EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016L/AFI/DCL/30

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
A.DIKJARAZZJONIJIET DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTATI
30.Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU C 202, 7.6.2016, p. 347–348 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/lis_2016/fna_1/dcl_30/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/347


30.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Fir-rigward ta' l-Artikolu 126, il-Konferenza tikkonferma li t-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir ekonomiku u l-kisba ta' pożizzjonijiet baġitarji sodi huma ż-żewġ kolonni tal-politika ekonomika u baġitarja ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri. Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir huwa strument importanti għall-kisba ta' dawn l-objettivi.

Il-Konferenza tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha għad-dispożizzjonijiet dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, bħala l-qafas għall-koordinazzjoni tal-politika baġitarja fl-Istati Membri.

Il-Konferenza tikkonferma li sistema bbażata fuq ir-regoli hija l-aqwa garanzija tar-rispett ta' l-impenji u sabiex l-Istati Membri kollha jiġu trattati b'mod ugwali.

F'dan il-qafas, il-Konferenza tafferma wkoll mill-ġdid l-impenn tagħha għall-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Lisbona: il-ħolqien ta' impjiegi, ir-riformi strutturali u l-koeżjoni soċjali.

L-Unjoni timmira għall-kisba ta' tkabbir ekonomiku bilanċjat u ta' l-istabbilità tal-prezzijiet. Għaldaqstant, il-politika ekonomika u baġitarja għandha tistabbilixxi l-prioritajiet adegwati rigward riformi ekonomiċi, ta' innovazzjoni, ta' kompetittività u ta' tisħiħ ta' l-investiment privat u l-konsum fi żminijiet ta' tkabbir ekonomiku dgħajjef. Dan għandu jiġi rifless fl-orjentazzjonijiet tad-deċiżjonijiet baġitarji kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell ta' l-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' ristrutturazzjoni tad-dħul u ta' l-infiq pubbliku, b'rispett għad-dixxiplina baġitarja skond it-Trattati u l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.

L-isfidi finanzjarji u ekonomiċi li jiffaċċjaw l-Istati Membri jissottolinjaw l-importanza ta' politika baġitarja soda matul il-ċiklu ekonomiku.

Il-Konferenza taqbel li l-Istati Membri għandhom jużaw il-perijodi ta' rkupru ekonomiku b'mod attiv sabiex jikkonsolidaw il-finanzi pubbliċi tagħhom u jtejbu l-pożizzjonijiet baġitarji tagħhom. L-objettiv huwa li progressivament tinkiseb żieda fil-bilanċ fi żminijiet tajba, li toħloq il-marġni meħtieġ sabiex jiġi ffaċċat kull tnaqqis fl-attività ekonomika u b'hekk jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi.

L-Istati Membri jistennew bil-ħerqa l-proposti eventwali mill-Kummissjoni kif ukoll kontributi ġodda mill-Istati Membri għat-tisħiħ u l-iċċarar ta' l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex itejbu l-potenzjal tat-tkabbir ta' l-ekonomiji tagħhom. Il-koordinazzjoni aħjar tal-politika ekonomika tista' tiffavorixxi dan l-objettiv. Din id-Dikjarazzjoni ma tippreġudikax id-dibattitu futur dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.


Top