EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990R0770

Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 tat-29 ta’ Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’għalf wara inċident nukleari jew f’xi każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika

ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78–79 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/02/2016; Imħassar b' 32016R0052

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1990/770/oj

31990R0770



Official Journal L 083 , 30/03/1990 P. 0078 - 0079
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0185
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0185


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EURATOM) Nru 770/90

tat-29 ta’ Marzu 1990

li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’għalf wara inċident nukleari jew f’xi każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazjoni radjoattiva ta’ oġġetti ta’ Ikel u ta’ għalf wara inċident nukleari jew f’xi każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika [1], kif emendat bir-Regolament (Euratom) Nru 2218/89 [2], u b’mod partikolari bl-Artikolu 7 tiegħu,

Billi, bi qbil mar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87, il-Kummissjoni għandha tadotta l-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva li għandhom jiġu applikati għall-għalf;

Billi l-grupp ta’ esperti appuntati mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku skond l-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom, ġie kkonsultat;

Billi l-konsiderazzjoni tal-kwantitajiet rilevanti ta’ radjonuklidi individwali li aktarx jiġu rilaxxati fil-każ ta’ inċident nukleari li flimkien mal-half-lives tagħhom u t-trasferiment tagħhom mill-għalf lejn prodotti li jkunu ġejjin mill-annimali twassal għall-konklużjoni li l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva fil-għalf huma meħtieġa biss għall-iżotopi caesium;

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ad hoc stabbilit bir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-livelli massimi permissi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ għalf huma mniżżla fl-Anness.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Marzu 1990.

Għall-Kummissjoni

Carlo Ripa di Meana

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 371, tat-30.12.1987, p. 11.

[2] ĠU L 211, tat-22.7.1989, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Livelli massimi permissi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva (caesium— 134 u caesium— 137) ta’ l-għalf

Annimali | Bq/kg |

Qżieqeż | 1250 |

Tjur, ħrief, għoġla | 2500 |

Oħrajn | 5000 |

--------------------------------------------------

Top