EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0689

Id-direttiva tal-kunsill tat-12 ta' Diċembru 1991 fuq skart perikoluż

ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010; Imħassar b' 32008L0098

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/689/oj

31991L0689



Official Journal L 377 , 31/12/1991 P. 0020 - 0027
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 10 P. 0199
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 10 P. 0199


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-12 ta' Diċembru 1991

fuq skart perikoluż

(91/689/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 78/319/KEE ta' l-20 ta' Marzu 1978 fuq skart tossiku u perikoluż [4] stabbiliet regoli Komunitarji dwar ir-rimi ta' skart perikoluż; billi biex tiġi utilizzata l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva mill-Istati Membri, huwa meħtieġ li jkunu emendati r-regoli u li tinbidel id-Direttiva 78/319/KEE b'din id-Direttiva;

Billi r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1990 fuq il-politika dwar l-iskart [5] u l-programm ta' azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej fuq l-Ambjent, li kienet is-suġġett tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej u tar-rappreżentanti tal-Gvern ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill, tad-19 ta' Ottubru 1987 fuq il-kontinwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' politika tal-Komunità Ewropea u programm ta' azzjoni fuq l-ambjent (1987 sa l-1992) [6], jikkonsidraw miżuri tal-Komunità biex jitjiebu l-kundizzjonijiet li taħthom wieħed jiddisponi minn u jimmaniġġja skart perikoluż;

Billi r-regoli ġenerali li japplikaw għall-immaneġġjar ta' l-iskart li huma stabiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 fuq l-iskart [7], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/156/KEE [8], japplikaw ukoll għall-immaneġġjar ta' skart perikoluż;

Billi l-immaneġġjar korett ta' skart perikoluż jinħtieġ regoli addizzjonali aktar stretti biex titqies in-natura speċjali ta' skart bħal dan;

Billi huwa meħtieġ, biex titjieb l-effiċjenza ta' l-immaneġġjar ta' l-iskart perikoluż fil-Komunità, li tintuża definizzjoni preċiża u uniformi ta' skart perikoluż ibbażata fuq l-esperjenza;

Billi huwa meħtieġ li jkun assigurat li r-rimi u l-ġbir mill-ġdid ta' skart perikoluż ikun immonitorjat bl-aħjar manjiera possibbli;

Billi għandu jkun possibbli li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu adattati malajr għall-progress xjentifiku u tekniku; billi l-Kumitat imwaqqaf bid-Direttiva 75/442/KEE għandu wkoll ikollu s-setgħa li jadatta d-dispożizzjonijiet ta' din id-Diretiva għal progress simili,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Il-għan ta' din id-Direttiva, magħmula skond l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 75/442/KEE, huwa li jqarreb il-liġijiet fl-Istati Membri fuq l-immaneġġjar ikkontrollat ta' skart perikoluż.

2. Bla ħsara għal din id-Direttiva, id-Direttiva 75/442/KEE għandha tgħodd għal skart perikoluż.

3. Id-definizzjoni ta' "skart" u ta' termini oħra użati f'din id-Direttiva għandhom ikunu dawk fid-Direttiva 75/442/KEE.

4. Għall-iskop ta' din id-Direttiva "skart perikoluż" tfisser:

- skart li jidher f'lista li għandha ssir skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE fuq il-bażi ta' l-Annessi I u II ta' din id-Direttiva, mhux aktar tard minn sitt xhur qabel id-data ta' l-implimentazzjoni ta'din id-Direttiva. Dan l-iskart irid ikollu waħda jew aktar mill-proprjetajiet elenkati fl-Anness III. Il-lista għandha tagħti kas ta' l-oriġini u l-kompożizzjoni ta' l-iskart, u fejn meħtieġ, valuri limiti ta' konċentrazzjoni. Din il-lista għandha minn żmien għal żmien tkun riveduta u jekk meħtieġ mill-istess proċedura,

- kull skart ieħor li huwa kkunsidrat minn Stat Membru li juri xi waħda mill-proprjetajiet elenkati fl-Anness III. Każi simili għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni u riveduti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE bil-għan ta' adattament tal-lista.

5. L-iskart domestiku għandu jkun eżentat mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi, fuq proposta mill-Kummissjoni, regoli speċifiċi li jieħdu f'konsiderazzjoni n-natura partikolari ta' l-iskart domestiku mhux aktar tard mill-aħħar ta' l-1992.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedu li f'kull sit fejn isir rimi ta' skart perikoluż l-iskart ikun irrekordjat u identifikat.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedu li stabbiliment u impriża li jarmu, jiġbru lura, jiġbru jew iġorru skart perikoluż ma jħalltux kategoriji differenti ta' skart perikoluż jew iħalltu skart perikoluż ma’ skart mhux perikoluż.

3. Bħala deroga mill-paragrafu 2, it-taħlit ta' skart perikoluż ma’ skart ieħor perikoluż jew ma’ skart ieħor, sustanzi jew materjali jista’ jkun permess biss fejn il-kondizzjonijiet imwaqqfa fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/442/KEE huma mħarsa u b'mod partikolari għall-iskop tat-titjib tas-sigurtà matul ir-rimi jew il-ġbir. Operazzjoni simili għandha tkun suġġetta għall-ħtieġa ta' permess impost fl-Artikoli 9, 10 u 11 tad-Direttiva 75/442/KEE.

4. Fejn skart huwa diġà mħallat ma’ skart ieħor, sustazji jew materjali, għandha ssir separazzjoni, fejn teknikament u ekonomikament ikun vijabbli, u fejn hu meħtieġ biex ikun imħares l-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/442/KEE.

Artikolu 3

1. Id-deroga msemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 75/442/KEE għall-ħtieġa ta' permess għal stabbilimneti jew impriżi li jiddisponu huma stess mill-iskart tagħhom m'għandhiex tapplika għal skart perikoluż kopert minn din id-Direttiva.

2. B'mod konformi ma’ l-Artikolu 11(1)(b) tad-Direttiva 75/442/KEE, Stat Membru jista’ ma jinsistix fuq l-Artikolu 10 ta' dik id-Direttiva għal stabbilimenti jew impriżi li jiġbru lura l-iskart kopert minn din id-Direttiva:

- jekk l-Istat Membru jadotta regoli ġenerali li jelenkaw it-tip u l-kwalità ta' l-iskart u jwaqqfu kondizzjonijiet speċifiċi (valuri ta' limiti tal-kontenut ta' sustanzi perikolużi fl-iskart, valuri limiti ta' emissjonijiet, tip ta' attività) u ħtiġijiet oħra neċessarji biex jitwettqu forom differenti ta' ġbir lura, u.

- jekk it-tipi jew kwantitajiet ta' skart u metodi ta' ġbir huma tali li l-kondizzjonijiet imwaqqfa fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/442/KEE ikunu mħarsa

3. L-istabbilimenti jew l-impriżi rriferiti fil-paragrafu 2 għandhom ikunu rreġistrati ma’ l-awtoritajiet kompetenti.

4. Jekk Stat Membru jkollu l-ħsieb li jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, ir-regoli msemmija f'dak il-paragrafu għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jidħlu fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri. Fid-dawl ta' dawn il-konsultazzjonijiet il-Kummissjoni għandha tipproponi li għandu jkun hemm qbil sħiħ fuq ir-regoli skond il-proċedura mwaqqfa fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE.

Artikolu 4

1. L-Artikolu 13 tad-Direttiva 75/442/KEE għandu jgħodd ukoll għall-produtturi ta' skart perikoluż.

2. L-Artikolu 14 tad-Direttiva 75/442/KEE għandu jgħodd ukoll għall-produtturi ta' skart perikoluż u għall-istabbilimenti u l-impriżi kollha li jġorru skart perikoluż.

3. Ir-rekords imsemmija fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 75/442/KEE għandhom jinżammu ta' l-anqas għal tliet snin minbarra fil-kas ta' stabbilimenti u impriżi li jġorru skart perikoluż li għandhom iżommu r-rekords għal ta' l-anqas 12-il xahar. Xhieda bil-miktub li l-operazzjonijiet ta' immaneġġjar twettqu għandha tkun mogħtija fuq talba ta' l-awtoritajiet kompetenti jew ta' min kellu l-iskart qabel.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li, waqt il-ġbir, trasport u ħżin temporanju, l-iskart ikun ippakkjat sewwa u llejbiljat skond l-istandards internazzjonali u Komunitarji fis-seħħ.

2. Fil-kas ta' skart perikoluż, spezzjonijiet li jirrigwardaw operazzjonijiet ta' ġbir u trasport magħmula fuq il-bażi ta' l-Artikolu 13 tad-Direttiva 75/442/KEE għandhom ikopru b'mod aktar partikolari l-oriġini u d-destinazzjoni ta' tali skart.

3. Fejn skart perikoluż ikun trasferit, għandu jkollu miegħu formola ta' identifikazzjoni li jkun hemm fiha d-dettalji speċifikati fis-Sezzjoni A ta' l-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 84/631/KEE tas-6 ta' Diċembru 1984 fuq is-sorveljanza u l-kontroll ġewwa l-Komunità Ewropea tal-ġarr bil-bastimenti fuq il-fruntieri ta' skart perikoluż [9], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 86/279/KEE [10].

Artikolu 6

1. Kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 75/442/KEE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu, jew separatament jew fil-qafas tal-pjani ġenerali ta' l-immaneġġjar tagħhom, pjani għall-immaneġġjar ta' skart perikoluż u għandhom jagħmlu dawn il-pjani pubbliċi.

2. Il-Kummissjoni għandha tipparaguna dawn il-pjani, u b'mod partikolari l-metodi ta' rimi u ġbir mill-ġdid. Hija għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li jirrikjeduha.

Artikolu 7

F'każi ta' emerġenza jew perikolu kbir, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa, inklużi, fejn xieraq derogi temporanji minn din id-Direttiva, biex jassiguraw li skart perikoluż ikun ittrattat b'tali mod li ma jikkostitwix theddida għall-popolazzjoni jew l-Ambjent. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar xi derogi simili.

Artikolu 8

1. Fil-kuntest tar-rapport li hemm ipprovdut fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 75/442/KEE, fuq il-bażi tal-kwestjonarju mfassal skond dak l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport fuq it-tħaddim ta' din id-Direttiva.

2. Barra mir-rapport ikkonsolidat imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 75/442/KEE, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull tliet snin fuq it-tħaddim ta' din id-Direttiva.

3. Barra minn dan, sat-12 ta' Diċembru 1994, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja għal kull stabbilimnet jew impriża li twettaq rimi u/jew ġbir mill-ġdid ta' skart perikoluż prinċipalment f'isem terzi persuni u li x'aktarx jagħmlu parti min-network integrata msemmija fl-Artikolu tad-Direttiva 75/442/KEE:

- isem u indirizz,

- il-metodu użat biex jittrattaw l-iskart,

- it-tipi u l-kwantitajiet ta' skart li jista’ jkun ittrattat.

Darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar xi tibdil f'din l-informazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli fuq talba lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.

Il-format li fih din l-informazzjoni għandha tkun mogħtija lill-Kummissjoni għandu jkun miftiehem skond il-proċedura mwaqqfa fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE.

Artikolu 9

L-emendi meħtieġa biex ikun adottat l-Anness ta' din id-Direttiva għall-progress xjentifiku u tekniku u biex tkun riveduta l-lista ta' l-iskart imsemmi fl-Artikolu 1(4) għandhom ikunu adottati skond il-proċedura mwaqqfa fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 74/442/KEE.

Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva qabel it-12 ta' Diċembru 1993. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun hemm fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza simili fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir referenza bħal din għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 11

Id-Direttiva 78/319/KEE hija hawnhekk imħassra b'effett mit-12 ta' Diċembru 1993.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-12 ta' Diċembru 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

J. G. M. Alders

[1] ĠU C 295, tad-19.11.1988, p. 8, uĠU C 42, tat-22.2.1990, p. 19.

[2] ĠU C 158, tas-26.6.1989, p. 238.

[3] ĠU C 56, tas-6.3.1989, p. 2.

[4] ĠU L 84, tal-31.3.1978, p. 43.

[5] ĠU C 122, tat-18.5.1990, p. 2.

[6] ĠU C 328, tas-7.12.1987, p. 1.

[7] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39.

[8] ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 32.

[9] ĠU L 326, tat-13.12.1984, p. 31.

[10] ĠU L 181, ta' l-4.7.1986, p. 13.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

KATEGORIJI JEW TIPI ĠENERIĊI TA' SKART PERIKOLUŻ ELENKAT SKOND IN-NATURA TIEGĦU JEW L-ATTIVITA LI ĠĠENERATU [1](SKART JISTA JKUN F FORMA LIKWIDA, ĦAMA JEW SOLIDA)

[1] Ċerti duplikazzjonijiet ta' oġġetti mniżżla fl-Anness II huma bil-ħsieb;

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

KOSTITWENTI TA' L-ISKART FL-ANNESS I. B. LI JIRRENDUH PERIKOLUŻ META JKOLLHOM IL-PROPJETAJIET DESKRITTI FL-ANNASS III [1]

Skart li jkollu bħala kostitwenti:

C1 beryllium; komponenti ta' beryllium;

C2 komponenti ta' vanadium;

C3 komponenti ta' kromju (VI);

C4 komponenti ta' cobalt;

C5 komponenti tan-nikil;

C6 komponenti tar-ramm;

C7 komponenti taż-żingu;

C8 arseniku; komponenti ta' arseniku;

C9 selenium; komponenti ta' selenium;

C10 komponenti ta' fidda;

C11 cadmium; komponenti ta' cadmium;

C12 komponenti ta' landa;

C13 antimonju; komponenti ta' antimoju;

C14 tellurium; komponenti ta' tellurium;

C15 komponenti ta' barium; minbarra s-sulfat tal-barium;

C16 merkurju; komponenti tal-merkurju;

C17 thallium; komponenti ta' thallium;

C18 ċomb; komponenti taċ-ċomb;

C19 sulphides inorganiċi;

C20 komponenti ta' f luorine inorganiċi, minbarra l-calcium fluoride;

C21 cyanides inorganiċi;

C22 il-metalli alkalini jew metalli ta' l-art alkalini li ġejjin: lithium, sodium, putassa, kalċju, magnesium f'forma mhix kombinata;

C23 soluzzjonijiet ta' aċidu jew aċidi f'forma solida;

C24 soluzzjonijiet ta' bażi jew bażijiet f'forma solida;

C25 asbestos (trab u fiber);

C26 fosfru: komponenti ta' fosfru, minbarra fosfati minerali;

C27 carbonyls tal-metall;

C28 perossidi;

C29 chlorates;

C30 perchlorates;

C31 azides;

C32 PCBs u/jew PCTs;

C33 komponenti farmaċewtiċi jew veterinarji;

C34 bioċidi u sustanzi fito-farmaċewtiċi (e.g. pestiċidi, eċċ.);

C35 sustanzi infettivi;

C36 creosotes;

C37 isocyanates; thiocyanates;

C38 cyanides organiċi (e.g. nitriles, eċċ.);

C39 phenols; komponenti ta' phenol;

C40 solventi alloġenati;

C41 solventi organiċi, minbarra solventi alloġenati;

C42 komponenti ta' organohalogen, minbarra materjali inert polymerized u sustanzi oħra msemmija f'dan l-Anness;

C43 komponenti aromatiċi; komponenti organiċi poliċikliċi u ħeteroċikliċi;

C44 amini alifatiċi;

C45 amini aromatiċi

C46 eteri;

C47 sustanzi ta' natura splussiva, minbarra dawk elenkati bandoħra f’ dan l-Anness;

C48 komponenti tas-sulfat organiku;

C49 kull materjal simili għall- polychlorinated dibenzo-furan;

C50 kull materjal simili għall-polychlorinated dibenzo-p-dioxin;

C51 idrokarburi u l-ossiġenu tagħhom; nitroġenu u/jew komponenti tas-sulfat li ma ġewx ikkonsidrati mod ieħor f'dan l-Anness.

[1] Ċerti duplikazzjonijiet ta' tipi ġeneriċi ta' skart perikoluż elenkati fl-Anness I huma intenzjonati.

--------------------------------------------------

L-Anness III

PROPRJETAJIET TA’ L-ISKART LI JIRREDUH PERIKOLUŻ

H1 "Splussiv": sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jisplodu taħt l-effett ta’ fjamma jew li huma aktar sensittivi għal xokkijiet jew frizzjoni mid-dinitrobenzine.

H2 "Oxidizing": sustanzi u preparazzjonijiet li juru reazzjonijiet exotermiċi għoljin meta f’kuntatt ma’ sustanzi oħra, b’mod partikolari sustanzi li jieħdu n-nar.

H3-A - sustanzi likwidi u preparazzjonijiet li għandhom flash point taħt il− 21oC (inklużi likwidi li jaqbdu ħafna), jew

- sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jisħnu u wara jieħdu n-nar f’kuntatt ma’ l-arja f’temperatura ambjentali mingħajr l-applikazzjoni ta’ enerġija, jew

- sustanzi solidi u preparazzjonijiet li jistgħu faċilment jieħdu n-nar wara kuntatt qasir ma’ sors ta’ tqabbid ta’ nar u li jkomplu jaqbdu jew jikkonsmaw wara t-tneħħija tas-sors tan-nar, jew

- sustanzi u preparazzjonijiet ta’ gass li jieħdu n-nar fl-arja fi pressjoni normali, jew

- sustanzi u preparazzjonijiet, li f’’kuntatt ma’ l-ilma jew arja umda, jiżviluppaw gassijiet li jieħdu n-nar malajr fi kwantitajiet perikolużi.

H3-B "Jieħdu n-nar": sustanzi likwidi u preparazzjonijiet li għandhom flash point ugwali għal jew ikbar minn 21 °C u anqas minn jew ugwali għal 55 °C.

H4 "Irritanti": sustanzi u preparazzjonijiet li ma jitmermrux li, permezz ta’ kuntatt immedjat, għat-tul jew ripetut mal-ġilda jew membrana bil-mucus, jistgħu jikkawżaw infjammazzjoni.

H5 "li jagħmlu il-ħsara": sustanzi u preparazzjonijiet li, jekk wieħed jiġbidhom man-nifs jew jiblagħhom jew jekk jinfdu l-ġilda, jistgħu jwasslu għal riskji limitati ta’ saħħa.

H6 "Tossiċi": sustanzi jew preparazzjonijiet (inklużi sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi ħafna) li, jekk wieħed jeħodhom man-nisf jew jiblagħhom jew jekk jinfdu l-ġilda, jistgħu jikkaġunaw riskji serji għas-saħħa, akuti jew kroniċi u wkoll mewt.

H7 "Li jġibu l-kankru": sustanzi u preparazzjonijiet li, jekk wieħed jeħodhom man-nifs jew jiblagħhom jew jekk jippenetraw il-ġilda, jistgħu jġibu l-kankru jew ikabbru l-inċidenza tiegħu.

H8 "Korrożivi": sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jeqirdu tixxju ħaj meta jmissu miegħu.

H9 "Infettuż": sustanzi li jkun fihom mikro-organiżi jew il-velenu tagħhom li huma magħrufa jew li nemmnu bis-sħiħ li jikkaġunaw mard fil-bnieden u organiżmi ħajjin.

H10 "Li jikkaġunaw diformazzjonijiet koroh": sustanzi jew preparazzjonijiet li, jekk wieħed jeħodhom man-nifs jew jiblagħhom jew jekk jippenetraw il-ġilda, jistgħu jwasslu għal malformazzjonijiet mit-twelid (konġenitali) mhux ereditarji jew ikabbru l-inċidenza tagħhom.

H11 "Mutagenic": sustanzi u preparazzjonijiet li, jekk wieħed jeħodhom man-nifs jew jiblagħhom jew jekk jinfdu l-ġilda, jistgħu jwasslu għal difetti ġenetiċi ereditarji jew ikabbru l-inċidenza tagħhom.

H12 Sustanzi u preparazzjonijiet li jerħu gassijiet tossiċi jew tossiċi ħafna meta jiġu f’kuntatt ma’ l-ilma, l-arja jew xi aċidu.

H13 Sustanzi u preparazzjonijiet kapaċi bi kwalunkwe mezz, wara li jirtmew, joħorġu xi sustanza oħra, e.g. xi ċarċir, li jkun fih xi waħda mill-karatteritiċi elenkati hawn fuq.

H14 "Ecotossiċi": sustanzi u preparazzjonijiet li jippreżentaw jew jistgħu jippreżentaw riskji immedjati jew li jieħdu ż-żmien għal settur wieħed jew aktar ta’ l-ambjent.

Noti

1. L-għoti tal-proprjetajiet perikolużi "tossiċi" (u "tossiċi ħafna"), "perikolużi", "korrożivi", u "irritanti" huwa magħmul fuq il-bażi ta’ kriteji stabiliti bl-Anness VI, parti I A u parti II B, tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 ta’ l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi [1], fil-verżjoni kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 79/831/KEE [2].

2. Fir-rigward ta’ l-għoti tal-proprjetajiet "li jġibu l-kankru", "li jikkaġunaw deformazzjonijiet koroh" u "mutagenic", u li jirriflettu l-għarfien l-aktar reċenti, kriterji addizzjonali jinsabu fil-Gwida għall-klassifikazzjoni u t-tikkettjar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi ta’ l-Anness VI (it-tieni parti D) tad-Direttiva 67/548/KEE fil-verżjoni kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 83/467/KEE [3].

Metodi ta’ testijiet

Il-metodi ta’ testijiet iservu biex jingħata sinjifikat speċifiku lid-definizzjonijiet mogħtija fl-Anness III.

Il-metodi li għandhom jintużaw huma dawk deskritti fl-Anness V tad-Direttiva 67/548/KEE, fil-verżjoni kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 84/449/KEE [4], jew b’Direttivi tal-Kummissjoni sussegwenti li jadattaw id-Direttiva 67/548/KEE għall-progress tekniku. Dawn il-metodi huma huma stess ibbażati fuq ix-xogħol u r-rakkomandazzjonijiet ta’ korpi kompetenti internazzjonali, b’mod partikolari l-OECD.

[1] ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1.

[2] ĠU L 259, tal-15.10.1979, p. 10.

[3] ĠU L 257, tas-16.9.1983, p. 1.

[4] ĠU L 251, tad-19.9.1984, p. 1.

--------------------------------------------------

Top