EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02013R1307-20201229
Regulation (EU) No 1307/2013 of the European Parliament and of the Council of 17 December 2013 establishing rules for direct payments to farmers under support schemes within the framework of the common agricultural policy and repealing Council Regulation (EC) No 637/2008 and Council Regulation (EC) No 73/2009
Consolidated text: Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
02013R1307 — MT — 29.12.2020 — 008.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Diċembru 2013 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 608) |
Emendat bi:
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) Nru 1307/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Diċembru 2013
li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
TITOLU I
KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi:
regoli komuni dwar il-pagamenti mogħtija direttament lill-bdiewa skont l-iskemi ta' appoġġ elenkati fl-Anness I ("pagamenti diretti");
regoli speċifiċi dwar:
pagament bażiku għall-bdiewa ("l-iskema ta' pagament bażiku") u skema transizzjonali simplifikata, "l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja");
għajnuna nazzjonali transitorja volontarja għall-bdiewa;
pagament ridistributtiv volontarju;
pagament għall-bdiewa li jħarsu prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent;
pagament volontarju għall-bdiewa f'erjas b'restrizzjonijiet naturali;
pagament għall-bdiewa żgħażagħ li jibdew l-attività agrikola tagħhom;
skema ta' għajnuna akkoppjata volontarja;
pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton;
skema volontarja ssimplifikata għall-bdiewa żgħar;
qafas li fih il-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija jistgħu jikkomplementaw l-pagamenti diretti.
Artikolu 2
Emenda tal-Anness I
Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jemendaw il-lista ta' skemi ta' appoġġ imniżżla fl-Anness I, sa fejn meħtieġ biex jittieħed kont ta' kwalunkwe att leġislattiv ġdid dwar l-iskemi ta' appoġġ li jista' jiġi adottat wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Applikazzjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer minuri tal-Eġew
L-Artikolu 11 ma għandux japplika għar-reġjuni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 TFUE ("ir-reġjuni l-aktar imbiegħda") u għall-pagamenti diretti mogħtija fil-gżejjer minuri tal-Eġew skont ir-Regolament (UE) Nru 229/2013.
It-Titoli III, IV u V ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għar-reġuni ultraperiferiċi.
Artikolu 4
Definizzjonijiet u dispożizzjonijiet relatati
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
"bidwi" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikun x’ikun l-istatus legali mogħti lil tali grupp u l-membri tiegħu bil-liġi nazzjonali, li l-impriża tiegħu/tagħhom tkun fl-ambitu territorjali tat-Trattati, kif iddefinit fl-Artikolu 52 tat-TUE, flimkien mal-Artikoli 349 u 355 TFUE, u li jeżerċita attività agrikola;
"impriża" tfisser l-unitajiet kollha użati għall-attivitajiet agrikoli mmexxija minn bidwi li jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru;
"attività agrikola" tfisser:
il-produzzjoni, it-trobbija jew it-tkabbir ta' prodotti agrikoli, inklużi l-ħsad, it-taħlib, it-trobbija tal-annimali u ż-żamma tal-annimali għall-finijiet ta' biedja,
iż-żamma ta' erja agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni mingħajr azzjoni ta' tħejjija li tmur lil hinn mill-metodi u makkinarji agrikoli tas-soltu, abbażi ta' kriterji stabbiliti mill-Istati Membri abbażi ta' qafas stabbilit mill-Kummissjoni, jew
it-twettiq ta' attività minima,, definita mill-Istati Membri, fuq erjas agrikoli li huma miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni;
"prodotti agrikoli" tfisser il-prodotti, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, elenkati fl-Anness I għat-Trattati kif ukoll il-qoton;
"erja agrikola" tfisser kull erja meħuda minn raba’ li jinħarat, bwar permanenti u mergħat permanenti, jew uċuħ tar-raba’ permanenti;
"raba'" tfisser art li hija kkultivata għall-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba' jew erjas disponibbli għall-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba' iżda li hija mistrieħa, inklużi erjas mwarrba skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, irrispettivament jekk l-art tinsabx taħt serer jew taħt kopertura fissa jew mobbli;
"uċuħ tar-raba' permanenti" tfisser uċuħ tar-raba' li mhumiex taħt sistema ta' rotazzjoni ħlief bwar permanenti u mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iżjed u jagħtu ħsad repetut, inklużi mixtliet u msaġar b'rotazzjoni qasira;
"bur permanenti u mergħat permanenti" (flimkien imsemmija "bur permanenti") tfisser art li tintuża sabiex jitkabbar il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor naturali (li jitla' waħdu) jew permezz ta' kultivazzjoni (li jkun inżera') u li ma ġietx inkluża fin-newba tal-uċuħ tar-raba' tal-impriża għal ħames snin jew aktar, kif ukoll, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, li ma tkunx inħartet għal ħames snin jew aktar; tista' tinkludi speċijiet oħra bħal arbuxelli u/jew siġar tajbin għar-ragħa u, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, speċijiet oħra bħal arbuxelli u/jew siġar li jipproduċu għalf tal-annimali, dment li l-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jikkunsidraw bħala bur permanenti:
art li tista' tintuża għar-ragħa u li tifforma parti minn prattiki lokali stabbiliti fejn ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor huma tradizzjonalment mhux predominanti fiż-żoni tar-ragħa; u/jew
art li tista' tintuża għar-ragħa fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor mhumiex predominanti jew huma assenti f'żoni tar-ragħa;
"ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor" tfisser il-pjanti kollha erbaċej tradizzjonalment misjuba f'mergħat naturali u normalment inklużi f'taħlitiet ta' żrieragħ għall-mergħat jew meded tal-art għar-ragħa fl-Istat Membru, kemm jekk jintużaw għall-annimali li jirgħu jew le;
"mixtliet" tfisser l-erjas li ġejjin ta' pjanti li għadhom żgħar tal-għuda (għudin) li jitkabbru fil-miftuħ biex wara jinqalgħu u jitħawlu band'oħra:
"msajġar ta' rotazzjoni qasira" tfisser erjas mħawlin b'dawk l-ispeċijiet ta' siġar tal-kodiċi NM 0602 90 41 li għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri li jikkonsistu minn uċuħ tar-raba' għudin, perenni, li r-riżomi jew l-għeruq tagħhom jibqgħu fl-art wara l-ħsad, b'rimjiet ġodda li joħorġu fl-istaġun ta' wara u b'ċiklu ta' ħsad massimu li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri;
"bejgħ" tfisser il-bejgħ jew kwalunkwe trasferiment ieħor definittiv tal-proprjetà ta' art jew ta' drittijiet għall-ħlas, ma jinkludix il-bejgħ ta' art fejn l-art tkun ġiet trasferita lil awtoritajiet pubbliċi jew għall-użu fl-interess pubbliku u fejn it-trasferiment jitwettaq għal finijiet mhux agrikoli;
"kiri" tfisser ftehim tal-kiri jew transazzjoni temporanja simili;
"trasferiment" tfisser il-kiri jew il-bejgħ jew il-wirt proprju jew il-wirt antiċipat ta' art jew drittijiet għal pagamenti jew kwalunkwe trasferiment definittiv ieħor ta' dan; dan ma jkoprix ir-riverżjoni ta' drittijiet mal-iskadenza ta' kirja.
Minkejja l-punti (f) u (h) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li, qabel l-1 ta' Jannar 2018, aċċettaw irqajja' ta' art li titħalla tistrieħ bħala raba' jistgħu ikomplu jaċċettawhom bħala tali wara dik id-data. Mill-1 ta' Jannar 2018 irqajja' ta' art li titħalla tistrieħ li ġew aċċettati bħala raba' taħt dan is-subparagrafu fl-2018 għandhom isiru bur permanenti fl-2023, jew wara, jekk il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (h) jiġu sodisfatti.
L-Istati Membri għandhom:
jistabbilixxu kriterji li għandhom jiġu rrispettati mill-bdiewa sabiex jissodisfaw l-obbligu li l-erja agrikola tinżamm fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, kif imsemmi fil-punt (c)(ii) tal-paragrafu 1;
fejn applikabbli fi Stat Membru, jiddefinixxu l-attività minima li għandha titwettaq fuq erjas agrikoli li jinżammu b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, kif imsemmi fil-punt (c)(iii) tal-paragrafu 1;
jiddefinixxu l-ispeċijiet ta' siġar li jikkwalifikaw għal msajġar b'rotazzjoni qasira u jiddeterminaw iċ-ċiklu ta' ħsad massimu fir-rigward ta' dawk l-ispeċijiet ta' siġar, kif imsemmi fil-punt (k) tal-paragrafu 1.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dik l-art li tista' tintuża għar-ragħa u li tifforma parti minn prattiki lokali stabbiliti fejn ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor huma tradizzjonalment mhux predominanti fl-erjas tar-ragħa, għandha tiġi kkunsidrata bħala bwar permanenti, kif imsemmi fil-punt (h) tal-paragrafu 1.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li:
art li ma tkunx inħartet għal ħames snin jew iktar għandha tiġi kkunsidrata bħala bur permanenti kif imsemmi fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, dment li l-art tintuża biex jitkabbar il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor b'mod naturali (li jitla' waħdu) jew permezz ta' kultivazzjoni (li jkun inżera') u li ma tkunx ġiet inkluża fin-newba tal-uċuħ tar-raba' tal-impriża għal ħames snin jew aktar;
bur permanenti jista' jinkludi speċijiet oħra, bħal arbuxelli u/jew siġar li jipproduċu għalf tal-annimali, f'żoni fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor huma predominanti; u/jew
art li tista' tintuża għar-ragħa fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor mhumiex predominanti jew huma assenti f'żoni tar-ragħa għandha tiġi kkunsidrata bħala bur permanenti kif imsemmi fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li japplikaw id-deċiżjoni tagħhom skont il-punti (b) u/jew (c) tat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu għat-territorju kollu tagħhom jew għal parti mit-territorju tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2018 bi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont it-tielet u r-raba' subparagrafi ta' dan il-paragrafu.
Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jistabbilixxi:
il-qafas li fih l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji li għandhom jiġu rrispettati mill-bdiewa sabiex jissodisfaw l-obbligu li l-erja agrikola tinżamm fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, kif imsemmi fil-punt (c)(ii) tal-paragrafu 1;
il-qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-attivitàminima li trid titwettaq fuq erjas agrikoli li jinżammu b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, kif imsemmi fil-punt (c)(iii) tal-paragrafu 1;
il-kriterji li jiddeterminaw il-predominanza tal-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor u l-kriterji biex jiġu determinati l-prattiki lokali stabbiliti msemmija fil- punt (h) tal-paragrafu 1.
TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR PAGAMENTI DIRETTI
KAPITOLU 1
Regoli komuni dwar il-pagamenti diretti
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet ġenerali tal-politika agrikola komuni
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan għandhom japplikaw għall-iskemi previsti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Limiti massimi nazzjonali
Fejn Stat Membru juża l-għażla prevista fl-Artikolu 22(2), il-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għal dak l-Istat Membru għas-sena rispettiva jista' jinqabeż bl-ammont ikkalkulat skont dak il-paragrafu.
Fejn Stat Membru juża l-għażla prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(4), il-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għal dak l-Istat Membru għas-sena rispettiva jista' jinqabeż bl-ammont ikkalkolat skont dak is-subparagrafu.
Artikolu 7
Limiti massimi netti
Fejn l-ammont totali ta' pagamenti diretti li għandhom jingħataw fi Stat Membru jkun ogħla mil-limitu massimu stabbilit fl-Anness III, dak l-Istat Membru għandu jwettaq tnaqqis lineari fl-ammonti tal-pagamenti diretti kollha bl-eċċezzjoni ta' pagamenti diretti mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u r-Regolament (UE) Nru 229/2013.
Artikolu 8
Dixxiplina finanzjarja
B'riżultat tal-introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti kif imsemmi fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika għall-Kroazja mill-1 ta’ Jannar 2022.
Artikolu 9
Bidwi attiv
Fejn adegwat, l-Istati Membri għandhom, abbażi ta' kriterji oġġettivi u-nondiskriminatorju, jiddeċiedu li jżidu mal-lista fl-ewwel subparagrafu kwalunkwe negozju jew attività simili oħra li mhix agrikola, u jistgħu sussegwentement jiddeċiedu li jneħħu kwalunkwe żieda bħal din.
Persuna jew grupp ta' persuni li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-ewwel jew it-tieni subparagrafu għandu, madankollu, jitqies bħala bidwi attiv jekk dan jipprovdi evidenza verifikabbli, fil-forma meħtieġa mill-Istati Membri, li turi kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
li l-ammont annwali tal-pagamenti diretti huwa mill-inqas 5 % tal-irċevuti totali li kiseb minn attivitajiet mhux agrikoli fis-sena fiskali l-aktar reċenti li għaliha hija disponibbli tali evidenza;
li l-attivitajiet agrikoli tiegħu mhumiex insinifikanti;
li l-objettivi prinċipali tan-negozju jew tal-kumpannija tiegħu jikkonsistu fl-eżerċitar ta' attività agrikola.
Barra mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, li l-ebda pagament dirett ma għandu jingħata lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi:
li l-attivitajiet agrikoli tagħhom ikunu biss jagħmlu parti insinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi ġenerali tagħhom; u/jew
li l-attività prinċipali jew l-objettivi tal-kumpannija tagħhom ma jikkonsistux fl-eżerċizzju ta' attività agrikola.
Sabiex jiġi garantit il-ħarsien tad-drittijiet tal-bdiewa, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jistabbilixxu:
kriterji biex jiġu ddeterminati l-każijiet fejn żona agrikola ta' bidwi għandha titqies bħala żona li prinċipalment hija miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni;
kriterji biex tiġi stabbilita d-distinzjoni bejn riċevuti li jirriżultaw minn attivvitajiet agrikoli u mhux agrikoli;
kriterji biex jiġu stabbiliti l-ammonti ta’ pagamenti diretti msemmija fil-paragrafi 2 u 4, speċjalment rigward pagamenti diretti fl-ewwel sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti fejn il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti għadu mhux stabbilit b'mod definittiv kif ukoll rigward pagamenti diretti għall-bdiewa żgħażagħ;
kriterji li għandhom jilħqu l-bdiewa biex għall-għanijiet tal-paragrafi 2 u 3 jagħtu prova li l-attivitajiet agrikoli tagħhom mhumiex insinifikanti u li n-negozju ewlieni tagħhom jew l-oġġetti tal-kumpannija jikkonsistu mill-eżerċitazzjoni ta' attività agrikola.
Artikolu 10
Rekwiżiti minimi biex wieħed jirċievi pagamenti diretti
L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu f'liema wieħed mill-każijiet li ġejjin, li ma jagħtux pagamenti diretti lil bidwi:
fejn l-ammont totali ta' pagamenti diretti mitlub jew li jkun imissu jingħata qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 f'sena kalendarja partikolari jkun anqas minn EUR 100;
fejn l-erja eliġibbli tal-impriża li għaliha jintalbu pagamenti diretti jew li jkun imisshom jingħataw qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tkun anqas minn ettaru.
Fil-Kroazja, għas-snin 2015-2021, l-ammont mitlub jew li jkun imissu jingħata kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-ammont stabbilit fil-punt A tal-Anness VI.
Artikolu 11
Tnaqqis tal-pagamenti
Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħti pagament ridistributtiv lill-bdiewa skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III u l-applikazzjoni tal-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 41(4) tipprevjenih milli juża aktar minn 5 % mil-limitu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II għal dak il-għan, dak l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax dan l-Artikolu.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet meħuda skont dan l-Artikolu u bi kwalunkwe prodott stmat tat-tnaqqis għas-snin sal-2019 sal-1 ta' Awwissu tas-sena qabel l-applikazzjoni ta' tali deċiżjonijiet, bl-aħħar data possibbli għal tali notifika tkun l-1 ta' Awwissu 2018.
Għas-sena 2020, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet meħuda skont dan l-Artikolu u bi kwalunkwe prodott stmat tat-tnaqqis sal-31 ta' Diċembru 2019.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet meħuda skont dan l-Artikolu u bi kwalunkwe prodott stmat tat-tnaqqis għas-sena 2021 sad-19 ta’ Frar 2021 u għas-sena 2022 sal-1 ta’ Awwissu 2021.
Artikolu 12
Talbiet multipli
L-erja li tkun taqbel mal-għadd ta' ettari eliġibbli li fir-rigward tagħha tkun saret applikazzjoni għal pagament bażiku minn bidwi skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tista' tkun is-suġġett ta' applikazzjoni għal kwalunkwe pagament dirett ieħor kif ukoll għal kwalunkwe għajnuna oħra mhux koperta b'dan ir-Regolament, ħlief kif espliċitament previst xort'oħra f'dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Għajnuna mill-Istat
B’deroga mill-Artikolu 211(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), l-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE ma għandhomx japplikaw għal pagamenti magħmulin mill-Istati Membri f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 14
Flessibbiltà bejn il-pilastri
Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013. Dik id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-perċentwal imsemmi f'dak is-subparagrafu, li jista' jvarja b'sena kalendarja.
L-Istati Membri li ma jieħdux id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tas-sena kalendarja 2014, sa 1 ta' Awwissu 2014, jistgħu jieħdu dik id-deċiżjoni fir-rigward is-snin kalendarji 2015 sa 2019 Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali deċiżjoni sa dik id-data.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu d-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu b'effett mis-sena 2018. Kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali reviżjoni ma għandhiex tirriżulta fi tnaqqis fil-perċentwal innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni ibbażata fuq tali reviżjoni sal-1 ta' Awwissu 2017.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu b'effett mis-sena kalendarja 2019 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali rieżami sal-1 ta' Awwissu 2018. Kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali rieżami ma għandhiex tirriżulta fi tnaqqis fil-perċentwal innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi.
Sal-31 ta' Diċembru 2019, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli, bħala appoġġ addizzjonali ffinanzjat taħt l-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2021, sa 15 % tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għas-sena kalendarja 2020 stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-għoti ta' pagamenti diretti. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2019 u għandha tindika l-perċentwal magħżul.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli, bħala appoġġ addizzjonali ffinanzjat taħt il-FAEŻR fis-snin finanzjarji 2022 u 2023, sa 15 % tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji 2021 u 2022 stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-għoti ta’ pagamenti diretti. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għas-sena kalendarja 2021 sad-19 ta’ Frar 2021 u għas-sena kalendarja 2022 sal-1 ta’ Awwissu 2021 u għandha tistabbilixxi l-perċentwal magħżul.
Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013. Dik id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-perċentwal kif imsemmi f'dak is-subparagrafu li jista' jvarja b'sena kalendarja.
L-Istati Membri li ma jieħdux id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tas-sena finanzjarja 2015 jistgħu, sal-1 ta' Awwissu 2014, jieħdu dik id-deċiżjoni fir-rigward tas-snin finanzjarji 2016 sa 2020 Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali deċiżjoni sa dik id-data.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu d-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu b'effett għas-snin finanzjarji 2019 u 2020. Kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali reviżjoni ma għandhiex tirriżulta f'żieda fil-perċentwal innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali reviżjoni sal-1 ta' Awwissu 2017.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu b'effett mis-sena kalendarja 2019 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali rieżami sal-1 ta' Awwissu 2018. Kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali rieżami ma għandhiex tirriżulta f'żieda fil-perċentwal innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi.
Mit-8 ta’ Frar 2020, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, għas-sena kalendarja 2020, bħala pagamenti diretti jagħmlu disponibbli ammont mhux ogħla mill-ammont stipulat fl-Anness VIa. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-appoġġ iffinanzjat taħt il-FAEŻR għas-sena finanzjarja 2021. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mit-8 ta’ Frar 2020 u għandha tistabbilixxi l-ammont li jrid jiġi trasferit.
L-Istati Membri li ma jieħdux id-deċiżjoni msemmija fis-seba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 għas-snin finanzjarji 2022 u 2023, jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti sa 15 %, jew fil-każ tal-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja sa 25 %, tal-ammont allokat għall-appoġġ iffinanzjat taħt il-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2022 bir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u fis-sena finanzjarja 2023 bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2093 ( 2 ) [QFP]. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-appoġġ iffinanzjat mill-FAEŻR. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2022 sad-19 ta’ Frar 2021 u għas-sena finanzjarja 2023 sal-1 ta’ Awwissu 2021 u għandha tistabbilixxi l-perċentwal magħżul.
Artikolu 15
Reviżjoni
L-iskemi ta' appoġġ elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal reviżjoni possibbli fi kwalunkwe żmien fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u s-sitwazzjoni baġitarja. Dik ir-reviżjoni tista' twassal għall-adozzjoni ta' atti leġislattivi, atti ddelegati taħt l-Artikolu 190 TFUE jew atti ta' implimentazzjoni taħt l-Artikolu 291 TFUE.
KAPITOLU 2
Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-Bulgarija, għall-Kroazja u għar-Rumanija
Artikolu 16
Introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti fil-Bulgarija u r-Rumanija
Għall-Bulgarija u r-Rumanija, il-limiti massimi iffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51, 53 u 65 għandhom, għall-2015, jiġu stabbiliti abbażi tal-ammont stipulat fil-punt A tal-Anness V.
Artikolu 17
Introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti fil-Kroazja
Fil-Kroazja, il-pagamenti diretti għandhom jiddaħħlu skont l-iskeda ta’ żidiet li ġejja, espressi bħala perċentwal tal-livell korrispondenti tal-pagamenti diretti, kif applikati mill-2022:
Artikolu 18
Pagament dirett nazzjonali komplementari u pagamenti diretti fil-Bulgarija u r-Rumanija
Artikolu 19
Pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-Kroazja
L-ammont ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari li jista' jingħata f'sena partikolari u għal skema ta’ appoġġ partikolari għandu jkun limitat b'pakkett finanzjarju speċifiku. Dan il-pakkett għandu jiġi stabbilit bħala d-differenza bejn:
l-ammont ta’ appoġġ dirett disponibbli għal kull skema ta' appoġġ ikkonċernata wara l-introduzzjoni sħiħa tal-pagamenti diretti f'konformità mal-Artikolu 17 għas-sena kalendarja 2022, u
l-ammont ta’ appoġġ dirett disponibbli għal kull skema ta' appoġġ ikkonċernata wara l-applikazzjoni tal-iskeda ta’ żidiet f'konformità mal-Artikolu 17 għas-sena kalendarja kkonċernata.
Fir-rigward tal-pagamanti diretti nazzjonali komplementari maħsubin biex jikkumplementaw l-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll it-tipi speċifiċi ta’ biedja jew is-setturi agrikoli speċifiċi msemmija fl-Artikolu 52(3) li jistgħu jirrelataw magħhom il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 71(2) jew (3).
Il-Kroazja għandha tressaq rapport li jipprovdi tagħrif dwar il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari sat-30 ta' Ġunju tas-sena wara l-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu jkopri mill-inqas dan li ġej:
kull bdil fis-sitwazzjoni li tkun taffettwa l-pagamenti diretti nazzjonali komplementari;
għal kull pagament dirett nazzjonali komplementari, l-għadd ta' benefiċjarji u l-ammont totali ta' pagamenti dirett nazzjonali komplementari mogħti, kif ukoll l-ettari u l-għadd ta' annimali, jew unitajiet oħra li għalihom ingħata dak il-pagament dirett nazzjonali kumplimentari;
rapport dwar il-miżuri ta’ kontroll applikati b'rabta mal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari mogħtija.
Artikolu 20
Riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini fil-Kroazja
Il-Kroazja għandha tinnotifika wkoll lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta' drittijiet għall-pagament disponibbli lill-bdiewa fil-31 ta' Diċembru tas-sena kalendarja ta' qabel, kif ukoll l-ammont li baqa' ma ntefaqx fir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini f'dik l-istess data.
Fejn applikabbli, in-notifiki previsti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom isiru għal kull reġjun, kif iddefinit skont l-Artikolu 23(1) ta' dan ir-Regolament.
L-ammont massimu li għandu jiżdied skont l-ewwel subparagrafu, abbażi taż-żoni kollha nnotifikati mill-Kroazja skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sal-2022, għandu jkun ta’ EUR 9 600 000 , u għandu jkun, soġġett għall-iskeda tal-introduzzjoni tal-pagamenti diretti skont l-Artikolu 17. L-ammonti annwali massimu li jirriżultaw huma stipulat fl-Anness VII.
Għas-snin 2015 sal-2022, il-Kroazja għandha tuża r-riżerva speċjali nazzjonali għat- tneħħija tal-mini biex talloka d-drittijet għall-pagament lill-bdiewa abbażi tal-art li minnha jkunu tneħħew il-mini, iddikjarati mill-bdiewa fis-sena inkwistjoni fejn:
tali art tikkonsisti f'ettari eliġibbli fit-tifsira tal-Artikolu 32(2) sa (5);
l-art inkwistjoni ngħatat lura għall-użu agrikolu tul is-sena kalendarja ta’ qabel u
l-art tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
TITOLU III
SKEMA TA' PAGAMENT BAŻIKU, SKEMA TA' PAGAMENT UNIKU SKONT L-ERJA U PAGAMENTI RELATATI
KAPITOLU I
Skema ta' pagament bażikuu skema ta' pagament uniku skont l-erja
Artikolu 21
Drittijiet għall-pagament
Għandu jkun disponibbli appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament bażiku għall-bdiewa:
li jakkwistaw drittijiet għall-pagament skont dan ir-Regolament permezz ta' allokazzjoni f'konformità mal-Artikolu 20(4), permezz tal-ewwel allokazzjoni skont l-Artikolu 24 jew l-Artikolu 39, permezz ta' allokazzjoni mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali skont l-Artikolu 30 jew permezz ta’ trasferiment skont l-Artikolu 34; jew
li jkunu konformi mal-Artikolu 9 u li għandhom bi sjieda jew b'kirja drittijiet għall-pagament fi Stat Membru li ddeċieda, f'konformità mal-paragrafu 3, li jżomm id-drittijiet għall-pagament eżistenti tiegħu.
Artikolu 22
Limitu massimu għall-iskema ta' pagament bażiku
Għas-snin kalendarji 2021 u 2022, jekk il-limitu massimu għal Stat Membru stipulat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun differenti minn dak tas-sena ta’ qabel b’riżultat ta’ bidla fl-ammont stabbilit fl-Anness II jew bħala riżultat ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn dan l-Istat Membru f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 14(1) jew (2), l-Artikolu 42(1), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 51(1) jew l-Artikolu 53, dak l-Istat Membru għandu jnaqqas jew iżid b’mod lineari l-valur tad-drittijiet kollha għall-pagament u/jew inaqqas jew iżid ir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali sabiex tiġi żgurata konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 23
Allokazzjoni reġjonali tal-limiti massimi nazzjonali
L-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 36 jistgħu jieħdu d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku.
L-Istati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 30(2) għandhom jagħmlu dik id-diviżjoni wara li japplikaw it-tnaqqis lineari previst fl-Artikolu 30(1).
L-Istati Membri li japplikaw it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni msemmija f'dak is-subparagrafu u bil-miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 sal-1 ta' Awwissu tas-sena rilevanti.
L-Istati Membri li japplikaw il-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-ewwel sena ta' implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni.
L-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni għas-sena kalendarja 2021 sad-19 ta’ Frar 2021 u għas-sena kalendarja 2022 sal-1 ta’ Awwissu 2021 bid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 24
L-ewwel allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament
Id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu allokati lill-bdiewa li huma intitolati għal pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament dment li:
japplikaw għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku sad-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet fl-2015 li għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 b'eċċezzjoni fil-każ ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali; u
jkunu intitolati li jirċievu pagamenti, qabel kull tnaqqis jew esklużjoni prevista fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, fir-rigward ta' applikazzjoni għall-għajnuna għall-pagamenti diretti, għal għajnuna nazzjonali transitorja jew għal pagamenti diretti nazzjonali komplementari, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-2013.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fl-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 21(3) ta' dan ir-Regolament.
L-Istati Membri jistgħu jallokaw drittijiet għall-pagament lil bdiewa li huma intitolati li jingħataw pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, li jissodisfaw il-kondizzjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u li:
ma rċevewx pagamenti għall-2013 fir-rigward ta' applikazzjoni għall-għajnuna kif msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li, fid-data stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 ( 3 ) għas-sena ta' talba 2013:
fl-Istati Membri li qed japplikaw l-iskema ta' pagament uniku:
fl-Istati Membri li qed japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, kellhom biss art agrikola li ma kinitx f'kondizzjonijiet agrikoli tajba fit-30 ta' Ġunju 2003 kif previst fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;
fl-2014, jiġu allokati drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-Artikolu 41 jew 57 tar-Regolament (KE)Nru73/2009; jew
qatt ma kellhom drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja stabbiliti taħt ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li ppreżentaw evidenza verfikabbli li fid-data stabbilita mill-Istat Membru skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għas-sena ta' talba 2013, huma pproduċew, rabbew jew kabbru prodotti agrikoli, inkluż permezz tal-ħsad, it-taħlib, it-tgħammir tal-annimali u ż-żamma ta' annimali għal skopijiet ta' trobbija. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-objettiv addizzjonali tagħhom stess u kriterji ta' eliġibbiltà nondiskriminatorji għal din il-kategorija ta' bdiewa fir-rigward ta' ħiliet, esperjenza jew edukazzjoni xierqa.
Meta tintuża din l-għażla, l-Istati Membri għandhom jallokaw għadd imnaqqas ta' drittijiet għall-pagament lill-bdiewa. Dak l-għadd għandu jiġi kkalkolat bl-applikazzjoni ta' tnaqqis proporzjonali għall-għadd addizzjonali ta' ettari eliġibbli ddikjarati minn kull bidwi fl-2015 meta mqabbel man-numru ta' ettari eliġibbli skont is-sens tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE)Nru73/2009 li dak il-bidwi ddikjara fl-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna fl-2011, jew fil-każ tal-Kroazja, fl-2013, mingħajr preġudizzju għall-ettari li tneħħewlhom il-mini li għalihom għandhom jiġu allokati drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 20(4) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 25
Valur tad-drittijiet għall-pagament u l-konverġenza
Il-perċentwal fiss imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkolat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit f'konformità ma', rispettivament, l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għall-2015wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30, jiġi diviż bil-limitu massimu nazzjonali għall-2015 stabbilit fl-Anness II. Id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu espressi f'numru li jikkorrispondi ma' numru ta' ettari.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jqiegħdu l-perċentwal msemmi fl-ewwel subparagrafu f'livell ogħla minn 90 % iżda mhux ogħla minn 100 %.
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li, tal-anqas għas-sena ta' talba 2019, l-ebda dritt għal pagament ma għandu jkollu valur ta' unità anqas minn 60 % tal-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019, sakemm dan ma jirriżultax fl-Istati Membri li jappliaw il-limitu msemmi fil-paragrafu 7, fi tnaqqis massimu li jaqbeż dak il-limitu. F'dawn il-każijiet, il-valur ta' unità minimu għandu jkun stabbilit fil-livell meħtieġ li jirrispetta dak il-limitu.
Sabiex tiġi żgurata konformità mal-perċentwal fiss imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal kull sena, il-valur tad-drittijiet għall-pagament b'valur ta' unità nazzjonali li huwa ogħla mill-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fl-2019 għandu jiġi aġġustat.
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-perċentwal fiss imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal kull sena, il-valur tad-drittijiet għall-pagament kollha għandu jiġi aġġustat b'mod lineari.
Wara li jkunu applikaw l-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 22(5), l-Istati Membri li jkunu użaw id-deroga prevista fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiddeċiedu li d-drittijiet għall-pagament li kellhom il-bdiewa fil-31 ta’ Diċembru 2019 li jkollhom valur aktar baxx mill-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fl-2020 kif ikkalkulat f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jiżdidilhom il-valur ta’ unità tagħhom għall-valur ta’ unità nazzjonali jew reġjonali għall-2020. Iż-żieda għandha tiġi kkalkulata skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-metodu ta’ kalkolu għaż-żieda deċiża mill-Istat Membru kkonċernat huwa bbażat fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji;
biex tiġi ffinanzjata ż-żieda, id-drittijiet kollha għall-pagament jew parti minnhom li kienu proprjetà tal-bdiewa jew mikrija lilhom fil-31 ta’ Diċembru 2019 li huma ta’ valur ogħla mill-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fl-2020 kif ikkalkulat f’konformità mat-tieni subparagrafu għandhom jitnaqqsu; dak it-tnaqqis għandu japplika għad-differenza bejn il-valur ta’ dawk id-drittijiet u l-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fl-2020; l-applikazzjoni ta’ dak it-tnaqqis għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li jistgħu jinkludu l-iffissar ta’ tnaqqis massimu.
Il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fl-2020 imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi kkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta’ pagament bażiku stabbilit f’konformità mal-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) għall-2020, minbarra l-ammont tar-riżervi nazzjonali jew reġjonali, jiġi diviż bin-numru ta’ drittijiet għall-pagament li kienu proprjetà ta’ jew mikrija lill- bdiewa fil-31 ta’ Diċembru 2019.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri li użaw id-deroga prevista fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiddeċiedu li jżommu l-valur tal-drittijiet għall-pagament ikkalkulati f’konformità ma’ dak il-paragrafu soġġett għall-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 22(5).
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-bdiewa fi żmien debitu dwar il-valur tad-drittijiet tagħhom għall-pagament kif ikkalkulati skont dan il-paragrafu.
Artikolu 26
Kalkolazzjoni tal-valur tal-unità inizjali
Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit skont, rispettivament, l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għas-sena 2015, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament, jiġi diviż bl-ammont ta' pagamenti għall-2014 taħt l-iskema ta' pagament uniku fl-Istat Membru jew ir-reġjun ikkonċernat, qabel it-tnaqqis u l-esklużjoni previsti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit skont, rispettivamentm, l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għas-sena 2015, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament, jiġi diviż bil-valur totali tad-drittijiet kollha, inklużi d-drittijiet speċjali, fl-Istat Membru jew reġjun ikkonċernat għall-2014, taħt l-iskema ta' pagament uniku.
Għall-fini ta' dan il-paragrafu, bidwi għandu jitqies li jkollu drittijiet għall-pagament fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu għall-2014, fejn id-drittijiet għall-pagament ikunu ġew allokati jew ittrasferiti lilu definittivament sa dik id-data.
Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ikkalkolat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għas-sena 2015, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament, jiġi diviż bit-total tal-valur tal-għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u taħt l-Artikolu 132 u 133a ta' dak ir-Regolament għall-2014 fl-Istat Membru jew ir-reġjun ikkonċernat, qabel it-tnaqqis u l-esklużjoniijiet previsti fil-Kapitoku 4 tat-Titolu II ta' dak ir-Regolament.
Stati Membri li jiddeċiedu li japplikaw l-għajnuna akkopjata volontarja skont it-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, jistgħu jieħu kont tad-differenzi bejn il-livell ta' għajnuna mogħtija fis-sena kalendarja 2014 u l-livell ta' għajnuna li għandha tingħata skont it-Titolu IV ta' dan ir-Regolament meta japplikaw metodu ta' kalkolazzjoni għal dan l-Artikolu, dment li:
l-għajnuna akkoppjata volontarja skont it-Titolu IV ta' dan ir-Regolament tiġi mogħtija għal settur li jkun ingħata appoġġ fis-sena kalendarja 2014 skont l-Artikolu 52, l-Artikolu 53(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 68(1) u, għall-Istati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, skont il-punt (c) tal-Artikolu 68(1) u l-Artikoli 126, 127 u 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, u
l-ammont għal kull unità tal-appoġġ akkoppjat volontarju huwa inqas mill-ammont għal kull unità tal-appoġġ fl-2014.
Għall-finijiet tal-metodi ta' kalkolu previsti f'dan l-Artikolu, dment li l-pagament ridistributtiv skont l-Artikolu 41 ma jiġix applikat, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont sħiħ tal-appoġġ mogħti għas-sena kalendarja 2014 skont l-Artikoli 72a u 125a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
Artikolu 27
Inklużjoni tar-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini
Għall-Kroazja, kull referenza fl-Artikoli 25 u 26 għar-riżerva nazzjonali għandha tinftiehem li tinkludi r-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini msemmija fl-Artikolu 20.
Barra minn hekk, l-ammont li jirriżulta mir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini għandu jitnaqqas mil-limiti massimi tal-iskema tal-pagament bażiku msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1), fil-paragrafi 5 u 6 ta' dak l-Artikolu u l-Artikolu 26.
Artikolu 28
Profitt mhux mistenni
Għall-finijiet tal-Artikolu 25(4) sa (7) u l-Artikolu 26, Stat Membru jista', abbażi ta' kriterji oġġettivi, jipprevedi, f'każijiet ta' bejgħ jew għotja jew skadenza ta' kirja sħiħa jew parti minnha ta' żoni agrikoli wara d-data stabbilita skont l-Artikolu 35 jew l-Artikolu 124(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u qabel id-data stabbilita skont l-Artikolu 33(1) ta' dan ir-Regolament, li ż-żieda, jew parti miż-żieda, fil-valur tad-drittijiet għall-pagament li jkollhom ikunu allokati lill-bidwi kkonċernat għandhom jitreġġgħu lura għar-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali fejn iż-żieda għandha twassal għal profitt mhux mistenni għall-bidwi kkonċernat.
Dawk il-kriterji oġġettivi għandhom jiġu stabbiliti b'mod li jkun żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa u biex ikunu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni u għandhom jinkludu, tal-anqas, dan li ġej:
tul ta' żmien minimu għall-kirja; u
il-proporzjon tal-pagament riċevut li għandu jitreġġa' lura għar-riżerva nazzjonali jew għar-riżervi reġjonali.
Artikolu 29
Notifiki dwar il-valur tad-drittijiet għall-pagament u konverġenza
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunke deċiżjoni msemmija fl-Artikoli 25, 26 u 28 sal-1 ta' Awwissu 2014.
Għas-snin kalendarji 2020 u 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fl-Artikoli 25(11) u (12) sad-19 ta’ Frar 2021.
Għas-sena kalendarja 2022, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 25(12) sal-1 ta’ Awwissu 2021.
Artikolu 30
Stabbiliment u użu tar-riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali
L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżervi nazzjonali jew reġjonali tagħhom biex:
jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa sabiex l-art ma titħalliex tiġi abbandunata, inkluż f'żoni soġġetti għal programmi ta' ristrutturar u/jew ta' żvilupp relatati ma’ għamla ta’ intervent pubbliku;
jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa sabiex jikkumpensawhom għal żvantaġġi speċifiċi;
jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li ma setgħux jiġu allokati lilhom drittijiet għall-pagament taħt dan il-Kapitolu b'riżultat ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali;
jallokaw, f'każijiet fejn huma japplikaw l-Artikolu 21(3) ta' dan ir-Regolament, drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li n-numru ta' ettari eliġibbli tagħhom li ddikkjarw fl-2015 skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u li huma disponibbli għalihom f'data stabbilita mill-Istat Membru li m'għandhiex tkun aktar tard mid-data stabbilita f'dak l-Istat Membru biex issir emenda għall-imsemmija applikazzjoni għall-għajnuna tkun ogħla min-numru ta' drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 li huma jkollhom fid-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet li għandha tiġi stabbilita skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013,
iżidu b’mod lineari fuq bażi permanenti, l-valur tad-drittijiet għall-pagament kollha skont l-iskema ta’ pagament bażiku f’livell nazzjonali jew reġjonali jekk ir-riżerva nazzjonali jew reġjonali rilevanti taqbeż 0,5 % tal-limitu massimu annwali nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku, bil-kondizzjoni li jibqgħu disponibbli ammonti biżżejjed għal allokazzjonijiet kollha taħt il-paragrafu 6, taħt il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu u taħt il-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu;
ikopru l-ħtiġijiet annwali għall-pagamenti li għandhom jingħataw skont l-Artikolu 51(2) u l-Artikolu 65(1), (2) u (3) ta' dan l-Artikolu.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-prijoritajiet bejn l-użu differenti msemmi hawnhekk.
Il-valur medju nazzjonali jew reġjonali għandu jiġi kkalkulat billi jinqasmu l-limiti nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku stipulat f'konformità, rispettivament, mal-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) għas-sena tal-allokazzjoni, eskluż l-ammont tar-riżerva nazzjonali jew tar-riżervi reġjonali u, fil-każ tal-Kroazja, ir-riżerva speċjali għat-tneħħija tal-mini, min-numru ta' drittijiet għall-pagament allokati.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu passi għall-modifiki progressivi annwali tal-valur ta' drittijiet għall-pagament allokati mir-riżerva nazzjonali jew mir-riżervi reġjonali b'kont meħud tal-modifiki għal-limiti massimi nazzjonali u reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku stipulat f'konformità, rispettivament mal-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 23(2) li jirriżultaw mill-varjazzjonijiet fil-livell ta' livelli massimi nazzjonali stabbiliti taħt l-Anness II.
Għal allokazzjonijiet mir-riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali fl-2021 u l-2022, l-ammont tar-riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali li għandhom jiġu esklużi skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi aġġustat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(5). Għal allokazzjonijiet mir-riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali fl-2021 u l-2022, it-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
'bdiewa żgħażagħ' tfisser bdiewa li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 50(2) u, fejn rilevanti, il-kundizzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 50(3) u (11);
'il-bdiewa li jibdew l-attività agrikola tagħhom' tfisser persuni fiżiċi jew ġuridiċi li, fil-ħames snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola, ma kienu għamlu ebda attività agrikola f’isimhom proprju u għar-riskju tagħhom stess jew li ma kellhomx il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola. Fil-każ ta’ persuna ġuridika, il-persuna jew persuni fiżiċi li jkollhom il-kontroll tal-persuna ġuridika ma għandhomx ikunu għamlu ebda attività agrikola f’isimhom proprju u għar-riskju tagħhom stess jew kellhom il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola fil-ħames snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola mill-persuna ġuridika; L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kriterji ta' eliġibbiltà oġġettivi u mhux diskriminatorji addizzjonali tagħhom għal din il-kategorija ta' bdiewa fir-rigward ta' ħiliet, esperjenza jew edukazzjoni xierqa.
Artikolu 31
Riforniment tar-riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali
Ir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali għandhom jerġgħu jiġu fornuti b'ammonti li jirriżultaw minn:
drittijiet għall-pagament li ma jagħtux dritt għall-pagamenti matul sentejn konsekuttivi minħabba l-applikazzjoni ta':
Artikolu 9,
Artikolu 10(1), jew
Artikolu 11(4) ta' dan ir-Regolament;
għadd ta' drittijiet għall-pagament ekwivalenti għall-għadd totali ta' drittijiet għall-pagament li ma kinux attivati minn bdiewa f'konformità mal-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament għal perijodu ta' sentejn konsekuttivi, b'eċċezzjoni fejn l-attivazzjoni tagħhom ġiet impeduta minn force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali; meta jiġu stabbiliti d-drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja li jkollu bidwi li għandhom jerġgħu lura għar-riżerva nazzjonali jew għar-riżervi reġjonali, prijorità għandha tingħata lil dawk id-drittijiet li għandhom l-aktar valur baxx;
drittijiet għall-pagament volontarji li l-bdiewa jroddu lura;
l-applikazzjoni tal-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament;
drittijiet għall-pagament indebitament allokati skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013
tnaqqis lineari tal-valur tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta' pagament bażiku fil-livell nazzjonali jew reġjonali fejn ir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali mhumiex biżżejjed biex tkopri l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 30(9) ta' dan ir-Regolament;
fejn l-Istati Membri jqisu li jkun meħtieġ, tnaqqis lineari tal-valur tad-drittijiet ta' pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku fil-livell nazzjonali jew reġjonali biex ikopru l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 30(6) ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Istati Membri li diġà jagħmlu użu minn dak it-tnaqqis lineari jistgħu fl-istess sena japplikaw ukoll tnaqqis lineari tal-valur tad-drittijiet ta' pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku fil-livell nazzjonali jew reġjonali biex ikopru l-każijiet imsemmija fil-punti (a) and (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(7) ta' dan ir-Regolament;
l-applikazzjoni tal-Artikolu 34(4) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 32
Attivazzjoni ta' drittijiet għall-pagament
Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, 'ettaru eliġibbli' tfisser:
kull żona agrikola tal-impriża, inklużi erjas li ma kinux f'kondizzjoni agrikola tajba fit-30 ta' Ġunju 2003 fl-Istati Membri li aderixxew mal-Unjoni fl-1 ta' Mejju 2004 li mal-adeżjoni ddeċidew li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, li tintuża għal attività agrikola jew, fejn l-erja tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli, tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli; jew
kull żona li tkun tat dritt għall-pagamenti fl-2008 skont l-iskema ta’ pagament uniku jew l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja stabbiliti, rispettivament, fit-Titoli III u IVA tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u li:
ma tkunx għadha aktar konformi mad-definizzjoni ta' 'ettaru eliġibbli' skont il-punt (a) bħala riżultat tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2000/60/KE u d-Direttiva 2009/147/KE;
għat-tul iż-żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, tkun saret foresta skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew skont skema nazzjonali li l-kondizzjonijiet tagħha jkunu konformi mal-Artikolu 43(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013; jew
għat-tul ta' żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, titwarrab skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2:
fejn erja agrikola ta’ impriża tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli, dik iż-żona għandha titqies li għandha tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli bil-kondizzjoni li dawk l-attivitajiet agrikoli jkunu jistgħu jiġu eżerċitati mingħajr ma jkunu mfixklin b’mod sinifikanti mill-intensità, in-natura, it-tul ta’ żmien u l-waqt tal-attivitajiet mhux agrikoli;
l-Istati Membri jistgħu jfasslu lista ta' erjas li jintużaw b'mod predominanti għall-attivitajiet mhux agrikoli.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu fit-territorju tagħhom.
Artikolu 33
Dikjarazzjoni dwar ettari eliġibbli
Artikolu 34
Trasferiment ta' drittijiet għall-pagament
Id-drittijiet għall-pagament, inkluż fil-każ ta' wirt attwali jew antiċipat, jistgħu jiġu attivati biss fl-Istat Membru fejn id-drittijiet għall-pagament kienu allokati.
Id-drittijiet għall-pagament, inkluż fil-każ ta' wirt attwali jew antiċipat jistgħu jiġu attivati biss fir-reġjun fejn id-drittijiet għall-pagament kienu allokati.
Reġjunijiet bħal dawn għandhom jiġu definiti fil-livell territorjali adatt f'konformità ma' kriterji oġġettivi u b'mod li jiżgura t-trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitai d-distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni.
Artikolu 35
Setgħat delegati
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u jiġu ċċarati s-sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jinqalgħu fl-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 70 dwar:
regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess, fir-rigward tal-iskema ta' pagament bażiku tal-bdiewa, f'każ ta' wirt u wirt antiċipat, ta' wirt soġġett għal kirja, bidla fl-istatus legali jew fid-denominazzjoni, trasferiment ta' drittijiet għall-pagament, fużjoni jew qasma tal-impriża, u fl-applikazzjoni tal-klawżola tal-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 24(8);
regoli dwar il-kalkolu tal-valur u n-numru jew dwar iż-żieda jew it-tnaqqis fil-valur tad-drittijiet għall-pagament b’rabta mal-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament skont kull dispożizzjoni ta’ dan it-Titolu, inklużi regoli:
dwar il-possibbiltà ta' valur u numru provviżorji jew żieda provviżorja ta' drittijiet għall-pagament allokati abbażi tal-applikazzjoni mill-bidwi,
dwar il-kondizzjonijiet biex ikunu stabbiliti l-valur u n-numru provviżorji u definittivi tad-drittijiet għall-pagament,
dwar il-każijiet fejn kuntratt ta' bejgħ jew kirja jista' jolqot l-allokazzjoni ta' drittijiet għall-pagament.
regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu tal-valur u n-numru ta' drittijiet għall-pagament riċevuti mir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali;
regoli dwar il-modifika tal-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament fil-każ ta' frazzjonijiet ta' drittijiet għall-pagament u fil-każ ta' trasferiment ta' drittijiet għall-pagament imsemmi fl-Artikolu 34(4);
kriterji għall-applikazzjoni tal-għażliet taħt il-punti (a), (b) u (c) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 24(1);
kriterji għall-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet skont in-numru ta' drittijiet għall-pagament li għandhom jiġu allokati skont l-Artikolu 24(4) sa (7);
kriterji għall-allokazzjoni ta' drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 30(6) u (7);
kriterji għall-istabbiliment tal-koeffiċjent ta' tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 32(5).
Artikolu 36
Skema ta’ pagament uniku skont l-erja
Matul il-perijodu tal-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, it-Taqsimiet 1, 2 u 3 ta' dan il-Kapitolu m'għandhomx japplikaw għal dawk l-Istati Membri, għajr it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1), l-Artikolu 23(6) kif ukoll l-Artikolu 32(2) u (6).
L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fl-2020 għandhom ikomplu jagħmlu dan wara l-31 ta’ Diċembru 2020.
Meta jagħmlu hekk, għandhom jieħdu kont tal-appoġġ mogħti għas-sena kalendarja 2014 taħt waħda jew aktar mill-iskemi skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 68(1), u l-Artikoli 126, 127 u 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
Ċipru,tista' tiddifferenzja l-għajnuna b'kont meħud tal-pakketti finanzjarji speċifiċi għas-settur stabbilit fl-Anness XVIIa tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li titnaqqas bi kwalunkwe għajnuna mogħtija lill-istess settur settur skont l-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament.
Sabiex issir distinzjoni tal-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, u dment li l-pagament ridistributtiv skont l-Artikolu 41 ma jiġix applikat, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont sħiħ tal-appoġġ mogħti għas-sena kalendarja 2014 skont l-Artikolu 125a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
Għal kull Stat Membru, l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jista’ jiżdied b’massimu ta’ 3 % tal-limitu nazzjonali annwali rilevanti stabbilit fl-Anness II wara tnaqqis tal-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 47(1) għas-sena rilevanti. Meta Stat Membru japplika tali żieda, dik iż-żieda għandha titqies mill-Kummissjoni fl-istabbiliment tal-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar 2018 bil-perċentwali annwali li bihom għandu jiżdied l-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Sad-19 ta’ Frar 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-perċentwal annwali li bih għandu jiżdied għas-snin kalendarji 2021 u 2022 l-ammont ikkalkulat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
L-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi annwali u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ibbażata fuq tali rieżami sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħha.
Artikolu 37
Għajnuna nazzjonali transitorja
L-Istati Membri li jagħtu għajnuna nazzjonali tranżizzjonali fil-perijodu 2015-2020 jistgħu jiddeċiedu li jagħtu għajnuna nazzjonali tranżizzjonali fl-2021 u l-2022.
L-ammont totali ta' għajnuna nazzjonali transitorja li tista' tingħata lill-bdiewa fi kwalunkwe wieħed mis-setturi msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun limitata għall-perċentwal segwenti tal-pakketti finanzjarji speċifiċi għas-settur skont is-settur kif awtorizzati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 132(7) jew l-Artikolu 133a(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-2013:
Għal Ċipru, il-perċentwal għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-pakketti finanzjari speċifiċi għas-settur kif jinsabu fl-Anness XVIIa għar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu ta' kull sena. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
il-pakkett finanzjarju speċifiku għas-settur;
ir-rata massima ta' għajnuna nazzjonali transitorja, fejn xieraq.
Artikolu 38
Implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku fl-Istati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja
Għajr jekk previst mod ieħor f'din it-Taqsima, dan it-Titolu għandu japplika għall-Istati Membri li applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja prevista fit-Taqsima 4 ta' dan il-Kapitolu.
L-Artikoli 24 sa 29 m'għandhomx japplikaw għal dawk l-Istati Membri.
Artikoli 39
L-ewwel allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament
Id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu allokati lill-bdiewa li huma intitolati li jingħataw pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament dment li:
huma japplikaw għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku sad-data finali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet li għandha tiġi stabbilita skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, ħlief fil-każ ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali, u
kienu intitolati jirċievu pagamenti, qabel kwalunkwe tnaqqis jew esklużjoni prevista fil-Kapitolu 4 tat-Titiolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, fir-rigward ta' applikazzjoni għal għajuna għal pagamenti diretti, għal għajnuna nazzjonali transizzjonali jew għal pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-2013.
L-Istati Membri jistgħu jallokaw drittijiet għall-pagament lil bdiewa li huma intitolati li jingħataw pagamenti diretti skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, li jissodisfaw il-kondizzjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, li ma rċevewx pagamenti għall-2013 fir-rigward ta' applikazzjoni għal għajnuna kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li fid-data stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għas-sena ta' talba tal-2013, kellhom biss art agrikola li ma kinitx f'kondizzjoni agrikola tajba fit-30 ta' Ġunju 2003 kif previst fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
Artikolu 40
Valur tad-drittijiet għall-pagament
Il-perċentwal fiss imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkolat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit skont, rispettivament, l-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament, għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30, jiġi diviż bil-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku. Id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu espressi f'numru li jikkorrispondi għal numru ta' ettari.
Dak il-perċentwal fiss għandu jiġi kkalkolat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku li għandu jiġi stabbilit f'konformità, rispettivament, mal-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, wara li jiġi applikat it-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 jew, fejn applikabbli, fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 30, jiġi diviż bil-valur totali ta' għajnuna, eżkluża għajnuna skont l-Artikoli 41, 43, 48 u 50 u t-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, mogħtija għas-sena kalendarja li tippreċedi l-implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku fl-Istat Membru jew ir-reġjun ikkonċernat, qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-bdiewa bil-valur tad-drittijiet tagħhom ikkalkolati skont dan l-Artikolu għal kull sena tal-perijodu kopert b'dan ir-Regolament.
Dawk il-kriterji oġġettivi għandhom jiġu stabbiliti b'mod li jkun żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa u biex ikunu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni u għandhom jinkludu, tal-anqas, dan li ġej:
tul ta' żmien minimu għall-kirja;
il-proporzjon tal-pagament riċevut li għandu jitreġġa' lura għar-riżerva nazzjonali jew għar-riżervi reġjonali.
KAPITOLU 2
Pagament ridistributtiv
Artikolu 41
Regoli ġenerali
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ta’dan it-tip sad-data rilevanti msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Il-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri billi jintuża sehem mil-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u tan-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarat fir-reġjun ikkonċernat skont l-Artikolu 33(1) fl-2015. Għal kull reġjun, din il-parti għandha tkun ikkalkulata billi l-limitu massimu reġjonali rispettiv stabbilit skont l-Artikolu 23(2) ikun diviż bil-limitu massimu nazzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 22(1), wara li jiġi applikat it-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 30 fejn ma jkunx applikat il-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu.
Artikolu 42
Dispożizzjonijiet finanzjarji
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu sad-19 ta’ Frar 2021 għas-sena kalendarja 2021 u sal-1 ta’ Awwissu 2021 għas-sena kalendarja 2022.
KAPITOLU 3
Pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent
Artikolu 43
Regoli ġenerali
Il-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent għandhom ikunu dawn li ġejjin:
id-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba';
iż-żamma ta' bwar permanenti eżistenti; u
l-eżistenza ta' żona b’fokus ekoloġiku fiż-żona agrikola.
Il-prattiki ekwivalenti għandhom ikunu dawk li jinkludu prattiki simili li jagħtu benefiċċju ekwivalenti jew ta' livell ogħla għall-klima u l-ambjent meta mqabbla ma' waħda jew diversi mill-prattiki msemmija fil-paragrafu 2. Dawk il-prattiki ekwivalenti u l-prattika jew prattiki msemmija fil-paragrafu 2 li huma ekwivalenti għaliha huma elenkati fl-Anness IX u għandhom ikunu koperti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
impenji mwettqa skont jew l-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
skemi ta' ċertifikazzjoni ambjentali nazzjonali jew reġjonali, inkluż dawk għaċ-ċertifikazzjoni ta' konformità mal-leġislazzjoni ambjentali nazzjonali, li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, li jkollhom l-għan li jilħqu l-objettivi relatati mal-kwalità tal-ħamrija u l-ilma, il-bijodiversità, il-konservazzjoni tal-pajsaġġ, u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għal dan. Dawk l-iskemi ta' ċertifikazzjoni jistgħu jinkludu l-prattiki elenkati fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament, il-prattiki msemmijin fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew taħlita tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-prattiki inklużi fl-impenji jew l-iskemi ta' ċertifikazzjoni speċifiċi humiex koperti mil-lista fl-Anness IX u jekk tikkunsidra li dan mhuwiex il-każ, tinnotifika lill-Istati Membri kif adatt permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 71(2) jew (3). Fejn il-Kummissjoni tinnotifika lil Stat Membru li dawk il-prattiki mhumiex koperti mil-lista fl-Anness IX, dak l-Istat Membru m'għandux jirrikonoxxi bħala prattiki ekwivalenti fit-tifsira tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu l-impenji jew l-iskemi ta' ċertifikazzjoni speċifiċi koperti min-notifika tal-Kummissjoni.
Dan il-pagament għandu jieħu l-għamla ta' pagament annwali għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat f'konformità mal-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2), li l-ammont tiegħu għandu jiġi kkalkolat annwalment billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 47 jiġi diviż bin-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarati, f'konformità mal-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2) fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat.
B'deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw l-Artikolu 25(2) jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-pagament imsemmi fil-paragrafu bħala perċentwal tal-valur totali tad-drittijiet għall-pagament li l-bidwi jkun attiva skont l-Artikolu 33(1) għal kull sena rilevanti.
Għal kull sena u għal kull Stat Membru jew reġjun, dak il-perċentwal għandu jiġi ikkalkulat billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 47, jiġi diviż bil-valur totali tad-drittijiet ta' pagament kollha attivati skont l-Artikolu 33(1) f'dak l-Istat Membru jew reġjun.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-unitajiet ta' impriża li jintużaw għall-produzzjoni organika f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 70 sabiex:
iżżid prattiki ekwivalenti mal-lista li tinsab fl-Anness IX;
tistabbilixxi rekwiżiti adatti applikabbli għall-iskemi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali jew reġjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, inkluż il-livell ta' assigurazzjoni li għandha tingħata minn dawk l-iskemi;
tistabbilixxi regoli dettaljati għall-kalkolu tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-prattiki msemmijin fil-punti 3 u 4 tat-Taqsima I u l-punt 7 tat-Taqsima III tal-Anness IX għal dan ir-Regolament, u kwalunkwe prattika ekwivalenti oħra miżjuda għal dak l-Anness skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, li għaliha jinħtieġ kalkolu speċifiku sabiex jiġi evitat finanzjament doppju.
Artikolu 44
Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba'
Fejn ir-raba’ li tinħarat tal-bidwi tkopri aktar minn 30 ettaru u mhix interament ikkultivata b'uċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu tal-wiċċ tar-raba', għandu jkun hemm mill-inqas tliet uċuħ tar-raba' differenti fuq dik ir-raba' li tinħarat. Il-wiċċ tar-raba' ewlieni m'għandux ikopri aktar minn 75 % ta' dik ir-raba' li tinħarat u ż-żewġ uċuħ tar-raba' ewlenin flimkien m'għandhomx ikopru aktar minn 95 % ta' dik ir-raba' li tinħarat.
Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal impriżi:
fejn aktar minn 75 % tar-raba' tintuża għall-produzzjoni ta' ħaxix u foraġġ erbaċew, tintuża għall-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' legumi, tkun art li titħalla tistrieħ, jew tkun soġġetta għal taħlita ta' dawk l-użijiet;
fejn aktar minn 75 % taż-żona agrikola eliġibbli tkun bur permanenti, tintuża għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor jew għall-kultivazzjoni ta' wċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu ta' kultivazzjoni, jew tkun soġġetta għal taħlita ta' dawk l-użijiet;
fejn aktar minn 50 % tal-erjas ta' art li tinħarat iddikjarata ma ġietx iddikjarata mill-bidwi fl-applikazzjoni tiegħu għal għajnuna tas-sena preċedenti u, meta abbażi ta' paragrun tal-applikazzjonijiet ta' għajnuna ġeo-spazjali, l-art li tinħarat kollha qed tiġi kkultivata b'uċuħ tar-raba' differenti meta mqabbla ma' dawk tas-sena kalendarja preċedenti;
li jinsabu f'żoni fit-tramuntana tat-62 parallel jew f'ċerti żoni ħdejhom. Fejn ir-raba’ li tinħarat ta' tali impriżi tkopri aktar minn 10 ettari, għandu jkun hemm minn tal-anqas żewġ uċuħ tar-raba’ differenti f'dik ir-raba' li tinħarat u lebda wieħed minn dawn l-uċuħ tar-raba’ m'għandu jkopri aktar minn 75 % tar-raba’ li tinħarat, sakemm l-uċuħ tar-raba' ewlenin mhumiex ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, jew art li titħalla tistrieħ kompletament.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu “wiċċ” tfisser kwalunkwe waħda minn dan li ġej:
koltivazzjoni ta' xi wieħed mill-genera differenti ddefiniti fil-klassifikazzjoni botanika tal-uċuħ;
kolitvazzjoni ta' xi waħda mill-ispeċijiet fil-każ ta' Brassicaceae, Solanaceae u Cucurbitaceae;
art li titħalla tistrieħ kompletament;
ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor.
Uċuħ tar-raba' tax-xitwa u l-uċuħ tar-raba' tar-rebbiegħa għandhom jitqiesu bħala uċuħ tar-raba' distinti anke jekk ikunu jagħmlu parti mill-istess ġeneru. It-Triticum spelta għandha tiġi kkunsidrata bħala wiċċ distint mill-uċuħ tar-raba' li jagħmlu parti mill-istess ġeneru.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70:
tirrikonoxxi tipi oħra ta' ġeneru u speċijiet għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu; u
tistipula r- regoli dwar l-applikazzjoni tal-kalkolu preċiż tal-ishma tal-uċuħ tar-raba' differenti.
Artikolu 45
Bwar permanenti
Sabiex jiżguraw il-ħarsien ta' bwar permanenti li huma ambjentalment importanti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jindikaw erjas sensittivi li jinsabu barra mill-erjas koperti mid-Direttivi 92/43/KEE jew 2009/147/KE, inkluż bwar permanenti fuq ħamrija b'livell għoli ta' karbonju.
Il-bdiewa m'għandhomx jibdlu jew jaħartu bwar permanenti li jinsabu f'erjas indikati mill-Istati Membri taħt l-ewwel subparagrafu u, fejn applikabbli, it-tieni subparagrafu.
Bil-għan li jiġi stabbilit il-proporzjon ta' referenza msemmi fil-ewwel subparagrafu:
"erjas ta' bwar permanenti" tfisser l-art b'mergħat permanenti ddikjarata fl-2012, jew fl-2013 fil-każ tal-Kroazja, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009 mill-bdiewa soġġetta għall-obbligi taħt dan il-Kapitolu, kif ukoll l-erja ta' bwar permanenti ddikjarata fl-2015 f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 mill-bdiewa soġġetta għall-obbligi taħt dan il-Kapitolu li ma ġewx iddikjarati bħala art b'mergħa permanenti fl-2012 jew, fil-każ tal-Kroazja, fl-2013;
"erja agrikola totali" tfisser l-erja agrikola ddikjarata fl-2015 f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 mill-bdiewa soġġetta għall-obbligi taħt dan il-Kapitolu.
Il-proporzjon ta' referenza ta' bwar permanenti għandu jiġi kkalkolat mill-ġdid f'każijiet fejn bdiewa soġġetti għall-obbligi skont dan il-Kapitolu għandhom obbligu li jikkonvertu mill-ġdid erja f'bur permanenti fl-2015 jew fl-2016 f'konformità mal-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. F'dawn il-każijiet dawn l-erjas għandhom ikunu miżjuda mal-erjas ta' bwar permanenti msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
Il-proporzjon ta' referenza ta' bwar permanenti għandu jiġi stabbilit kull sena abbażi tal-erjas iddikjarati mill-bdiewa soġġetti għall-obbligi skont dan il-Kapitolu għal dik is-sena f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
L-obbligu taħt dan il-paragrafu għandu japplika fil-livell nazzjonali, reġjonali jew subreġjonali adatt. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw obbligu li bur permanenti jinżamm fil-livell tal-impriża sabiex jiġi żgurat li l-proporzjoni ta' bwar permanenti ma jonqosx b'aktar minn 5 %. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din sal-1 ta' Awwissu 2014.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-proporzjon ta' referenza u l-proporzjon imsemmi f'dan il-paragrafu lill-Kummissjoni.
Madankollu, fejn l-ammont ta' erjas ta' bwar permanenti f'termini assoluti stabbilit f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jinżamm f'ċerti limiti, l-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jiġi kkunsidrat bħala li ġie sodisfatt.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 70:
li jistabbilixxu l-qafas għall-indikazzjonijiet ta' aktar żoni sensittivi msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
li jistabbilixxu metodi dettaljati għad-determinazzjoni tal-proporzjon ta' bwar permanenti u tal-erja agrikola totali li għandha tinżamm skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;
li jiddefinixxu l-perijodu li fil-passat issemma fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 46
Erja b'fokus ekoloġiku
Il-perċentwali msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiżdied minn 5 % sa 7 % soġġett għal att leġislattiv tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 43(2) tat-TFUE.
Sal-31 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu akkumpanjat, fejn adatt, minn proposta għal att leġislattiv kif imsemmi fit-tieni subparagrafu.
Sal-1 ta' Awwissu 2014, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu li waħda jew aktar minn dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala erja b'fokus ekoloġiku:
art li titħalla tistrieħ kompletament;
terrazzi;
karatteristiċi tal-pajsaġġ, inkluż tali karatteristiċi li jmissu mar-raba' li tinħarat tal-impriża li permezz ta' deroga mill-Artikolu 43(1) ta' dan ir-Regolament, jistgħu jinkludu karatteristiċi tal-pajsaġġ li mhumiex inklużi fl-erja eliġibbli f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;
strixex ta' lqugħ, inkluż strixex ta' lqugħ koperti minn bwar permanenti, bil-kondizzjoni li dawn huma distinti mill-erja agrikola eliġibbli li tmiss magħhom;
ettari ta' agro-forestrija li jirċievu, jew li rċevew appoġġ skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u/jew l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
strixex ta' ettari eliġibbli tul trufijiet tal-foresti;
erjas b'imsajġar b'rotazzjoni qasira bl-ebda użu ta' fertilizzanti minerali u/jew prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti;
erjas afforestati msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 32(2) ta' dan ir-Regolament;
erjas bi prodotti ta' raba' li jikbru malajr, jew kopertura ekoloġika stabbilita bl-ippjantar u l-ġerminazzjoni ta' żrieragħ, soġġetti għall-applikazzjoni ta' fatturi ta' ppeżar imsemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;
erjas bi pjanti li jiffissaw in-nitroġenu;
żoni bil-Miscanthus;
żoni bis-Silphium perfoliatum;
art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel (l-ispeċijiet li jipproduċu ħafna għabra tad-dakra u nektar).
Għajr iż-żoni tal-impriża msemmijin fil-punti (g), (h), (k) u (l) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, iż-żona b' fokus ekoloġiku għandha tkun tinsab fuq ir-raba' tal-impriża. Fil-każ ta' żoni msemmijin fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, iż-żona b'fokus ekoloġiku tista' wkoll tkun tmiss mar-raba' tal-impriża li l-bidwi ddikjara f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal impriżi:
fejn aktar minn 75 % tar-raba' tintuża għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, tkun art li titħalla tistrieħ, tiġi użata għall-kultivazzjoni ta' wċuħ tar-raba' legumi, jew tkun soġġetta għal taħlita ta' dawk l-użijiet;
fejn aktar minn 75 % taż-żona agrikola eliġibbli tkun bur permanenti, tintuża għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor jew għall-kultivazzjoni ta' wċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu ta' kultivazzjoni, jew tkun soġġetta għal taħlita ta' dawk l-użijiet.
Kull bidwi li jipparteċipa f'implimentazzjoni kollettiva għandu jiżgura li mill-inqas 50 % tal-erja soġġetta għall-obbligu fil-paragrafu 1 tinsab fl-art tal-impriża tiegħu u hija f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2. In-numru ta' bdiewa li jipparteċipaw f'tali implimentazzjoni kollettiva m'għandux jaqbeż l-għaxra.
L-erja koperta minn foresta u l-proporzjon ta' art forestali għal art agrikola għandhom jiġu vvalutati fuq livell ta' erja ekwivalenti għal-livell LAU2 jew fil-livell ta' unità oħra delineata b'mod ċar li tkopri erja agrikola kontigwa ċara u unika li għandha kondizzjonijiet agrikoli simili.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 70:
li jistipulaw aktar kriterji għat-tipi ta' erjas imsemmijin fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu biex jikkwalifikaw bħala erja b'fokus ekoloġiku;
li jżidu tipi oħrajn ta' erjas differenti minn dawk imsemmijin fil-paragrafu 2 li jistgħu jiġu kkunsidrati sabiex jiġi rrispettat l-perċentwal imsemmi f'dak il-paragrafu;
li l-Anness X jiġi adattat sabiex jiġu stabbiliti l-fatturi ta' konverżjoni u ppeżar imsemmijin fil-paragrafu 3 u sabiex jittieħed kont tal-kriterji u/jew tat-tipi ta' erjas li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu;
li jistabbilixxu regoli għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6, inklużi r-rekwiżiti minimi dwar tali implimentazzjoni;
li jwaqqfu qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji li għandhom jintlaħqu mill-impriżi sabiex ikunu kkunsidrati qrib sewwa ta' xulxin għall-finijiet tal-paragrafu 6;
li jwaqqfu l-metodi għad-determinazzjoni tal-perċentwali ta' erja totali tal-art koperta minn foresta u l-proporzjon ta' art forestali għal art agrikola fil-paragrafu 7.
Artikolu 47
Dispożizzjonijiet finanzjarji
L-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 23, jistgħu jiddeċiedu li japplikaw il-pagament f’livell reġjonali. F'każijiet bħal dawn, huma għandhom jużaw f'kull reġjun sehem mil-limitu massimu skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Għal kull reġjun, dan is-sehem għandu jiġi kkalkulat billi l-limitu massimu reġjonali rispettiv kif stabbilit skont l-Artikolu 23(2) ikun diviż bil-limitu massimu nazzjonali stabbilit f'konformità mal-Artikolu 22(1), wara li jiġi applikat it-tnaqqis lineari previst fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 30 fejn il-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu mhuwiex applikat.
KAPITOLU 4
Pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali
Artikolu 48
Regoli ġenerali
L-Istati Membri jistgħu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, jistabbilixxu wkoll numru massimu ta' ettari għal kull impriża li għaliha jista' jingħata appoġġ skont dan il-Kapitolu.
L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 49(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.
Il-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali f'livell reġjonali għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu reġjonali skont it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu jiġi diviż bin-numru ta' ettari eliġibbli ddikjarati fir-reġjun rispettiv f'konformità mal-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2) li jinsabu fl-erjas li Stat Membru jkun iddeċieda li jagħtihom pagament f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 49
Dispożizzjonijiet finanzjarji
Sal-1 ta' Awwissu 2016, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjoni tagħhom u jemendawha b'effett mill-1 ta' Jannar 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni bħal din sal-1 ta' Awwissu 2016.
L-Istati Membri li jagħtu pagamenti f’konformità mal-Artikolu 48 fis-sena kalendarja 2020 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu sad-19 ta’ Frar 2021 għas-sena kalendarja 2021 u sal-1 ta’ Awwissu 2021 għas-sena kalendarja 2022.
KAPITOLU 5
Pagament lill-bdiewa żgħażagħ
Artikolu 50
Regoli ġenerali
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, 'bdiewa żgħażagħ' tfisser persuni fiżiċi:
li qed jistabbilixxu għall-ewwel darba impriża agrikola bħala kap tal-impriża, jew li diġà stabbilixxew tali impriża fil-ħames snin preċedenti għall-ewwel preżentazzjoni ta' applikazzjoni taħt l-iskema ta’ pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u
li m'għandhomx aktar minn 40 sena fis-sena ta' preżentazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-punt (a).
Permezz ta' deroga mit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, għal dawk il-bdiewa żgħażagħ li stabbilixxew f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 2 matul il-perijodu 2010-2013, il-perijodu ta' ħames snin għandu jitnaqqas bin-numru ta' snin li jkunu għaddew bejn l-istabbiliment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 u l-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ.
Kull sena, l-Istati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 36 għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ billi jimmultiplikaw in-numru ta' drittijiet attivati mill-bidwi f'konformità mal-Artikolu 32(1) b'ċifra li tikkorrispondi għal:
bejn 25 % u 50 % tal-valur medju tad-drittijiet għal pagament bi sjieda jew b'kirja li għandu l-bidwi; jew
bejn 25 % u 50 % ta' ammont ikkalkulat billi perċentwal fiss tal-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2019, stabbilit fl-Anness II, jiġi diviż bin-numru tal-ettari eliġibbli kollha ddikjarati fl-2015 f'konformità mal-Artikolu 33(1). Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ugwali għas-sehem tal-limitu massimu nazzjonali li għad fadal għall-iskema ta' pagament bażiku f'konformità mal-Artikolu 22(1) għall-2015.
Il-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru għandu jiġi kkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2019, stabbilit fl-Anness II, jiġi diviż bin-numru ta' ettari eliġibbli ddikjarati fl-2015 f'konformità mal-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2).
In-numru fiss ta' ettari msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi kkalkulat billi n-numru totali ta' ettari eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 33(1) jew, l-Artikolu 36(2) mill-bdiew żgħażagħ li japplikaw għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fl-2015, jiġi diviż bin-numru totali ta' bdiewa żgħażagħ li japplikaw għal dak il-pagament fl-2015.
Stat Membri jista' jikkalkula mill-ġdid in-numru fiss ta' ettari f'kull sena wara l-2015 f'każ ta' bidliet sinifikanti fin-numru ta' bdiewa żgħażagħ li japplikaw għall-pagament jew fid-daqs tal-impriżi tal-bdiewa żgħażagħ, jew it-tnejn.
L-ammont f'daqqa annwali li bidwi jista' jingħata ma għandux jaqbeż l-ammont totali tal-pagament bażiku tiegħu qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fis-sena partikolari.
Artikolu 51
Dispożizzjonijiet finanzjarji
Sal-1 ta’ Awwissu ta’ kull sena, l-Istati Membri jistgħu jirrevedu l-istima tal-perċentwal tagħhom b’effett mis-sena sussegwenti. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-perċentwal rivedut sal-1 ta' Awwissu tas-sena preċedenti l-applikazzjoni tiegħu.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
TITOLU IV
GĦAJNUNA AKKOPPJATA
KAPITOLU 1
Appoġġ akkoppjat volontarju
Artikolu 52
Regoli ġenerali
B’deroga mill-paragrafu 3, l-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata wkoll lill-bdiewa li:
fil-31 ta’ Diċembru 2014, ikollhom drittijiet għall-pagament mogħtija skont is-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III u l-Artikolu 71m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u skont l-Artikolu 60 u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009; u
ma għandhomx ettari eliġibbli biex ikunu attivati d-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta' pagament bażiku kif imsemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament.
▼M9 —————
Biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni u biex jiġi evitat finanzjament doppju taħt strumenti ta' appoġġ simili, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jistipulaw:
il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' appoġġ akkoppjat;
regoli dwar konsistenza ma' miżuri oħra tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ.
Artikolu 53
Dispożizzjonijiet finanzjarji
L-Istati Membri li ma jkunux taw skema ta’ għajnuna akkoppjata volontarja sas-sena ta’ talba 2020 jistgħu jieħdu deċiżjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu għas-sena kalendarja 2021 sad-19 ta’ Frar 2021.
B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw sa 13 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stipulat fl-Anness II, bil-kondizzjoni li:
sal-31 ta' Diċembru 2014:
ikunu japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja kif stipulat fit-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,
ikunu jiffinanzjaw miżuri skont l-Artikolu 111 ta' dak ir-Regolament, jew
ikunu jkopru mid-deroga prevista fl-Artikolu 69(5), jew fil-każ ta' Malta, fl-Artikolu 69(1) ta' dak ir-Regolament; u/jew
ikunu jallokaw, matul tal-inqas sena waħda matul il-perijodu 2010-2014, aktar minn 5 % tal-ammont disponibbli tagħhom għall-għoti ta' pagamenti diretti previsti fit-Titolu III, fit-Titolu IV, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tiegħu, u t-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-finanzjament:
tal-miżuri stipulati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,
tal-appoġġ previst fis-subpunti (i) sa (iv) tal-punt (a) u fil-punti (b) u (e) tal-Artikolu 68(1) ta' dak ir-Regolament, jew
tal-miżuri skont il-Kapitolu 1, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6, tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament.
B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri li jallokaw b'totali, matul tal-inqas sena waħda matul il-perijodu 2010- 2014, aktar minn 10 % tal-ammont disponibbli tagħhom għall-għoti ta' pagamenti diretti previsti fit-Titolu III, fit-Titolu IV, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tiegħu, u t-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-finanzjament:
tal-miżuri stipulati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament Nru 73/2009;
tal-appoġġ previst fis-subpunti (i) sa (iv) tal-punt (a) u fil-punti (b) u (e) tal-Artikolu 68(1) ta' dak ir-Regolament; jew
tal-miżuri skont il-Kapitolu 1, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6, tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament
jistgħu jiddeċiedu li jużaw aktar minn 13 % tal-limitu massimu annwali stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 55 ta' dan ir-Regolament.
Sat-8 ta’ Frar 2020, l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw ukoll id-deċiżjoni tagħhom skont dan il-Kapitolu safejn hu meħtieġ biex jaġġustaw mad-deċiżjoni dwar il-flessibbiltà bejn il-pilastri għas-sena kalendarja 2020 meħuda f’konformità mal-Artikolu 14.
L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu sad-19 ta’ Frar 2021 għas-sena kalendarja 2021, u sal-1 ta’ Awwissu 2021 għas-sena kalendarja 2022, jekk ikomplux jew jieqfux milli jagħtu għajnuna akkoppjata volontarja għas-sena ta’ talba rispettiva.
Permezz ta’ rieżami skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, jew ta’ notifika skont it-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu b’effett mis-sena ta’ wara u għas-snin kalendarji 2020 u 2021 b’effett mill-istess sena kalendarja:
li ma jibdlux, iżidu jew inaqqsu il-perċentwal stabbilit skont il-paragrafi 1, 2 u 3, fil-limiti stipulati fih fejn applikabbli, jew li ma jibdlux jew inaqqsu il-perċentwal stabbilit skont il-paragrafu 4;
li jimmodifikaw il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ;
li jieqfu milli jagħtu l-appoġġ taħt dan il-Kapitolu.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni relatata mal-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu sad-dati rispettivi msemmija f’dawk is-subparagrafi. In-notifika tad-deċiżjoni relatata ma’ rieżami skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tispjega ir-rabta bejn ir-riezami u d-deċiżjoni dwar il-flessibbiltà bejn il-pilastri għas-sena kalendarja 2020 meħuda f’konformità mal-Artikolu 14.
Artikolu 54
Notifika
Artikolu 55
Approvazzjoni mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 71(2) jew (3), tapprova d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 53(4), jew, fejn huwa xieraq, fil-punt (a) tal-Artikolu 53(6), meta tintwera waħda mill-ħtiġijiet li ġejjin fis-settur jew fir-reġjun ikkonċernat:
il-ħtieġa li jinżamm ċertu livell ta' produzzjoni speċifika minħabba n-nuqqas ta' alternattivi u biex jitnaqqas ir-riskju li l-produzzjoni tkun abbandunata bil-problemi soċjali u/jew ambjentali li jirriżultaw;
il-ħtieġa li tkun ipprovduta provvista stabbli lill-industrija lokali tal-ipproċessar, b'hekk tkun evitata l-konsegwenza soċjali u ekonomika negattiva ta' kull ristrutturar li jiġi wara;
il-ħtieġa li jkun hemm kumpens għall-iżvantaġġi li jolqtu lill-bdiewa f'settur partikolari li jkunu l-konsegwenza ta' taqlib kontinwu fis-suq relatat;
il-ħtieġa tal-intervent fejn l-eżistenza ta' kull appoġġ ieħor disponibbli skont dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew skont kull skema approvata ta' għajnuna mill-Istat titqies li hija insuffiċjenti biex tilqa' għall-ħtiġijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.
KAPITOLU 2
Pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton
Artikolu 56
Kamp ta' applikazzjoni
L-għajnuna għandha tingħata lill-bdiewa li jipproduċu l-qoton li jaqa' taħt il-kodiċi NM 5201 00 skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu ("pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton").
Artikolu 57
Eliġibbiltà
Il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton għandu jitħallas għal qoton ta' kwalità tajba, ġusta u kummerċjali.
Artikolu 58
Erjas bażi, rendimenti fissi u ammonti ta' referenza
Huma stabbiliti l-erjas bażi nazzjonali li ġejjin:
Huma stabbiliti r-rendimenti fissi li ġejjin fil-perijodu ta' referenza:
L-ammont tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli għandu jkun ikkalkulat għall-2020 billi r-rendimenti stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu mmultiplikati bl-ammonti ta’ referenza li ġejjin:
L-ammont tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli għandu jkun ikkalkulat għall-2021 u l-2022 billi r-rendimenti stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu mmultiplikati bl-ammonti ta’ referenza li ġejjin:
Artikolu 59
Organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati
Għall-fini ta' dan il-Kapitolu, "organizzazzjoni interprofessjonali approvata" tfisser entità legali magħmula minn bdiewa li jipproduċu l-qoton u li jkollhom tal-anqas magna waħda li tissepara l-qoton minn maż-żerriegħa (‘ginner’), li jwettqu attivitajiet bħal:
jgħinu biex ikun ikkoordinat aħjar il-mod kif il-qoton jitqiegħed fis-suq, partikolarment permezz ta' studji ta' riċerka u stħarriġ tas-suq;
it-tfassil ta' forom standard ta' kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;
jorjentaw il-produzzjoni lejn prodotti li jkunu aktar adatti għall-ħtiġijiet tas-suq u għad-domanda tal-konsumatur, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u l-protezzjoni tal-konsumatur;
jaġġornaw metodi u mezzi biex titjieb il-kwalità tal-prodott;
jiżviluppaw strateġiji ta' kummerċjalizzazzjoni għall-promozzjoni tal-qoton permezz ta' skemi ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità.
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effiċjenti tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jistipulaw:
kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali;
obbligi għall-produtturi;
regoli li jirregolaw is-sitwazzjoni fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma tissodisfax il-kriterji msemmija fil-punt (a).
Artikolu 60
Għoti tal-pagament
TITOLU V
SKEMA GĦALL-BDIEWA ŻGĦAR
Artikolu 61
Regoli ġenerali
Il-bdiewa li, fl-2015, għandhom drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja jew, fi Stati Membri li japplikaw l-Artikolu 36, li jitolbu għal skema ta' pagament uniku skont l-erja, u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi previsti fl-Artikolu 10(1) jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw fl-iskema għal bdiewa żgħar.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn Stat Membru jagħżel il-metodu ta' pagament stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2). F'dak il-każ, il-pagament għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet rispettiivi stabbiliti fit-Titoli III u IV, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 62
Parteċipazzjoni
Il-bdiewa li ma jkunux applikaw biex jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar sad-data ffissata mill-Istat Membru, li jiddeċiedu li jirtiraw minnha wara dik id-data jew li ntgħażlu għall-appoġġ skont il-punt (c) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, m'għandhomx jibqgħu intitolati li jipparteċipaw f'dik l-iskema.
Artikolu 63
Ammont tal-pagament
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-pagament annwali għal kull bidwi li jipparteċipa fl-iskema għall-bdiewa żgħar f’wieħed mil-livelli li ġejjin:
ammont li ma jkunx aktar minn 25 % tal-pagament medju nazzjonali għal kull benefiċjarju, li għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u tan-numru ta’ bdiewa li jkunu iddikjaraw l-ettari eliġibbli skont l-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2) fl-2015;
ammont li jkun jikkorrispondi għall-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru mmultiplikat b’ċifra li tikkorrispondi għal numru ta’ ettari li ma jaqbiżx ħamsa, li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri. Il-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u tan-numru ta’ ettari eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(2) fl-2015.
L-ammonti msemmija fil-paragrafi (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu inqas minn EUR 500 u m'għandhomx ikunu ogħla minn EUR 1 250 .
Fejn l-applikazzjoni tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tirriżulta f’ammont anqas minn EUR 500 jew ogħla minn EUR 1 250 , l-ammont għandu jiżdied jew jitnaqqas għall-eqreb numru sħiħ, rispettivament, għal dak l-ammont minimu jew massimu.
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, lStat Membru jista' jiddeċiedi li jagħti lill-bdiewa parteċipanti:
ammont ugwali għall-valur totali tal-pagamenti diretti li għandhom jiġu allokati ◄ lill-bidwi kull sena taħt it-Titoli III u IV; jew
ammont ugwali għall-valur totali tal-pagamenti diretti li għandhom jiġu allokati ◄ lill-bidwi fl-2014 taħt it-Titoli III u IV, li l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw fi snin sussegwenti biex jittieħed kont b'mod proporzjonali tal-bidliet fil-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II.
L-ammont imsemmi fil-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu m'għandux ikun ogħla minn ammont iffissat minn dak l-Istat Membru li għandu jkun bejn EUR 500 u EUR 1 250 .
Fejn l-applikazzjoni tal-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu tirriżulta f'ammont aktar baxx minn EUR 500, ll-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li jżid dan l-ammont għal EUR 500.
Artikolu 64
Kondizzjonijiet Speċjali
Matul il-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa żgħar, il-bdiewa għandhom:
iżommu tal-inqas numru ta' ettari eliġibbli li jkunu jikkorrispondu man-numru ta' drittijiet għal pagament bi sjieda jew b'kirja miżmumin, jew man-numru ta' ettari eliġibbli ddikjarati fl-2015 skont l-Artikolu 36(2);
jissodisfaw ir-rekwiżit minimu previst fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1).
Id-drittijiet għall-pagament bi sjieda jew b'kirja miżmumin mill-bidwi matul il-parteċipazzjoni f'dik l-iskema ma għandhomx jitqiesu bħala drittijiet għall-pagament mhux użati li għandhom jintraddu lura fir-riżerva nazzjonali jew fir-riżervi reġjonali skont il-punt (b) tal-Artikolu 31(1).
Fl-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 36, l-ettari eliġibbli ddikjarati fl-2015 skont l-Artikolu 36(2) minn bidwi li jipparteċipa fl-iskema ta' bdiewa żgħar għandhom jiġu kkunsidrati li huma ddikjarati għad-durata tal-parteċipazzjoni tal-bidwi f'dik l-iskema.
Bdiewa li b’wirt jew b’wirt antiċipat jirċievu drittijiet għall-pagament mingħand bidwi li jipparteċipa fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandu jkun eliġibbli li jipparteċipaw f’dik l-iskema dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti biex jibbenefikaw mill-iskema ta’ pagament bażiku u jekk jirtu d-drittijiet għall-pagament kollha li kienu miżmuma mill-bidwi li jirċievu d-drittijiet għall-pagamenti mingħandu.
Artikolu 65
Dispożizzjonijiet finanzjarji
Sabiex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi f'dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu mill-ammonti totali disponibbli għall-pagamenti rispettivi, l-ammonti li jkunu intitolati għalihom il-bdiewa żgħar:
skont l-iskema ta' pagament bażiku jew l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III;
bħala pagament ridistributtiv imsemmi fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III;
bħala pagament għall-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III;
bħala pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali msemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III;
bħala pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III; u
bħala appoġġ akkoppjat imsemmi fit-Titolu IV.
Fil-każ ta' Stati Membri li għażlu li jikkalkulaw l-ammont tal-pagament skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2), fejn it-total ta' dawk l-ammonti għal bidwi individwali jaqbeż l-ammont massimu li huma ffissaw, kull ammont għandu jitnaqqas b'mod proporzjonali.
Id-differenza bejn it-totali tal-pagamenti kollha dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar u l-ammont totali ffinanzjat f'konformità mal- paragrafu 1 għandha tiġi ffinanzjata b'wieħed jew aktar minn dawn il-modi:
bl-applikazzjoni tal-Artikolu 30(7) fis-sena rilevanti;
bl-użu ta' fondi għall-finanzjament tal-pagament għal bdiewa żgħar stipulat fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III li jibqgħu ma jintużawx fis-sena rilevanti;
bl-applikazzjoni ta' tnaqqis lineari għall-pagamenti kollha li jingħataw f'konformità mal-Artikolu 32 jew 36.
L-istess eċċezzjoni tapplika għall-Istati Membri li stabbilew l-ammont tal-pagament f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2) mingħajr l-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 63(2), li l-limitu massimu nazzjonali tiegħu stipulat fl-Anness II għas-sena 2019 huwa ogħla minn dak għas-sena 2015 u li japplikaw il-metodu ta' kalkolu stipulat fl-Artikolu 25(1) jew,fl-Artikolu 36(2).
TITOLU VI
PROGRAMMI NAZZJONALI TA' RISTRUTTURAZZJONI GĦAS-SETTUR TAL-QOTON
Artikolu 66
Użu tal-baġit annwali għall-programmi ta' ristrutturar
TITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
KAPITOLU 1
Notifiki u emerġenza
Artikolu 67
Rekwiżiti ta’ notifika
Fejn adatt, l-informazzjoni miksuba tista' tkun trasmessa jew issir disponibbli għal organizzazzjonijiet internazzjonali u għall-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, u tista' ssir pubblika, suġġetta għall-protezzjoni ta' data personali u tal-interess leġittimu ta' impriżi għall-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
Sabiex in-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 isiru malajr, b'mod effiċjenti, preċiż u kosteffettiv, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 li jistabbilixxu aktar regoli dwar:
in-natura u t-tip tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata; (b)
il-kategoriji ta' data li għandha tiġi pproċessata u l-perijodi massimi ta' żamma;
drittijiet tal-aċċess għall-informazzjoni jew għal sistemi ta' informazzjoni magħmulin disponibbli;
il-kondizzjonijiet tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw:
il-metodi ta' notifika;
regoli dwar il-forniment tal-informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu;
għal kull pagament dirett nazzjonali komplementari, l-għadd ta' benefiċjarji, l- arranġamenti għall-immaniġġjar tal-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata, kif ukoll regoli dwar kontenut, forma, waqt, frekwenza u skadenzi tan-notifiki;
arranġamenti għat-trasmissjoni ta' informazzjoni u dokumenti jew biex informazzjoni jew dokumenti jkunu disponibbli għall-Istati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi, jew lill-pubbliku, suġġetti għall-protezzjoni ta' data personali u tal-interess leġittimu ta' bdiewa u impriżi għall-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 71(2).
Artikolu 68
Ipproċessar u protezzjoni tad-data personali
Artikolu 69
Miżuri għas-soluzzjoni ta' problemi speċifiċi
KAPITOLU 2
Delegi ta’ setgħat u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni
Artikolu 70
L-eżerċizzju tad-delega
Artikolu 71
Proċedura tal-kumitat
Fil-każ ta' atti msemmija fl-Artikoli 24(11), l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 67(3), fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
KAPITOLU 3
Dispożizzjonijiet transizzjonali u finali
Artikolu 72
Tħassir
Madankollu, huwa għandu jkompli japplika sal-31 ta' Diċembru 2017 fir-rigward tal-Istati Membri li eżerċitaw l-għażla stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament.
Madankollu, dan għandu jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin ta’ talba li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2015.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XI ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 73
Regoli transitorji
Biex tkun żgurata transizzjoni mingħajr diffikultajiet mill-arranġamenti pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 70 dwar il-miżuri meħtieġa biex ikun protett kwalunkwe dritt miksub u l-aspettattivi leġittimi tal-bdiewa.
Artikolu 74
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Madankollu, l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(6), l-Artikolu 11(6), l-Artikolu 14, l-Artikolu 16, l-Artikolu 21(2) u (3), l-Artikolu 22(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1), l-Artikolu 23(6), l-Artikolu 24(10), l-Artikolu 29, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 36(1), l-Artikolu 41(1), l-Artikolu 42(1), l-Artikolu 43(8) u (13), il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 45(2), l-Artikolu 46(2) u (8), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 51(1), l-Artikolu 53, l-Artikolu 54, l-Artikolu 66(1), l-Artikoli 67 u 70 u l-Artikolu 72(1) għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista ta' skemi ta' appoġġ
Is-settur |
Bażi legali |
Kummenti |
Skema ta’ pagamenti bażiċi |
Titolu III, Kapitolu 1, Taqsimiet 1, 2, 3 u 5 ta' dan ir-Regolament |
Pagament diżakkoppjat |
Skema ta' pagament uniku skont l-erja |
Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament |
Pagament diżakkoppjat |
Pagament ridistributtiv |
It-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta' dan ir-Regolament |
Pagament diżakkoppjat |
Pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent |
It-Titolu III, il-Kapitolu 3 ta' dan ir-Regolament |
Pagament diżakkoppjat |
Pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali |
It-Titolu III, il-Kapitolu 4 ta' dan ir-Regolament |
Pagament diżakkoppjat |
Pagament lill-bdiewa żgħażagħ |
It-Titolu III, il-Kapitolu 5 ta' dan ir-Regolament |
Pagament diżakkoppjat |
Appoġġ akkoppjat volontarju |
Titolu IV, Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
|
Pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' għall-qoton |
Titolu IV, Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
Pagament għall-erja |
Skema għall-bdiewa żgħar |
It-Titolu V ta' dan ir-Regolament |
Pagament diżakkoppjat |
Posei |
Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 |
Pagamenti diretti skont miżuri stabbiliti fil-programmi |
Gżejjer tal-Eġew |
Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/ 2013 |
Pagamenti diretti skont miżuri stabbiliti fil-programmi |
ANNESS II
Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6
(f'eluf ta' EUR) |
||||||||
Sena kalendarja |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
►M16 2021 |
2022 ◄ |
Il-Belġju |
523 658 |
509 773 |
502 095 |
488 964 |
481 857 |
►M15 505 266 ◄ |
►M16 494 926 |
494 926 ◄ |
Il-Bulgarija |
721 251 |
792 449 |
793 226 |
794 759 |
796 292 |
►M15 866 720 ◄ |
►M16 788 626 |
797 255 ◄ |
Ir-Repubblika Ċeka |
844 854 |
844 041 |
843 200 |
861 708 |
861 698 |
►M14 872 809 ◄ |
►M16 854 947 |
854 947 ◄ |
Id-Danimarka |
870 751 |
852 682 |
834 791 |
826 774 |
818 757 |
►M14 818 757 ◄ |
►M16 862 367 |
862 367 ◄ |
Il-Ġermanja |
4 912 772 |
4 880 476 |
4 848 079 |
4 820 322 |
4 792 567 |
►M14 4 717 291 ◄ |
►M16 4 915 695 |
4 915 695 ◄ |
L-Estonja |
114 378 |
114 562 |
123 704 |
133 935 |
143 966 |
►M14 169 366 ◄ |
►M16 190 715 |
193 576 ◄ |
L-Irlanda |
1 215 003 |
1 213 470 |
1 211 899 |
1 211 482 |
1 211 066 |
►M14 1 211 066 ◄ |
►M16 1 186 282 |
1 186 282 ◄ |
Il-Greċja |
1 921 966 |
1 899 160 |
1 876 329 |
1 855 473 |
1 834 618 |
►M14 1 834 618 ◄ |
►M16 1 891 660 |
1 890 730 ◄ |
Spanja |
4 842 658 |
4 851 682 |
4 866 665 |
4 880 049 |
4 893 433 |
►M14 4 893 433 ◄ |
►M16 4 800 590 |
4 797 439 ◄ |
Franza |
7 302 140 |
7 270 670 |
7 239 017 |
6 900 842 |
6 877 179 |
►M14 6 877 179 ◄ |
►M16 7 285 001 |
7 274 171 ◄ |
Il-Kroazja (*1) |
183 735 |
202 865 |
241 125 |
279 385 |
317 645 |
►M15 348 281 ◄ |
►M16 344 340 |
374 770 ◄ |
L-Italja |
3 902 039 |
3 850 805 |
3 799 540 |
3 751 937 |
3 704 337 |
►M14 3 704 337 ◄ |
►M16 3 628 529 |
3 628 529 ◄ |
Ċipru |
50 784 |
50 225 |
49 666 |
49 155 |
48 643 |
►M14 48 643 ◄ |
►M16 47 648 |
47 648 ◄ |
Il-Latvja |
181 044 |
205 764 |
230 431 |
255 292 |
280 154 |
►M14 302 754 ◄ |
►M16 339 055 |
344 140 ◄ |
Il-Litwanja |
417 890 |
442 510 |
467 070 |
475 319 |
483 680 |
►M14 517 028 ◄ |
►M16 569 965 |
578 515 ◄ |
Il-Lussemburgu |
33 604 |
33 546 |
33 487 |
33 460 |
33 432 |
►M15 35 276 ◄ |
►M16 32 748 |
32 748 ◄ |
L-Ungerija |
1 345 746 |
1 344 461 |
1 343 134 |
1 343 010 |
1 342 867 |
►M14 1 331 588 ◄ |
►M16 1 243 185 |
1 243 185 ◄ |
Malta |
5 241 |
5 241 |
5 242 |
5 243 |
5 244 |
►M14 5 244 ◄ |
►M16 4 594 |
4 594 ◄ |
In-Netherlands |
749 315 |
736 840 |
724 362 |
682 616 |
670 870 |
►M14 660 870 ◄ |
►M16 717 382 |
717 382 ◄ |
L-Awstrija |
693 065 |
692 421 |
691 754 |
691 746 |
691 738 |
►M14 691 738 ◄ |
►M16 677 582 |
677 582 ◄ |
Il-Polonja |
3 378 604 |
3 395 300 |
3 411 854 |
3 431 236 |
3 450 512 |
►M14 3 390 991 ◄ |
►M16 3 030 049 |
3 061 233 ◄ |
Il-Portugall |
565 816 |
573 954 |
582 057 |
590 706 |
599 355 |
►M15 684 355 ◄ |
►M16 595 873 |
600 528 ◄ |
Ir-Rumanija |
1 599 993 |
1 772 469 |
1 801 335 |
1 872 821 |
1 903 195 |
►M14 1 903 195 ◄ |
►M16 1 891 805 |
1 919 363 ◄ |
Is-Slovenja |
137 987 |
136 997 |
136 003 |
135 141 |
134 278 |
►M14 134 278 ◄ |
►M16 131 530 |
131 530 ◄ |
Is-Slovakkja |
438 299 |
441 478 |
444 636 |
448 155 |
451 659 |
►M14 394 385 ◄ |
►M16 391 174 |
396 034 ◄ |
Il-Finlandja |
523 333 |
523 422 |
523 493 |
524 062 |
524 631 |
►M14 524 631 ◄ |
►M16 515 713 |
517 532 ◄ |
L-Iżvezja |
696 890 |
697 295 |
697 678 |
698 723 |
699 768 |
►M14 699 768 ◄ |
►M16 685 676 |
685 904 ◄ |
Ir-Renju Unit |
3 173 324 |
3 179 880 |
3 186 319 |
3 195 781 |
3 205 243 |
►M14 — ◄ |
|
|
(*1)
Għall-Kroazja, il-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun ta' EUR 344 340 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 382 600 000 . |
ANNESS III
Limiti massimi netti msemmija fl-Artikolu 7
(f'miljuni ta' EUR) |
||||||||
Sena kalendarja |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
►M16 2021 |
2022 ◄ |
Il-Belġju |
523,7 |
509,8 |
502,1 |
489,0 |
481,9 |
►M15 505,3 ◄ |
►M16 494,9 |
494,9 ◄ |
Il-Bulgarija |
720,9 |
788,8 |
789,6 |
791,0 |
792,5 |
►M15 867,1 ◄ |
►M16 791,2 |
799,8 ◄ |
Ir-Repubblika Ċeka |
840,1 |
839,3 |
838,5 |
856,7 |
856,7 |
►M14 871,8 ◄ |
►M16 854,9 |
854,9 ◄ |
Id-Danimarka |
870,2 |
852,2 |
834,3 |
826,3 |
818,3 |
►M14 818,1 ◄ |
►M16 862,4 |
862,4 ◄ |
Il-Ġermanja |
4 912,8 |
4 880,5 |
4 848,1 |
4 820,3 |
4 792,6 |
►M14 4 717,3 ◄ |
►M16 4 915,7 |
4 915,7 ◄ |
L-Estonja |
114,4 |
114,5 |
123,7 |
133,9 |
143,9 |
►M14 169,4 ◄ |
►M16 190,7 |
193,6 ◄ |
L-Irlanda |
1 214,8 |
1 213,3 |
1 211,8 |
1 211,4 |
1 211,0 |
►M14 1 211,1 ◄ |
►M16 1 186,3 |
1 186,3 ◄ |
Il-Greċja |
2 109,8 |
2 087,0 |
2 064,1 |
2 043,3 |
2 022,4 |
►M14 2 022,5 ◄ |
►M16 2 075,7 |
2 074,7 ◄ |
Spanja |
4 902,3 |
4 911,3 |
4 926,3 |
4 939,7 |
4 953,1 |
►M14 4 953,8 ◄ |
►M16 4 860,3 |
4 857,1 ◄ |
Franza |
7 302,1 |
7 270,7 |
7 239,0 |
6 900,8 |
6 877,2 |
►M14 6 877,2 ◄ |
►M16 7 285,0 |
7 274,2 ◄ |
Il-Kroazja (*1) |
183,7 |
202,9 |
241,1 |
279,4 |
317,6 |
►M15 348,3 ◄ |
►M16 344,3 |
374,8 ◄ |
L-Italja |
3 897,1 |
3 847,3 |
3 797,2 |
3 750,0 |
3 702,4 |
►M14 3 698,3 ◄ |
►M16 3 628,5 |
3 628,5 ◄ |
Ċipru |
50,8 |
50,2 |
49,7 |
49,1 |
48,6 |
►M14 48,6 ◄ |
►M16 47,6 |
47,6 ◄ |
Il-Latvja |
181,0 |
205,7 |
230,3 |
255,0 |
279,8 |
►M14 302,5 ◄ |
►M16 339,1 |
344,1 ◄ |
Il-Litwanja |
417,9 |
442,5 |
467,1 |
475,3 |
483,3 |
►M14 517,0 ◄ |
►M16 570,0 |
578,5 ◄ |
Il-Lussemburgu |
33,6 |
33,5 |
33,5 |
33,5 |
33,4 |
►M15 35,3 ◄ |
►M16 32,7 |
32,7 ◄ |
L-Ungerija |
1 276,7 |
1 275,5 |
1 274,1 |
1 274,0 |
1 273,9 |
►M14 1 301,4 ◄ |
►M16 1 243,2 |
1 243,2 ◄ |
Malta |
5,2 |
5,2 |
5,2 |
5,2 |
5,2 |
►M14 5,2 ◄ |
►M16 4,6 |
4,6 ◄ |
In-Netherlands |
749,2 |
736,8 |
724,3 |
682,5 |
670,8 |
►M14 660,8 ◄ |
►M16 717,4 |
717,4 ◄ |
L-Awstrija |
693,1 |
692,4 |
691,8 |
691,7 |
691,7 |
►M14 691,7 ◄ |
►M16 677,6 |
677,6 ◄ |
Il-Polonja |
3 359,2 |
3 375,7 |
3 392,0 |
3 411,2 |
3 430,2 |
►M14 3 375,7 ◄ |
►M16 3 030,0 |
3 061,2 ◄ |
Il-Portugall |
565,9 |
574,0 |
582,1 |
590,8 |
599,4 |
►M15 684,5 ◄ |
►M16 596,1 |
600,7 ◄ |
Ir-Rumanija |
1 600,0 |
1 772,5 |
1 801,3 |
1 872,8 |
1 903,2 |
►M14 1 903,2 ◄ |
►M16 1 891,8 |
1 919,4 ◄ |
Is-Slovenja |
138,0 |
137,0 |
136,0 |
135,1 |
134,3 |
►M14 134,3 ◄ |
►M16 131,5 |
131,5 ◄ |
Is-Slovakkja |
435,5 |
438,6 |
441,8 |
445,2 |
448,7 |
►M14 392,6 ◄ |
►M16 391,2 |
396,0 ◄ |
Il-Finlandja |
523,3 |
523,4 |
523,5 |
524,1 |
524,6 |
►M14 524,6 ◄ |
►M16 515,7 |
517,5 ◄ |
L-Iżvezja |
696,8 |
697,2 |
697,6 |
698,7 |
699,7 |
►M14 699,8 ◄ |
►M16 685,7 |
685,9 ◄ |
Ir-Renju Unit |
3 170,7 |
3 177,3 |
3 183,6 |
3 192,2 |
3 201,4 |
►M14 — ◄ |
|
|
(*1)
Għall-Kroazja, il-limitu massimu nett għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun ta' EUR 344 340 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 382 600 000 . |
ANNESS IV
Limiti għall-aġġustament għal-limiti massimi msemmija fl-Artikolu 10(2)
Stat Membru |
Limitu massimu f'EUR (Artikolu 10(1)(a)) |
Limitu massimu f'ettari (Artikolu 10(1)(b)) |
Belġju |
400 |
2 |
Bulgarija |
200 |
0,5 |
Repubblika Ċeka |
200 |
5 |
Danimarka |
300 |
5 |
Ġermanja |
300 |
4 |
Estonja |
100 |
3 |
Irlanda |
200 |
3 |
Greċja |
400 |
0,4 |
Spanja |
300 |
2 |
Franza |
300 |
4 |
Kroazja |
100 |
1 |
Italja |
400 |
0,5 |
Ċipru |
300 |
0,3 |
Latvja |
100 |
1 |
Litwanja |
100 |
1 |
Lussemburgu |
300 |
4 |
Ungerija |
200 |
0,3 |
Malta |
500 |
0,1 |
Pajjiżi l-Baxxi |
500 |
2 |
Awstrija |
200 |
2 |
Polonja |
200 |
0,5 |
Portugall |
200 |
0,3 |
Rumanija |
200 |
0,3 |
Slovenja |
300 |
0,3 |
Slovakkja |
200 |
2 |
Finlandja |
200 |
3 |
Svezja |
200 |
4 |
Renju Unit |
200 |
5 |
ANNESS V
Dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija msemmijin fl-Artikoli 10, 16 u 18.
A. Ammonti għall-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 10(1) u għall-kalkolu tal-limiti massimi nazzjonali għall-pagamenti msemmija fl-Artikolu 16 fl-2015:
Bulgarija |
: |
EUR 790 909 000 |
Rumanija |
: |
EUR 1 783 426 000 |
B. Ammont totali ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-iskema ta' pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 18(1) fl-2015:
Bulgarija |
: |
EUR 69 657 000 |
Rumanija |
: |
EUR 153 536 000 |
C. Ammont totali ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-pagament speċifiku għall-kultivazzjoni tal-qoton imsemmi fl-Artikolu 18(2) fl-2015:
Bulgarija |
: |
EUR 258 952 |
ANNESS VI
Dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Kroazja msemmijin fl-Artikoli 10 u 19
Ammont għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1)(a):
EUR 382 600 000
Ammonti totali tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari msemmija fl-Artikolu 19(3):
(f'eluf ta' EUR) |
||||||
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
2021 |
248 690 |
229 560 |
191 300 |
153 040 |
114 780 |
76 520 |
38 260 |
ANNESS VIa
L-ammonti massimi msemmija fl-Artikolu 14(2)
(EUR) |
|
Il-Belġju |
10 076 707 |
Il-Bulgarija |
70 427 849 |
Iċ-Ċekja |
38 815 980 |
Id-Danimarka |
11 371 893 |
Il-Ġermanja |
148 488 749 |
L-Estonja |
21 968 972 |
L-Irlanda |
39 700 643 |
Il-Greċja |
76 438 741 |
Spanja |
250 300 720 |
Franza |
181 388 880 |
Il-Kroazja |
42 201 225 |
L-Italja |
190 546 556 |
Ċipru |
2 398 093 |
Il-Latvja |
29 326 817 |
Il-Litwanja |
48 795 629 |
Il-Lussemburgu |
1 843 643 |
L-Ungerija |
62 430 371 |
Malta |
1 831 098 |
In-Netherlands |
10 972 679 |
L-Awstrija |
72 070 055 |
Il-Polonja |
329 472 633 |
Il-Portugall |
123 303 715 |
Ir-Rumanija |
241 375 835 |
Is-Slovenja |
15 337 318 |
Is-Slovakkja |
56 920 680 |
Il-Finlandja |
73 005 307 |
L-Iżvezja |
52 887 719 |
ANNESS VII
Ammonti massimi li għandhom jiżdiedu mal-ammonti stipulati fl-Anness II skont l-Artikolu 20(2)
(f'eluf ta' EUR) |
|||||||
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
2021 |
2022 |
3 360 |
3 840 |
4 800 |
5 760 |
6 720 |
7 680 |
8 640 |
9 600 |
ANNESS VIII
Daqs medju ta' azjenda agrikola msemmi fl-Artikolu 41(4)
Stat Membru |
Daqs medju ta' azjenda agrikola (f'ettari) |
Belġju |
29 |
Bulgarija |
6 |
Repubblika Ċeka |
89 |
Danimarka |
60 |
Ġermanja |
46 |
Estonja |
39 |
Irlanda |
32 |
Greċja |
5 |
Spanja |
24 |
Franza |
52 |
Kroazja |
5,9 |
Italja |
8 |
Ċipru |
4 |
Latvja |
16 |
Litwanja |
12 |
Lussemburgu |
57 |
Ungerija |
7 |
Malta |
1 |
Pajjiżi l-Baxxi |
25 |
Awstrija |
19 |
Polonja |
6 |
Portugall |
13 |
Rumanija |
3 |
Slovenja |
6 |
Slovakkja |
28 |
Finlandja |
34 |
Svezja |
43 |
Renju Unit |
54 |
ANNESS IX
Lista ta' prattiki ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 43(3)
Prattiki ekwivalenti għal diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba':
Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba'
Rekwiżit: mill-inqas tliet uċuħ tar-raba', il-wiċċ tar-raba' ewlieni ikopri massimu ta' 75 %, u japplika kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin jew aktar
Rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’
Rekwiżit: mill-inqas tliet uċuħ tar-raba', il-wiċċ tar-raba' ewlieni ikopri massimu ta' 75 %, u japplika kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin jew it-tnejn:
Għata tal-ħamrija għax-xitwa ( *1 )
Uċuħ tar-raba' li jikbru malajr (*1)
Prattiki ekwivalenti għaż-żamma ta' bwar permanenti:
Ġestjoni ta' bwar jew mergħat
Rekwiżit: żamma ta' bwar permanenti u kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin jew aktar:
Sistemi estensivi ta' mergħat
Rekwiżit: żamma ta' bwar permanenti u kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin jew aktar:
Prattiki ekwivalenti għal żona ta' fokus ekoloġiku:
Rekwiżit: applikazzjoni ta' kwalunkwe prattika li ġejja fuq mill-inqas il-perċentwal tal-art li tinħarat stabbilit skont l-Artikolu 46(1):
Irtirar ekoloġiku ta' artijiet
Ħolqien ta' "żoni ta' lqugħ" għal erjas ta' valur naturali għoli, Natura 2000 jew siti ta' ħarsien tal-bijodiversità oħra, inklużi pjanti ta' sġajriet li jagħmlu sies u mogħdijiet tal-ilma
Ġestjoni ta' biċċiet ta' art ta' lqugħ mhux ikkultivati u marġini ta' għelieqi (sistema ta' qtugħ, varjetajiet ta' ħaxix lokali jew speċifikati u/jew is-sistema ta' żrigħ, żrigħ mill-ġdid b'varjetajiet reġjonali, l-ebda użu ta' pestiċidi, l-ebda rimi ta' demel u/jew fertilizzanti minerali, l-ebda irrigazzjoni, l-ebda ssiġillar tal-ħamrija)
Fruntieri, strixex fl-għelieqi u rqajja ġestiti għal annimali selvaġġi jew fawna speċifika (fruntieri erbaċea, ħarsien ta' bejtiet, strixex ta' fjuri selvaġġi, taħlita ta' żriragħ lokali, uċuħ tar-raba' mhux maħsuda)
Ġestjoni (żbir, tirqim, dati, metodi, restawrazzjoni) ta' karatteristiċi ta' pajsaġġ (siġar, sġajriet li jagħmlu sies, veġetazzjoni ta' bosk f'xatt ta' xmara, ħitan tal-ġebel (art imtarrġa), fosos, għadajjar)
Żamma ta' bwar b'ħamrija bil-pit jew imxarrba li tinħarat (mingħajr l-użu ta' fertilizzanti jew l-użu ta' prodotti ta' ħarsien tal-pjanti)
Produzzjoni fuq art li tinħarat mingħajr l-użu ta' fertilizzant (fertilizzant minerali u demel) u/jew prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u mhux saqwi, mhux miżrugħ bl-istess wiċċ tar-raba' sentejn wara xulxin u f'post fiss (*1)
Konverżjoni ta' art li tinħarat fi bwar permanenti użata b'mod estensiv
ANNESS X
Il-fatturi tal-konverżjoni u tal-ponderazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(3)
Il-karatteristiċi |
Il-fattur tal-konverżjoni (m/siġra għal m2) |
Il-fattur tal-ponderazzjoni |
Żona b'fokus ekoloġiku (jekk jiġu applikati ż-żewġ fatturi) |
||
Art mistrieħa (għal kull 1 m2) |
Mhux applikabbli (n.a.) |
1 |
1 m2 |
||
Raba' mtarraġ (għal kull 1 m) |
2 |
1 |
2 m2 |
||
Il-karatteristiċi tal-pajsaġġ: |
|
|
|
||
|
Sisien tal-ħaxix/meded ta' art imsaġġra/siġar f'linja dritta (għal kull 1 m) |
5 |
2 |
10 m2 |
|
|
Siġar iżolati (għal kull siġra) |
20 |
1,5 |
30 m2 |
|
|
Irqajja' tas-siġar (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
|
|
Għadajjar (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
|
|
Fossijiet (għal kull 1 m) |
5 |
2 |
10 m2 |
|
|
Ħitan tal-ġebel tradizzjonali (għal kull 1 m) |
1 |
1 |
1 m2 |
|
|
Karatteristiċi oħrajn mhux imsemmija hawn fuq iżda protetti skont il-KAAT7, l-SMR 2 jew l-SMR 3 (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1 |
1 m2 |
|
Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi (għal kull 1 m) |
6 |
1,5 |
9 m2 |
||
Ettari agroforestali (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1 |
1 m2 |
||
Meded ta' ettari eliġibbli fi truf il-foresti (għal kull 1 m) |
|
|
|
||
|
Bla produzzjoni |
6 |
1,5 |
9 m2 |
|
Bi produzzjoni |
6 |
0,3 |
1,8 m2 |
||
Żoni bi msaġar b'newba qasira (għal kull 1 m2) |
n.a. |
0,5 |
0,5 m2 |
||
Żoni msaġġra kif imsemmi fl-Artikolu 32(2)(b)(ii) (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1 |
1 m2 |
||
Żoni b'għelejjel intermedji jew b'kopertura veġetali (għal kull 1 m2) |
n.a. |
0,3 |
0,3 m2 |
||
Żoni b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu (għal kull 1 m2) |
n.a. |
1 |
1 m2 |
||
Żoni bil-Miscanthus |
n.a. |
0,7 |
0,7 m2 |
||
Żoni bis-Silphium perfoliatum |
n.a. |
0,7 |
0,7 m2 |
||
Art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel (l-ispeċijiet li jipproduċu ħafna għabra tad-dakra u nektar) |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
||
Il-fatturi tal-konverżjoni u tal-ponderazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(3) li jridu jiġu applikati għall-karatteristiċi inklużi fil-prattiki ekwivalenti kif elenkat fit-Taqsima III tal-Anness IX
Żona b'fokus ekoloġiku ekwivalenti |
Żona b'fokus ekoloġiku ta' standard simili |
Fattur tal-konverżjoni |
Fattur tal-ponderazzjoni |
Żona b'fokus ekoloġiku (jekk jiġu applikati ż-żewġ fatturi) |
(1) Is-serħan ekoloġiku tal-art (għal kull 1 m2) |
Art mistrieħa |
n.a. |
1 |
1 m2 |
(2) Il-ħolqien ta' “żoni ta' lqugħ” (għal kull 1 m) |
Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi |
6 |
1,5 |
9 m2 |
(3) L-immaniġġjar tal-biċċiet art ta' lqugħ mhux maħdumin u tal-ġmiem madwar l-għelieqi (għal kull 1 m) |
Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi |
6 |
1,5 |
9 m2 |
(4) Il-borduri, il-ħbula fl-għelieqi u l-irqajja' tal-art: |
|
|
|
|
Borduri, ħbula fl-għelieqi (għal kull 1 m) |
Biċċiet art ta' lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi |
6 |
1,5 |
9 m2 |
Irqajja' tal-art (għal kull 1 m2) |
Irqajja' tas-siġar |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
(5) L-immaniġġjar tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ: |
|
|
|
|
Siġar iżolati (għal kull siġra) |
Siġar iżolati |
20 |
1,5 |
30 m2 |
Siġar f'linja dritta (għal kull 1 m) |
Sisien tal-ħaxix/meded ta' art imsaġġra/siġar f'linja dritta |
5 |
2 |
10 m2 |
Grupp ta' siġar/irqajja' tas-siġar (għal kull 1 m2) |
Irqajja' tas-siġar |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
Ringieli ta' sġajriet (għal kull 1 m) |
Sisien tal-ħaxix/strixxi tal-injam/linji msaġġra |
5 |
2 |
10 m2 |
Veġetazzjoni ta' bosk f'xatt ta' xmara (għal kull 1 m) |
Sisien tal-ħaxix/strixxi tal-injam/linji msaġġra |
5 |
2 |
10 m2 |
Raba' mtarraġ (għal kull 1 m) |
Raba' mtarraġ |
2 |
1 |
2 m2 |
Ħitan tal-ġebel (għal kull 1 m) |
Ħitan tal-ġebel tradizzjonali |
1 |
1 |
1 m2 |
Fossijiet (għal kull 1 m) |
Fossijiet |
5 |
2 |
10 m2 |
Għadajjar (għal kull 1 m2) |
Għadajjar |
n.a. |
1,5 |
1,5 m2 |
(6) Iż-żamma ta' bwar b'ħamrija bil-pit jew b'ħamrija mxarrba li tinħarat (mingħajr ma jintużaw fertilizzanti jew prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti) (għal kull 1 m2) |
Art li titħalla tistrieħ |
n.a. |
1 |
1 m2 |
(7) Il-produzzjoni fuq art li tinħarat mingħajr ma jintużaw fertilizzanti u/jew prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li mhix raba' saqwi, u li fuqha ma jinżerax l-istess wiċċ tar-raba' sentejn wara xulxin (għal kull 1 m2) |
Żoni bi msaġar b'newba qasira; Meded fi truf il-foresti bi produzzjoni; Żoni b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu |
n.a. |
0,3 0,7 għall-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu |
0,3 m2 0,7 m2 |
(8) Il-konverżjoni ta' art li tinħarat fi bwar permanenti (għal kull 1 m2) |
Art li titħalla tistrieħ |
n.a. |
1 |
1 m2 |
ANNESS XI
Tabella Ta' Korrelazzjoni
msemmija fl-Artikolu 72(2)
Regolament (KE) Nru 73/2009 |
Dan ir-Regolament |
Regolament (UE) Nru 1306/2013 |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
— |
Artikolu 2 |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 3 |
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 4(1) |
— |
Artikolu 91 |
Artikolu 4(2) |
— |
Artikolu 95 |
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 93 |
Artikolu 6(1) |
— |
Artikolu 94 |
Artikolu 6(2) |
— |
— |
Artikolu 7 |
— |
— |
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 9 |
— |
— |
Artikolu 10 |
— |
— |
Artikolu 10a |
— |
— |
Artikolu 10b |
— |
— |
Artikolu 10c |
— |
— |
Artikolu 10d |
— |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 8 |
Artikolu 26(1) u (2) |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 8(2) ok |
— |
Artikolu 11a |
Artikolu 8(3) |
— |
Artikolu 12(1) u (2) |
— |
Artikolu 12 |
Artikolu 12(3) |
— |
Artikolu 14 |
Artikolu 12(4) |
— |
— |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 14 |
— |
Artikolu 67 |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 68(1) u (2) |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 69 |
Artikolu 17 |
— |
Artikolu 70 |
Artikolu 18 |
— |
Artikolu 71 |
Artikolu 19 |
— |
Artikolu 72 |
Artikolu 20 |
— |
Artikolu 74(1), (2) u (3) |
Artikolu 21 |
— |
Artikolu 74(4) |
Artikolu 22 |
— |
Artikolu 96 |
Artikolu 23 |
— |
Artikolu 97 |
Artikolu 24 |
— |
Artikolu 99 |
Artikolu 25 |
— |
Artikolu 100 |
Artikolu 26 |
— |
Artikolu 61 |
Artikolu 27(1) |
— |
Artikolu 102(3) |
Artikolu 27(2) |
— |
Artikolu 47 |
Artikolu 27(3) |
— |
Artikolu 68(3) |
Artikolu 28(1) |
Artikolu 10 |
— |
Artikolu 28(2) |
Artikolu 9(3) |
— |
Artikolu 28(3) |
Artikolu 31(1)(a) (i) u (ii) |
— |
Artikolu 29 |
— |
Artikolu 75 |
Artikolu 30 |
— |
Artikolu 60 |
Artikolu 31 |
— |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 32 |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 33 |
— |
— |
Artikolu 34 (2) |
Artikolu 32(2) u (4) |
— |
Artikolu 35 |
Artikolu 33 |
— |
Artikolu 36 |
— |
— |
Artikolu 37 |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 38 |
— |
— |
Artikolu 39(1) |
Artikolu 32(6) |
— |
Artikolu 39(2) |
Artikolu 35(3) |
— |
Artikolu 40(1) |
Artikolu 6(1) |
— |
Artikolu 41(1) |
Artikolu 30(1) |
— |
Artikolu 41(2) |
Artikolu 30(3) u (6) |
— |
Artikolu 41(3) |
Artikolu 30(3) u (7)(a) |
— |
Artikolu 41(4) |
— |
— |
Artikolu 41(5) |
Artikolu 30(10) |
— |
Artikolu 41(6) |
— |
— |
Artikolu 42 |
Artikolu 31(1)(b) |
— |
Artikolu 43(1) |
Artikolu 34(1), (2) u (3) |
— |
Artikolu 43(2) |
— |
|
Artikolu 43(3) |
Artikolu 34(4) |
— |
Artikolu 44 |
— |
— |
Artikolu 45 |
— |
— |
Artikolu 46 |
— |
— |
Artikolu 47 |
— |
— |
Artikolu 48 |
— |
— |
Artikolu 49 |
— |
— |
Artikolu 50 |
— |
— |
Artikolu 51 |
— |
— |
Artikolu 52 |
— |
— |
Artikolu 53 |
— |
— |
Artikolu 54 |
— |
— |
Artikolu 55 |
— |
— |
Artikolu 56 |
— |
— |
Artikolu 57 |
— |
— |
Artikolu 57a |
Artikolu 20 u Anness VII |
— |
Artikolu 58 |
— |
— |
Artikolu 59 |
— |
— |
Artikolu 60 |
— |
— |
Artikolu 61 |
— |
— |
Artikolu 62 |
— |
— |
Artikolu 63 |
— |
— |
Artikolu 64 |
— |
— |
Artikolu 65 |
— |
— |
Artikolu 66 |
— |
— |
Artikolu 67 |
— |
— |
Artikolu 68 |
— |
— |
Artikolu 69 |
— |
— |
Artikolu 70 |
— |
— |
Artikolu 71 |
— |
— |
Artikolu 72 |
— |
— |
Artikolu 73 |
— |
— |
Artikolu 74 |
— |
— |
Artikolu 75 |
— |
— |
Artikolu 76 |
— |
— |
Artikolu 77 |
— |
— |
Artikolu 78 |
— |
— |
Artikolu 79 |
— |
— |
Artikolu 80 |
— |
— |
Artikolu 81 |
— |
— |
Artikolu 82 |
— |
— |
Artikolu 83 |
— |
— |
Artikolu 84 |
— |
— |
Artikolu 85 |
— |
— |
Artikolu 86 |
— |
— |
Artikolu 87 |
— |
— |
Artikolu 88 |
Artikolu 56 |
— |
Artikolu 89 |
Artikolu 57 |
— |
Artikolu 90 |
Artikolu 58 |
— |
Artikolu 91 |
Artikolu 59 |
— |
Artikolu 92 |
Artikolu 60 |
— |
Artikolu 93 |
— |
— |
Artikolu 94 |
— |
— |
Artikolu 95 |
— |
— |
Artikolu 96 |
— |
— |
Artikolu 97 |
— |
— |
Artikolu 98 |
— |
— |
Artikolu 99 |
— |
— |
Artikolu 100 |
— |
— |
Artikolu 101 |
— |
— |
Artikolu 102 |
— |
— |
Artikolu 103 |
— |
— |
Artikolu 104 |
— |
— |
Artikolu 105 |
— |
— |
Artikolu 106 |
— |
— |
Artikolu 107 |
— |
— |
Artikolu 108 |
— |
— |
Artikolu 109 |
— |
— |
Artikolu 110 |
— |
— |
Artikolu 111 |
— |
— |
Artikolu 112 |
— |
— |
Artikolu 113 |
— |
— |
Artikolu 114 |
— |
— |
Artikolu 115 |
— |
— |
Artikolu 116 |
— |
— |
Artikolu 117 |
— |
— |
Artikolu 118 |
— |
— |
Artikolu 119 |
— |
— |
Artikolu 120 |
— |
— |
Artikolu 121 |
Artikoli 16 u 17 |
— |
Artikolu 121a |
— |
Artikolu 98, it-tieni subparagrafu |
Artikolu 122 |
— |
— |
Artikolu 123 |
— |
— |
Artikolu 124(1) sa (5), (7) u (8) |
— |
— |
Artikolu 124(6) |
— |
Artikolu 98, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 125 |
— |
— |
Artikolu 126 |
— |
— |
Artikolu 127 |
— |
— |
Artikolu 128 |
— |
— |
Artikolu 129 |
— |
— |
Artikolu 130 |
— |
— |
Artikolu 131 |
— |
— |
Artikolu 132 |
Artikoli 18 u 19 |
— |
Artikolu 133 |
— |
— |
Artikolu 133a |
Artikolu 37 |
— |
Artikolu 134 (imħassar) |
— |
— |
Artikolu 135 (imħassar) |
— |
— |
Artikolu 136 |
— |
— |
Artikolu 137 |
— |
— |
Artikolu 138 |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 139 |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 140 |
Artikolu 67 |
— |
Artikolu 141 |
Artikolu 71 |
— |
Artikolu 142(a) sa (q) u (s) |
Artikolu 70 |
— |
Artikolu 142(r) |
Artikolu 69 |
— |
Artikolu 143 |
— |
— |
Artikolu 144 |
— |
— |
Artikolu 145 |
— |
— |
Artikolu 146 |
Artikolu 72 |
— |
Artikolu 146a |
— |
— |
Artikolu 147 |
Artikolu 73 |
— |
Artikolu 148 |
— |
— |
Artikolu 149 |
Artikolu 74 |
— |
Anness I |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness II |
Anness III |
— |
Anness II |
Anness IV |
Anness III |
— |
Anness V |
— |
— |
Anness VI |
— |
— |
Anness VII |
Anness IV |
— |
Anness VIII |
Anness II |
— |
Anness IX |
— |
— |
Anness X |
— |
— |
Anness XI |
— |
— |
Anness XII |
— |
— |
Anness XIII |
— |
— |
Anness XIV |
— |
— |
Anness XV |
— |
— |
Anness XVI |
— |
— |
Anness XVII |
— |
— |
Anness XVIIa |
— |
— |
( 1 ) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1601/96, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (Ara paġna 671 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027 (ĠU L 433, 22.12.2020, p. 11).
( 3 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 ta’ 30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65).
( *1 ) Prattiki soġġetti għall-kalkolazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 43(12).