EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013X1114(01)

Ittra ta’ notifika b’emenda teknika mill-Unjoni Ewropea lill-Konfederazzjoni Svizzera, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja, għall-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KEE tat- 3 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet

ĠU L 303, 14.11.2013, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/1


Ittra ta’ notifika b’emenda teknika mill-Unjoni Ewropea lill-Konfederazzjoni Svizzera, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja, għall-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KEE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet

Sinjur,

Għandi l-unur nirriferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jipprovdi għal miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet.

Minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja, l-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet jirrikjedi emenda teknika fil-forma stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(2), tal-Ftehim.

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(2) tal-Ftehim jistipula li l-lista tal-awtoritajiet kompetenti fl-Anness I tista’ tiġi emendata sempliċiment permezz tan-notifika tal-Parti Kontraenti l-oħra mill-Isvizzera għall-awtorità msemmija f’(a) hemmhekk u mill-Komunità għall-awtoritajiet l-oħra.

B’hekk qed ngħarrfek f’isem l-Unjoni li l-awtorità kompetenti għall-Kroazja hi:

fil-Kroazja: Ministar financija jew rappreżentant awtorizzat

u li din ir-referenza għandha tiżdied fl-Anness I tal-Ftehim taħt l-ittra (ac) wara l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ittra (ab).

L-applikazzjoni tal-emenda teknika stipulata f’din in-Notifika għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013.

Għoddni dejjem tiegħek,

Għall-Unjoni Ewropea,

Heinz ZOUREK

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


Top