) il-ħażna ta’ dettalji fuq mezzi elettroniċi f’isem impriżi oħra jew istituzzjonijiet pubbliċi.

Istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi m’għandhomx ikollhom ishma f’impriżi oħra ħlief meta dawn l-impriżi jwettqu funzjonijiet operazzjonali jew funzjonijiet anċillari oħra li jirrigwardjaw flus elettroniċi maħruġa jew imqassma mill-istituzzjoni ikkonċernata.

L-Artikolu 2

Applikar tad-Direttivi Bankarji

1. Ħlief meta mod ieħor espressament ikun hemm dispożzzjoni, referenzi biss għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fid [7] u d-Direttiva 2000/12/KE ħlief it-Titolu V, il-Kapitolu 2 tagħha, għandhom ikunu applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi.

2. L — Artikoli 5, 11, 13, 19, 20 (7), 51 u 59 tad-Direttiva 2000/12/KE m’għandhomx ikunu applikabbli. L-arranġamenti ta’ rikonoxximent reċiproku li hemm dispożizzjoni dwarhom fid-Direttiva 2000/12/KE m’għandhomx ikunu applikabbli għall-attivitajiet tal-kummerċ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi apparti mill-ħruġ ta’ flus elettroniċi.

3. Il-wasla ta’ fondi fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 1(3)(b)(ii) ma jikkostitwux depożitu jew fondi oħra ripagabbli skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/12/KE, jekk il-fondi mwassla jkunu immedjatament mibdula għal flus elettroniċi.

L-Artikolu 3

Fidwabilità

1. Dak li jkollu flus elettroniċi jista’, matul il-perjodu ta’ validità, jitlob lil dak li jkun ħariġhom biex jifdihom bil-valur attwali tagħhom f’muniti jew karti bankarji jew bit-trasferiment lejn kont mingħajr spejjeż apparti minn dawk strettament meħtieġa biex titwettaq dik l-operazzjoni.

2. Il-kuntratt bejn min jagħmel il-ħruġ u min ikollu l-flus għandu jistqarr biċ-ċar il-kundizzjonijiet tal-fidwa.

3. Il-kuntratt jista’ jistipula il-marġini minima għal fidwa. Il-marġini ma tistax teċċedi EUR 10.

L-Artikolu 4

Kapital inizjali u ħtiġijiet kurrenti ta’ fondi tagħha

1. Istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi għandhom ikollhom kapital inizjali, kif definit fl-Artikolu 34(2), subparagrafi (1) u (2) tad-Direttiva 2000/12/KE, ta’ mhux anqas minn EUR 1 miljun. Indipendentament mill- paragrafi 2 u 3, il-fondi tagħhom, kif definiti fid-Direttiva 2000/12/KE, m’għandhomx jaqgħu taħt dak l-ammont.

2. Istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi għandhom ikollhom il-ħin kollu l-fondi tagħhom li huma ugwali lejn jew aktar minn 2 % ta’ l-ogħla ammont kurrenti jew ta’ l-ammont totali tan-norma tas-sitt xhur preċedenti tar-responsabbiltajiet finanzjarji tagħhom li jirrigwardjaw il-flus elettroniċi pendenti.

3. Meta l-istituzzjoni ta’ flus elettroniċi ma tkunx wettqet perjodu ta’ sitt xhur ta’ negozju, inkluż il-jum li fih tkun bdiet il-kummerċ tagħha, għandha jkollha l-fondi tagħha li huma ekwivalenti għal jew għal aktar minn 2 % ta’ l-ogħla ammont kurrenti jew il-mira ta’ l-ammont totali ta’ sitt xhur tar-responsabiltajiet finanzjarji li jirrigwardjaw il-flus elettroniċi pendenti. L-ammont totali tal-mira ta’ sitt xhur tar-responsabbiltajiet finanzjarji ta’ l-istituzzjoni li jirrigwardjaw il-flus elettroniċi pendenti għandhom jintwerew b’xhieda fil-pjan tal-kummerċ, suġġett għal xi aġġustamenti għal dak il-pjan li kienu meħtieġa mill-Awtoritajiet Kompetenti.

L-Artikolu 5

Limitazzjonijiet ta’ investimenti

1. Istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi għandhom ikollhom investimenti ta’ ammont ta’ mhux anqas mir-responsabbiltajiet finanzjarji tagħhom li jirrigwardjaw flus elettroniċi pendenti biss f’dawn l-assi:

(a) unitajiet ta’ assi li skond l-Artikolu 43(1)(a) (1), (2), (3) u (4) u l-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2000/12/KE jattiraw tagħbija ta’ riskju ta’ kreditu żero u li jkunu suffiċjentament likwidi;

(b) depożiti divista miżmuma ma’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu Żona A kif definiti fid-Direttiva 2000/12/KE; u

(ċ) strumenti ta’ dejn li huma:

(i) suffiċjentament likwidi;

(ii) mhumiex koperti bil-paragrafu 1(a);

(iii) rikonoxxuti minn awtoritajiet kompetenti bħala unitajiet kwalifikanti fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 2(12) tad-Direttiva 93/6/KEE; u

(iv) maħruġa minn impriżi apparti minn impriżi li jkollhom ishma kwalifikanti, bħal ma huma definiti fl-Artikolu 1 tad- Direttiva 2000/12/KE, fl-istituzzjoni ta’ flus elettroniċi ikkonċernata jew li għandhom ikunu inklużi fil-kontijiet ikkonsolidati ta’ dawk l-impriżi.

2. Investimenti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1(b) u (ċ) ma jistgħux jeċċedu b’20 darba il-fondi tagħhom ta’ l-istituzzjoni ta’ flus elettroniċi ikkonċernati u għandhom ikunu suġġetti għal-limitazzjonijiet li huma mill-anqas l-istess stretti bħal dawk applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu bi qbil mat-Titolu V, il-Kapitolu 2, it-Taqsima III tad-Direttiva 2000/12/KE.

3. Għall-iskopijiet ta’ twarrib tar-riskji tas-suq li joriġinaw mill-ħruġ ta’ flus elettroniċi u mill-investimenti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi jistgħu jagħmlu użu minn rati ta’ l-imgħax suffiċjentament likwidi u minn unitajiet ’il barra minn balancesheet li huma relatati ma kambju barrani fil-għamla ta’ strumenti derivattivi li jkunu innegozjati fuq borża (i.e. mhux OTC) meta dawk ikunu suġġetti għal ħtiġijiet tal-marġini ta’ kull jum jew għal kuntratti ta’ kambju esteru b’maturità oriġinali ta’ 14-il jum kalendarju jew anqas. L-użu ta’ strumenti derivattivi skond l-ewwel sentenza huwa permissibli biss jekk l-eliminazzjoni sħiħa tar-riskji tas-suq jkunu intenzjonati u, sal-limitu possibbli, akkwistati.

4. Stati Membri għandhom jimponu limitazzjonijiet xierqa dwar ir-riskji tas-suq ta’ l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li huma jistgħu isofru mill-investimenti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1.

5. Għall-iskopijiet li jkun applikat il-paragrafu 1, assi għandhom ikunu ivvalutati fl-ispiża l-aktar baxxa tal-valur tas-suq.

6. Jekk il-valur ta’ l-assi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 jaqa’ taħt l-ammont tar-responsabbiltajiet finanzjarju li jirrigwardjaw flus elettroniċi pendenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi f’dak il-każ għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jirremedjaw dik is-sitwazzjoni minnufih. Għal dan il-għan, u biss għal perjodu temporanju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li r-reponsabbiltajiet ta’ l-istituzzjoni finanzjara li jirrigwardjaw flus elettroniċi pendenti li jkunu infurzati b’assi apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 sa l-ammont li ma jeċċedix il-5 % l-aktar baxxa ta’ dawn ir-responsabbiltajiet jew ta’ l-ammont totali tal-fondi tagħha ta’ l-istituzzjoni.

L-Artikolu 6

Verifikazzjoni ta’ ħtiġijiet speċifiċi mill-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-kalkolazzjonijiet li jiġġustifikaw konformità ma l-Artikoli 4 u 5 isiru mhux anqas minn darbtejn kull sena, jew mill-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi infushom, li għandhom jikkomunikaw dan, u xi dettalji komponenti meħtieġa, lill-awtoritajiet kompetenti, jew mill-awtoritajiet kompetenti, billi jużaw id-dettalji forniti mill-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi.

L-Artikolu 7

Operazzjoni soda u prudenti

Istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi għandhom ikollhom proċeduri sodi u prudenti ta’ maniġġar, proċeduri amministrattivi u tal-kontijiet u mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern. Dawn għandhom jirrispondu għal riskji finanzjarji u mhux finanzjarji li dwarhom l-istituzzjoni tkun esposta inklużi r-riskji tekniċi u proċedurali kif ukoll ir-riskji marbuta mal-kooperazzjoni tagħha ma’ xi impriża li twettaq funzjonijiet operazzjonali jew anċillari oħra li huma relatati ma’ l-attivitajiet tal-kummerċ tagħha.

L-Artikolu 8

Twarrib

1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jwarrbu l-applikazzjoni ta’ uħud mid-dispożizzjonijiet jew tad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva u l-applikar tad-Direttiva 2000/12/KE għall-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi fil-każi meta:

(a) jew, l-attivitajiet ta’ negozju totali tat-tip li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(3)(a) ta’ din id-Direttiva ta’ l-istituzzjoni li jiġġeneraw ammont totali ta’ responsabbiltajiet finanzjarji li jirrigwardjaw flus elettroniċi pendenti li normalment ma jeċċedix EUR 5 miljun u qatt ma jeċċedi EUR 6 miljuni jew

(b) il-flus elettroniċi maħruġa mill-istituzzjoni jkunu aċċettati bħala mezzi ta’ pagament biss minn xi sussidjarji ta’ l-istituzzjonijiet li jwettqu funzjonijiet operazzjonali jew anċillari oħra li jirrigwardjaw flus elettroniċi maħruġa jew iddistribwiti mill-istituzzjoni, xi impriża paterna ta’ l-istituzzjoni jew xi sussidjarji oħra ta’ dik l-impriża paterna; jew

(ċ) flus elettroniċi maħruġa mill-istituzzjoni jkunu aċċettati bħala pagament biss minn numru limitat ta’ impriżi, li jkunu jistgħu jiġu iddistingwiti biċ-ċar:

(i) mil-lokalita tagħhom fl-istess bini jew f’żona limitata oħra; jew

(ii) minn awk b’relazzjoni finanzjarja jew b’negozju mill-qrib ma’ l-istituzzjoni li tkun ħarġithom, bħal ma hija skema ta’ kummerċjalità komuni jew distribuzzjoni.

L-arranġamenti kontrattwali bażiċi għandhom jipprovdu li l-apparat ta’ ħażna elettronika għad-dispożizzjoni ta’ sidien għall-iskop biex jagħmlu pagamenti tkun suġġetta għall-ammont massimu ta’ ħażna ta’ mhux aktar minn EUR 150.

2. Istituzzjoni ta’ flus elettroniċi li lilha twarrib ikun ingħata permezz tal-paragrafu 1 m’għandhiex tibbenefika mill-arranġamenti ta’ għarfien reċiproku li hemm dispożizzjoni dwaru fid-Direttiva 2000/12/KE.

3. Stati Membri għandhom jenħtieġu li l-istituzzjonijiet kollha ta’ flus elettroniċi li dwarhom l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u d-Direttiva 2000/12/KE ikun ġie mwarrab, li perijodikament jagħmlu rapport dwar l-attivitajiet tagħhom inklużi l-ammonti ta’ responsabbiltajiet finanzjarji li jirrigwardjaw flus elettroniċi.

L-Artikolu 9

Id-drittijiet akkwistati

L-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi suġġetti għal din id-Direttiva li jkun bdew l-attivitajiet tagħhom bi qbil mad-dispożizzjonijiet eżistenti fl-Istat Membru li fih ikollhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom qabel id-data tad-dħul b’effett tad-dispożizzjonijiet addottati fl-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tad-data li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 10(1), liema data tkun l-aktar kmieni, għandhom ikunu meqjusa bħala li huma awtorizzati. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lil dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li jissottomettu l-informazzjoni kollha relevanti lejn l-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn ikunu jistgħu jassessaw fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul b’effett tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva, jekk l-istituzzjonijiet ikunux konformi mal-ħtiġijiet bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, liema miżuri jkun jenħtieġu li jittieħdu sabiex jassiguraw konformità, jew jekk it-tneħħija ta’ l-awtorizzazzjoni tkunx xierqa. Jekk konformità ma tkunx assigurata fi żmien sitt xhur mid-data li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 10(1), l-istituzzjoni ta’ flus elettroniċi m’għandhiex tibbenefika mill-għarfien reċiproku wara dik id-data.

L-Artikolu 10

Implementazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu b’effett il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex dawn ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mis-27 ta’ April 2002. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex jagħmlu referenza bħal dik għandhom ikunu esiġiti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 11

Reviżjoni

Mhux aktar tard mis-27 ta’ April 2005 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, partikolarment dwar:

- il-miżuri biex jipproteġu lis-sidien ta’ flus elettroniċi, inkluża l-possibbiltà li tkun introdotta skema ta’ garanzija,

- ħtiġijiet tal-kapital,

- twarrib, u

- il-possibbiltà tal-ħtieġa li jkun ipprojbit imgħax imħallas fuq fondi li jkunu waslu bi tpartit ma’ flus elettroniċi,

akkumpanjati fejn meħtieġ bi proposta għar-reviżjoni tagħha.

L-Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 13

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Settembru 2000.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

H. Védrine

[1] ĠU C 317, tal-15.10.1998, p. 7.

[2] ĠU C 101, tat-12.4.1999, p. 64.

[3] ĠU C 189, tas-6.7.1999, p. 7.

[4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ April 1999 (ĠU C 219, tat-30.7.1999, p. 415), ikkonfermata fis-27 ta’ Ottubru 1999, il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 1999(ĠU C 26, tat-28.1.2000, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2000 (għadha mhix ippubbikata fil-Ġurnal Uffiċjal). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2000.

[5] Id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 rigward il-bidu u s-segwiment ta’ negozji ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/28/KE. (ara paġna 37 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[6] Id-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-adegwatezza ta’ kapital ta’ ditti ta’ investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/33/KE. (ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 29).

[7] Id-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE ta’ l-10 ta’ Ġunju 1991 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop ta’ ħasil ta’ flus (ĠU L 166, tat-28.6.1991, p. 77).

--------------------------------------------------

Top