EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004L0037-20220405

Consolidated text: Direttiva 2004/37/KE tal-parlament ewropew u l-kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol (Is-Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (Test relevanti għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/37/2022-04-05

Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:

Att li jemenda Tip ta’ emenda Is-subdiviżjoni kkonċernata Data tal-effett
32024L0869 Emendata minn anness IIIa 08/04/2024
32024L0869 Emendata minn artikolu 18a paragrafu mhux numerat 3 08/04/2024
32024L0869 Emendata minn artikolu 18a paragrafu 9 08/04/2024
32024L0869 Emendata minn anness I titolu 08/04/2024
32024L0869 Emendata minn anness III punt A Test 08/04/2024
32024L0869 Emendata minn artikolu 18a paragrafu 8 08/04/2024
32024L0869 Emendata minn artikolu 18a paragrafu 10 08/04/2024
32024L0869 Emendata minn artikolu 18a paragrafu mhux numerat 7 08/04/2024
32024L0869 Emendata minn artikolu 18a paragrafu mhux numerat 1 08/04/2024
32024L0869 Emendata minn artikolu 18a paragrafu mhux numerat 6 08/04/2024
32024L0869 Emendata minn artikolu 18a paragrafu 11 08/04/2024
32024L0869 Emendata minn artikolu 18a paragrafu mhux numerat 5 08/04/2024
32024L0869 Emendata minn artikolu 18a paragrafu mhux numerat 4 08/04/2024
32024L0869 Emendata minn artikolu 18a paragrafu mhux numerat 2 08/04/2024
32024L0869 Emendata minn artikolu 2 paragrafu 1 punt (b) 08/04/2024

02004L0037 — MT — 05.04.2022 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►M6  DIRETTIVA 2004/37/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

tad-29 ta' April 2004

dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol (Is-Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) ◄

(verżjoni kodifikata)

(Test relevanti għaż-ŻEE)

(ĠU L 158 30.4.2004, p. 50)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA 2014/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014

  L 65

1

5.3.2014

►M2

DIRETTIVA (UE) 2017/2398 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Diċembru 2017

  L 345

87

27.12.2017

►M3

DIRETTIVA (UE) 2019/130 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' Jannar 2019

  L 30

112

31.1.2019

►M4

DIRETTIVA (UE) 2019/983 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta’ Ġunju 2019

  L 164

23

20.6.2019

►M5

REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

  L 198

241

25.7.2019

►M6

DIRETTIVA (UE) 2022/431 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta’ Marzu 2022

  L 88

1

16.3.2022




▼B

▼M6

DIRETTIVA 2004/37/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

tad-29 ta' April 2004

dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol (Is-Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE)

▼B

(verżjoni kodifikata)

(Test relevanti għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Oġġettiv

▼M6

1.  
Din id-Direttiva għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom, li jirriżultaw minn jew li x’aktarx jirriżultaw minn espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol, inkluż il-prevenzjoni ta’ dawn ir-riskji.

▼B

Tistabbilixxi ħtieġijiet minimi partikolari f'dan il-qasam, inklużi valuri limitu.

2.  
Din id-Direttiva m'għandiex tapplika għal ħaddiema esposti biss għal radjazzjoni kopruta mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
3.  
Direttiva 89/391/KEE għandha tapplika bi sħiħ għal erja kollha msemija fil-paragrafu 1, mingħajr pregudizzju għal disposizzjonijiet iktar stretti u/jew speċifiċi li jinsabu f'din id-Direttiva.

▼M1

4.  
Fir-rigward tal-asbestos, li huwa ttrattat mid-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw kull meta jkunu aktar favorevoli għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva,

▼M1

(a) 

“karċinoġenu” tfisser:

(i) 

sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu tal-kategorija 1 A jew 1B stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(ii) 

sustanza, taħlita jew proċess imsemmi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva kif ukoll sustanza jew taħlita rilaxxata minn proċess imsemmi f’dak l-Anness;

(b) 

“mutaġenu” tfisser:

sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala mutaġen għaċ-ċelloli ġerminali tal-kategorija 1 A jew 1B stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

▼M6

(ba) 

“sustanza tossika għar-riproduzzjoni” tfisser sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 A jew 1B stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(bb) 

“sustanza tossika għar-riproduzzjoni mingħajr livell limitu” tfisser sustanza tossika għar-riproduzzjoni li għaliha ma hemm l-ebda livell sigur ta’ espożizzjoni għas-saħħa tal-ħaddiema u li hi identifikata bħala tali fil-kolonna tan-notazzjoni tal-Anness III;

(bc) 

“sustanza tossika għar-riproduzzjoni b’livell limitu” tfisser sustanza tossika għar-riproduzzjoni li għaliha jeżisti livell sigur ta’ espożizzjoni li taħtu ma hemm l-ebda riskju għas-saħħa tal-ħaddiema u li hi identifikata bħala tali fil-kolonna tan-notazzjoni tal-Anness III;

▼M6

(c) 

“valur limitu” tfisser, jekk mhux speċifikat mod ieħor, il-limitu tal-medja kkunsidrata fil-funzjoni tal-ħin tal-konċentrazzjoni għalkarċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni fl-arja ġewwa ż-żona ta’ respirazzjoni ta’ ħaddiem imqabbla mal-perijodu ta’ referenza speċifiku kif iddikjarat fl-Anness III;

▼M6

(d) 

“valur limitu bijoloġiku” tfisser il-limitu tal-konċentrazzjoni fil-medju bijoloġiku xieraq tal-aġent rilevanti, il-metabolit tiegħu, jew indikatur tal-effett;

(e) 

“sorveljanza tas-saħħa” tfisser l-istima ta” ħaddiem individwali biex jiġi ddeterminat l-istat tas-saħħa ta’ dak l-individwu, kif relatat mal-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni speċifiċi fuq il-post tax-xogħol.

▼B

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni – determinazzjoni u stima ta' riskji

▼M6

1.  
Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li fihom il-ħaddiema huma jew jistgħu jiġu esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni b’riżultat tax-xogħol tagħhom.
2.  
Fil-każ ta’ attività li tista’ tinvolvi riskju ta’ espożizzjoni għal karċinogeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, in-natura, il-grad u d-dewmien tal-espożizzjoni tal-ħaddiema għandhom jiġu determinati sabiex jagħmluha possibbli li jistmaw kull riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u biex jiġu stabbiliti l-miżuri li għandhom jittieħdu.

L-istima għandha tiġi mġedda regolarment u f’kull każ meta jseħħ xi tibdil fil-kundizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni.

▼B

Il-prinċipal għandu jipprovdi l-awtoritajiet responsabbli fuq talba tagħhom bl-informazzjoni użata biex jagħmel l-istima.

3.  
Meta r-riskju qed jiġi stmat, qies għandu jiġi meħud tar-rotot ta' esposizzjoni kollha, bħal assorbiment ġewwa u/jew minn ġol-ġilda.

▼M6

4.  
Meta tiġi esegwita l-istima ta’ riskju, min iħaddem għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-effetti kollha li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li qegħdin f’riskju partikolari, fost oħrajn, iqis ix-xewqa li ma jimpjegax dawn il-ħaddiema f’oqsma li fihom jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni.

▼B



KAPITOLU II

OBBLIGAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM

Artikolu 4

Riduzzjoni u sostituzzjoni

▼M6

1.  
Min iħaddem għandu jnaqqas l-użu ta’ karċinoġenu, mutaġenu jew ta’ sustanza tossika għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari billi jibdlu, sa fejn ikun teknikament possibbli, b’sustanza, taħlita jew proċess li, taħt il-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom ma jkunux perikolużi jew ikunu inqas perikolużi għas-saħħa jew is-sigurtà tal-ħaddiema, skont kif ikun il-każ.

▼B

2.  
Il-prinċipal għandu, fuq talba, jagħti s-sejbiet ta' l-investigazzjonijiet tiegħu lill-awtoritajiet relevanti.

Artikolu 5

Prevenzjoni u riduzzjoni ta' l-esposizzjoni

1.  
Meta r-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, l-esposizzjoni tal-ħaddiema għandha tiġi prevenuta.

▼M6

2.  
Meta ma jkunx teknikament possibbli li l-karċinoġenu, il-mutaġenu jew is-sustanza tossika għar-riproduzzjoni jinbidlu b’sustanza, taħlita jew proċess li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom ma jkunux perikolużi jew ikunu inqas perikolużi għas-saħħa jew is-sigurtà, min iħaddem għandu jiżgura li, sakemm ikun teknikament possibbli, il-karċinoġenu, il-mutaġenu jew is-sustanza tossika għar-riproduzzjoni jkunu mmanifatturati u jintużaw f’sistema magħluqa.
3.  
Meta sistema magħluqa mhijiex teknikament possibbli, min iħaddem għandu jiżgura li l-livell ta’ espożizzjoni tal-ħaddiema għal karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni mingħajr livell limitu jitnaqqas għal livell kemm jista’ jkun baxx kemm hu teknikament possibbli.
3a.  
Fejn ma jkunx teknikament possibbli li tintuża jew tiġi mmanifatturata sustanza tossika għar-riproduzzjoni b’livell limitu f’sistema magħluqa, min iħaddem għandu jiżgura li r-riskju relatat mal-espożizzjoni tal-ħaddiema għal dik is-sustanza tossika għar-riproduzzjoni b’livell limitu jitnaqqas għal minimu.
3b.  
Fir-rigward ta’ sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni għajr sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni mingħajr livell limitu u sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni b’livell limitu, min iħaddem għandu japplika l-paragrafu 3a ta’ dan l-Artikolu. F’każ bħal dan, fit-twettiq tal-istima msemmija fl-Artikolu 3, min iħaddem għandu jqis kif xieraq il-possibbiltà li livell sigur ta’ espożizzjoni għas-saħħa tal-ħaddiema għal tali sustanza tossika għar-riproduzzjoni jista’ ma jeżistix u għandu jistabbilixxi miżuri xierqa f’dak ir-rigward.
4.  
L-espożizzjoni m’għandhiex tkun iktar mill-valur limitu ta’ karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni kif stabbilit fl-Anness III.
5.  

Kull meta jintużaw karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni, min iħaddem għandu japplika l-miżuri kollha li ġejjin:

(a) 

jillimita il-kwantitajiet ta’ karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol;

▼B

(b) 

iżomm baxx kemm jista' jkun in-numru ta' ħaddiema esposti jew li jista' jkunu esposti;

▼M6

(c) 

jiddisinja proċessi ta’ ħidma u miżuri ta’ kontroll tal-inġinerija sabiex jevita jew inaqqas il-ħruġ ta’ karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fil-post tax-xogħol;

(d) 

jevakwa l-karċinoġeni, il-mutaġeni jew is-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni mis-sors, mis-sistema ta’ estrazzjoni lokali jew mill-ventilazzjoni ġenerali, b’mod li dawn il-metodi kollha jkunu xierqa u kompatibbli mal-ħtieġa li jitħarsu s-saħħa pubblika u l-ambjent;

(e) 

juża proċeduri xierqa eżistenti għall-kejl ta’ karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, b’mod partikolari għall-iskoperta bikrija ta’ espożizzjoni anormali li jirriżultaw minn avveniment mhux previst jew aċċident;

▼B

(f) 

applikazzjoni tal-proċeduri u metodi tax-xogħol addattati;

(g) 

miżuri ta' protezzjoni kollettivi u/jew, meta l-esposizzjoni ma tistax tiġi evitata b'mezzi oħra, miżuri ta' protezzjoni individwali;

(h) 

miżuri ta' iġene, b'mod partikolari tindif regolari ta' l-artijiet, ħitan u superfiċji oħra;

(i) 

informazzjoni lil ħaddiema;

▼M6

(j) 

id-demarkazzjoni taż-żoni ta’ riskju u l-użu ta’ sinjali ta’ twissija u sigurtà adegwati inklużi sinjali ta’ projbizzjoni tat-tipjip fiż-żoni fejn il-ħaddiema huma esposti jew jistgħu jkunu esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni;

▼B

(k) 

tfassil ta' pjani li jitratta ma' emerġenzi li jistgħu jirriżultaw f'esposizzjoni anormalment għolja;

(l) 

mezzi għal ħażna, mmaniġġjar u trasportazzjoni f'kondizzjoni ta' sigurtà, b'mod partikolari bl-użu ta' kontenituri ssiġillatti u tikkettati b' mod ċar u viżibli;

(m) 

mezzi għal ġbir, ħażna u tneħħija ta' skart mill-ħaddiema f'kondizzjoni ta' sigurtà, inkluż l-użu ta' kontenituri ssiġillatti u tikkettati b' mod ċar u viżibli.

Artikolu 6

Informazzjoni fuq l-awtorità kompetenti

Meta r-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa jew sigurtà tal-ħaddiema, min iħaddem għandu, meta mitlub, jagħmel għad-disposizzjoni lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni adddattata fuq:

▼M6

(a) 

l-attivitajiet u/jew proċessi industrijali esegwiti, inklużi r-raġunijiet li għalihom il-karċinoġeni, il-mutaġeni jew is-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni huma użati;

(b) 

il-kwantitajiet ta’ sustanzi jew taħlitiet immanifatturati jew użati li fihom karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni;

▼B

(ċ) 

in-numru ta' ħaddiema esposti;

(d) 

il-miżuri preventivi meħuda;

(e) 

it-tip ta' apparat protettiv użat;

(f) 

in-natura u l-grad ta' esposizzjoni;

(g) 

il-każi ta' tibdil.

▼M2

L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-informazzjoni taħt il-punti (a) sa (g) tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fir-rapporti tagħhom li jissottomettu lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE.

▼B

Artikolu 7

Esposizzjoni Mhux Prevista

1.  
F'każ ta' avveniment mhux previst jew aċċident li jista' jirriżulta f'esposizzjoni anormali tal-ħaddiema, l-prinċipal għandu jinforma l-ħaddiema tiegħu.
2.  

Sakemm is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal u l-kawżi ta' esposizzjoni anormali ġew eliminati:

(a) 

dawk il-ħaddiema biss li huma essenzali għal esegwiment ta' riparazzjonijiet u xogħol neċessarju ieħor għandhom jiġu permessi li jaħdmu fl-postijiet affettwati;

(b) 

il-ħaddiema kkonċernati għandhom jiġu provduti b'ilbies protettiv u apparat individwali għal protezzjoni respiratorja li huma għandhom jilbsu; l-esposizzjoni tista' ma tkunx permanenti u għandha tibqa miżmuma sal-minimu strett tal-ħin neċessarju għal kull ħaddiem;

(ċ) 

ħaddiema mhux protetti m'għandhomx jitħallew jaħdmu fl-postijiet affettwati.

Artikolu 8

Esposizzjoni Prevista

1.  
Għal ċerti attivitajiet bħal manutenzzjoni, li dwarhom huwa previst li hemm il-potenzal għal żieda sinjifikanti fl-esposizzjoni tal-ħaddiema, u li dwarhom kull skop għal miżuri preventivi tekniċi ulterjuri biex jillimitaw l-esposizzjoni tal-ħaddiema ġiet diġa eżawrita, l-prinċipal għandu jiddetermina, wara konsultazzjoni tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentattivi tagħhom fl-impriża jew stabbiliment, mingħjr preġudizzju għar-responsabbilità tal-prinċipal, il-miżuri neċessarji biex inaqqsu d-dewmien ta' l-esposizzjoni tal-ħaddiema għal minimu possibbli u biex tiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema waqt li jkunu okkupati b'dawn l-attivitajiet.

Skond l-ewwel subparagrafu, il-ħaddiema konċernati għandhom jiġu provduti b' ilbies protettiv u apparat individwali għal protezzjoni respiratorja li għandhom jilbsu sakemm l-esposizzjoni anormali tippersisti; dik l-esposizzjoni tista' ma tkunx permanenti u għandha tiġi miżmuma għal minimu strett ta' ħin neċessarju għal kull ħaddiem.

2.  
Miżuri addattati għandhom jiġu meħuda biex jiżguraw li l-postijiet li fihom l-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 1 isiru huma demarkati b'mod ċar u indikati jew li persuni mhux awtorizzati huma prevenuti b' mezzi oħra milli jkollhom aċċess għal dawn postijiet.

Artikolu 9

Aċċess għal postjiet ta' riskju

Miżuri addattati għandhom jiġi meħuda minn min iħaddem biex jiżguraw li l-aċċess għall-postijiet li fihom l-attivitajiet li dwarhom ir-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-sigurtà jew saħħa tal-ħaddiema isiru huma aċċessibli unikament għal ħaddiema li, minħabba x-xogħol jew dmirijiet tagħhom, huma meħtieġa li jidħlu fihom.

Artikolu 10

Iġene u protezzjoni individwali

▼M6

1.  

Min iħaddem għandu l-obbligu, fil-każ tal-attivitajiet kollha li jippreżentaw riskju ta’ kontaminazzjoni b’karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, li jieħu miżuri addattati biex jiżgura li:

(a) 

il-ħaddiema ma jiklux, ma jixorbux u ma jpejpux fil-postijiet tax-xogħol fejn ikun hemm riskju ta’ kontaminazzjoni b’karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni;

▼B

(b) 

ħaddiema huma provduti b'ilbies protettiv addattat jew ilbies speċjali addattat;

(ċ) 

postijiet ta' ħażna separata huma provduti għall-ilbies protettiv jew tax-xogħol u għal ħwejjeġ ċivili;

(d) 

ħaddiema huma provduti b'faċilitajiet iġeniċi addattati u adegwati;

(e) 

apparat protettiv huwa maħżun sew f'post definit ċar u huwa ċċekjat u mnaddaf jekk possibbli qabel, u f'kull każ wara, kull użu;

(f) 

apparat diffettuż huwa imsewwi jew mibdul qabel użu ulterjuri.

2.  
Ħaddiema jistgħu ma jkunux mitluba jħallsu l-ispiża tal-miżuri ddikjarati fil-paragrafu 1.

Artikolu 11

Informazzjoni u taħriġ tal-ħaddiema

1.  

Miżuri addattati għandhom jiġu meħuda mill-prinċipal biex jiżgura li ħaddiema u/jew ir-rapprezentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment jirċievu taħriġ suffiċjenti u addattat, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni għad-disposizzjoni, b'mod partikolari fil-forma ta' informazzjoni u struzzjoni, li jikkonċernaw:

(a) 

riskji potezjali għas-saħħa, inklużi riskji addizzjonali minħabba konsum ta' tabakk;

(b) 

prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jipprevjenu esposizzjoni;

(ċ) 

ħtieġijiet ta' iġene;

(d) 

ilbies u użu ta' apparat u lbies protettiv;

(e) 

passi li għandhom jittieħdu mill-ħaddiema, inklużi ħaddiema ta' salvataġġ, fil-każ ta' inċidenti u biex tipprevjeni inċidenti.

▼M6

It-taħriġ għandu jkun:

— 
adattat biex jikkunsidra riskju ġdid jew mibdul, b’mod partikolari meta l-ħaddiema huma esposti jew x’aktarx esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ġodda jew għal għadd ta’ karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni differenti, inklużi dawk li jinsabu fi prodotti mediċinali perikolużi, jew fil-każ ta’ ċirkostanzi li jinbidlu relatati max-xogħol,
— 
offrut perjodikament fil-kuntesti tas-settur tas-saħħa lill-ħaddiema kollha li huma esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, b’mod partikolari meta jintużaw prodotti mediċinali perikolużi ġodda li jkun fihom dawk is-sustanzi, u
— 
ripetut perjodikament f’ambjenti oħra jekk neċessarju.
2.  
Min iħaddem għandu jinforma lill-ħaddiema dwar l-installazzjonijiet u kontenituri relatati li jkun fihom karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, jiżgura li l-kontenituri, pakketti u installazzjonijet kollha li fihom karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni jkunu tikkettati b’mod ċar u li jinqara, u juru sinjali ta’ twissija u periklu b’mod ċar u viżibbli.

Fejn valur limitu bijoloġiku jkun ġie stabbilit fl-Anness IIIa, is-sorveljanza tas-saħħa għandha tkun obbligatorja għax-xogħol bil-karċinoġenu, il-mutaġenu jew is-sustanza tossika għar-riproduzzjoni inkwistjoni, skont il-proċeduri stabbiliti f’dak l-Anness. Il-ħaddiema għandhom jiġu infurmati b’dak ir-rekwiżit qabel ma jiġu assenjati l-kompitu li jinvolvi r-riskju tal-espożizzjoni għal karċinoġenu, mutaġenu jew sustanzi tossika għar-riproduzzjoni indikata.

▼B

Artikolu 12

Informazzjoni għal ħaddiema

Miżuri addattati għandhom jittieħdu biex jiżguraw li:

(a) 

ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment jistgħu jiċċekjaw li din id-Direttiva hija applikata jew tista' tiġi involuta fl-applikazzjoni tagħha, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(i) 

il-konsegwenzi għas-sigurtà u saħħa tal-ħaddiema konnessi ma' l-għażla, l-ilbies u l-użu ta' lbies u apparat protettiv, mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità tal-prinċipal biex jiddetermina l-effettività ta' l-apparat u l-ilbies protettiv;

(ii) 

il-miżuri determinati mill-prinċipal li huma msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 8(1), mingħajr preġudizzju lejn ir-responsabbilta tal-prinċipal biex jiddetermina dawn il-miżuri;

(b) 

ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment huma infurmati malajr kemm jista' jkun dwar esposizzjonijiet anormali, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 8, fuq il-kawżi tiegħu u fuq il-miżuri meħuda jew li ser jiġu meħuda biex tikkoreġġi s-sitwazzjoni;

(ċ) 

il-prinċipal iżomm lista aġġornata ta' ħaddiema okkupati fl-attivitajiet li dwarhom ir-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema, li tindika, jekk l-informazzjoni qedgħha għad-diposizzjoni, l-esposizzjoni li ġew suġġetti għaliha;

(d) 

it-tabib u/jew l-awtorità kompetenti kif ukoll l-persuni l-oħra kollha li għandhom responsabbilità għas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandhom aċċess għall-lista msemmija f'punt (ċ);

(e) 

kull ħaddiem għandu aċċess għall-informazzjoni fuq il-lista li tirrelata miegħu personali;

(f) 

ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment għandhom aċċess għal informazzjoni kollettiva anonima.

Artikolu 13

Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew rappreżentanti tagħhom b'konnessjoni ma' materji kopruti minn din id-Direttiva għandhom isiru skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE.

▼M3

Artikolu 13a

Ftehimiet bejn is-sħab soċjali

Il-ftehimiet bejn is-sħab soċjali possibbilment konklużi fil-qasam ta' din id-Direttiva għandhom ikunu elenkati fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). Dik il-lista għandha tiġi aġġornata b'mod regolari.

▼B



KAPITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET DIVERSI

Artikolu 14

Sorveljanza tas-saħħa

▼M2

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, f’konformità mal-liġi jew prattika nazzjonali, arranġamenti għat-twettiq tas-sorveljanza rilevanti tas-saħħa tal-ħaddiema li għalihom ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza. It-tabib jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema jistgħu jindikaw li s-sorveljanza tas-saħħa għandha tkompli wara t-tmiem tal-espożizzjoni sakemm huma jikkunsidraw li tkun meħtieġa għas-salvagwardja tas-saħħa tal-ħaddiem konċernat.

▼B

2.  
L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu tali li kull ħaddiem għandu jkun kapaċi li jgħaddi minn, jekk addattat, sorveljanza tas-saħħa relevanti:

qabel l-esposizzjoni,

f'intervalli regolari wara hekk.

Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu hekk li huwa direttament possibbli biex timplimenta miżuri ta' iġene individwali u fuq il-post tax-xogħol.

▼M6

3.  
Jekk ħaddiem jinstab li jkun qed isofri minn anormalità li tkun issuspettata li ġejja minn espożizzjoni għal karċinoġeni, għal mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, jew jekk valur limitu bijoloġiku jinstab li ġie maqbuż, it-tabib jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema jista’ jeħtieġ li ħaddiema oħra li ġew esposti b’mod simili ssirilhom sorveljanza ta’ saħħithom.

▼B

F'dak il-każ, stima mill-ġdid tar-riskju ta' esposizzjoni għandu jiġi esegwit skond l-Artikolu 3(2).

▼M6

4.  
F’każijiet fejn hija eżegwita s-sorveljanza tas-saħħa, għandu jinżamm rekord mediku individwali u t-tabib jew awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa għandhom jipproponu xi miżuri protettivi jew preventivi li għandhom jittieħdu dwar ħaddiema individwali. Il-monitoraġġ bijoloġiku u r-rekwiżiti relatati jistgħu jiffurmaw parti mis-sorveljanza tas-saħħa.

▼B

5.  
Informazzjoni u parir għandhom jiġu mogħtija lil ħaddiema rigward kull sorveljanza ta' saħħa li huma jistgħu jgħaddu minnha wara it-tmiem ta' l-esposizzjoni.
6.  
Skond liġijiet nazzjonali u/jew prattiki:

ħaddiema għandhom jkollhom aċċess għar-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa li tikkonċerna lilhom, u

il-ħaddiema kkonċernati jew il-prinċipal jistgħu jitolbu reviżjoni tar-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa.

7.  
Rakkomandazzjonijiet prattiċi għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema huma mogħtija fl-Anness II.

▼M6

8.  
Il-każijiet kollha ta’ kanċer, effetti negattivi fuq il-funzjoni sesswali u l-fertilità fil-ħaddiema nisa u rġiel adulti jew tossiċità tal-iżvilupp fl-ulied identifikati skont il-liġijiet jew il-prattiki nazzjonali bħala li jirriżultaw minn espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni, għandhom jiġu notifikati lill-awtorità kompetenti.

▼M2

L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-informazzjoni taħt dan il-paragrafu fir-rapporti tagħhom li jissottomettu lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE.

▼B

Artikolu 15

Żamma ta' Records

▼M6

1.  
Fir-rigward ta’ karċinoġeni u mutaġeni, il-lista msemmija f’punt (c) tal-Artikolu 12 u r-rekord mediku msemmi fl-Artikolu 14(4) għandhom jinżammu għal mill-inqas 40 sena wara t-tmiem tal-espożizzjoni, skont il-liġi jew il-prattiċi nazzjonali.
1a.  
Fir-rigward ta’ sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, il-lista msemmija f’punt (c) tal-Artikolu 12 u r-rekord mediku msemmi fl-Artikolu 14(4) għandhom jinżammu għal mill-inqas ħames snin wara t-tmiem tal-espożizzjoni, skont il-liġi jew il-prattiċi nazzjonali.

▼B

2.  
Dawk id-dokumenti għandhom jiġu magħmula għad-disposizzjoni lill-awtorità responsabbli f'każi fejn l-impriża itemm l-attività, skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali.

Artikolu 16

Valuri limitu

▼M6

1.  
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 153(2), punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jistabbilixxu valuri limitu fid-Direttivi abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża data xjentifika u teknika, fir-rigward ta’ dawk il-karċinoġeni, il-mutaġeni u s-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni kollha li għalihom dan huwa possibbli, u, fejn neċessarju, dispożizzjonijiet relatati oħra.

▼B

2.  
Valuri limitu u disposizzjonijiet relatati oħra huma ddikjarati fl-Anness III.

▼M6

3.  
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 153(2), punt (b), tat-TFUE, jistabbilixxu valuri limitu bijoloġiċi fid-Direttivi abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża data xjentifika u teknika, flimkien ma’ informazzjoni rilevanti oħra dwar is-sorveljanza tas-saħħa.
4.  
Valuri limitu bijoloġiċi u informazzjoni oħra dwar is-sorveljanza tas-saħħa huma stipulati fl-Anness IIIa.

Artikolu 16a

Identifikazzjoni ta’ sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni mingħajr livell limitu u b’livell limitu

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 153(2), punt (b), tat-TFUE, jidentifikaw, abbażi tad-data xjentifika u teknika disponibbli, fil-kolonna tan-notazzjonijiet tal-Anness III għal din id-Direttiva jekk sustanza tossika għar-riproduzzjoni hijiex sustanza tossika għar-riproduzzjoni mingħajr livell limitu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni b’livell limitu.

▼M5

Artikolu 17

Emenda tal-Anness II

▼M6

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness II, sabiex jitqies il-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u s-sejbiet ġodda fir-rigward tal-karċinoġeni, tal-mutaġeni jew tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni.

▼M5

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien il-proċedura prevista fl-Artikolu 17b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

▼M5

Artikolu 17a

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 3 ).
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17b

Proċedura ta’ urġenza

1.  
L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.
2.  
Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 17a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

▼B

Artikolu 18

Użu ta' data

Il-Kummisjoni għandu jkollha aċċess għall-użu magħmul mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(8).

▼M6

Artikolu 18a

Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-evalwazzjoni li jmiss tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-kuntest tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE, tevalwa wkoll il-ħtieġa li jiġi modifikat il-valur limitu għat-trab tas-silika kristallina respirabbli. Il-Kummissjoni għandha tniedi dan il-proċess fl-2022 u, fejn xieraq, għandha sussegwentement tipproponi, emendi u modifiki neċessarji relatati ma’ dik is-sustanza f’reviżjoni sussegwenti ta’ din id-Direttiva.

Mhux aktar tard mill-11 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-għażla li din id-Direttiva tiġi emendata biż-żieda ta’ dispożizzjonijiet dwar kombinazzjoni ta’ limitu ta’ espożizzjoni okkupazzjonali fl-arja u ta’ valur limitu bijoloġiku għall-kadmju u l-komposti inorganiċi tiegħu.

Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022, fejn xieraq, wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ASCH) u b’kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet eżistenti tal-aġenziji differenti, partijiet ikkonċernati u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, dwar karċinoġeni, mutaġeni u sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni prijoritarji li għalihom jinħtieġu valuri limitu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta pjan ta’ azzjoni biex tikseb valuri limitu ta’ espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol ġodda jew riveduti għal tal-inqas 25 sustanza, gruppi ta’ sustanzi jew sustanzi ġġenerati minn proċess. Fejn xieraq, waqt li tqis dak il-pjan ta’ azzjoni, l-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku, u wara konsultazzjoni mal-ACSH, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi skont l-Artikolu 16 mingħajr dewmien.

Fejn ikun xieraq u mhux aktar tard mill-5 ta’ April 2025, waqt li tqis l-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku u wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa definizzjoni u tistabbilixxi lista indikattiva tal-prodotti mediċinali perikolużi jew tas-sustanzi li fihom dawn il-prodotti li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu ta’ kategorija 1 A u 1B stipulati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tħejji linji gwida tal-Unjoni għat-tħejjija, l-amministrazzjoni u r-rimi ta’ prodotti mediċinali perikolużi fuq il-post tax-xogħol. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu ppubblikati fis-sit web tal-EU-OSHA u għandhom jitqassmu fl-Istati Membri kollha mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Fejn xieraq, u wara li tirċievi opinjoni tal-ACSH, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis il-metodoloġija eżistenti għall-istabbiliment ta’ valuri limitu għall-karċinoġeni f’xi Stati Membri u l-opinjoni tal-ACSH, tistabbilixxi l-livelli ta’ riskju superjuri u inferjuri. Sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li tkun irċeviet l-opinjoni tal-ACSH, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tħejji linji gwida tal-Unjoni dwar il-metodoloġija għall-istabbiliment tal-valuri limitu bbażati fuq ir-riskju. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu ppubblikati fis-sit web tal-EU-OSHA u mqassma fl-Istati Membri kollha mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis l-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku, u wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tipproponi, fejn xieraq, valur limitu għall-kobalt u għall-komposta tal-kobalt inorganiċi.

▼B

Artikolu 19

Notifika lill-Kummissjoni

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-futur fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 20

Abrogazzjoni

Direttiva 90/394/KEE, kif emendat mid-Direttivi msemmija fl-Anness IV, Parti A ta' din id-Direttiva hija abrogata, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw limiti ta' żmien għat-trasposizzjoni ddikjarati fl-Anness IV, Parti B ta' din id-Direttiva.

Referenzi għad-Direttiva mibdula għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 21

Tidħol fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

Lista ta' sustanzi, ►M1  taħlitiet ◄ u proċessi

(Artikolu 2(a)(iii))

1. 

Manifattura ta' awramin.

2. 

Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal idrokarbonji poliċikliċi aromatiċi preżenti fin-nugrufun, qatran minerali jew żift.

3. 

Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal trabijiet, dħaħen u sprejs prodotti waqt xiwi u elettroraffinar ta' materji ta' kuprunikil.

4. 

Proċess ta' aċidu b'saħħtu fil-manifattura ta' alkoħol isopropiliku.

5. 

Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal trabijiet ta' injam iebes ( 4 ).

▼M2

6. 

Xogħol li jinvolvi espożizzjoni għat-trab tas-silika kristallina respirabbli ġġenerat minn proċess ta’ xogħol.

▼M3

7. 

Xogħol li jinvolvi l-espożizzjoni tal-ġilda għal żjut minerali li qabel intużaw f'magni b'kombustjoni interna biex jillubrifikaw u jberrdu l-partijiet li jiċċaqilqu fil-magna.

8. 

Xogħol li jinvolvi l-espożizzjoni għal emissjonijiet tal-egżost minn magni diżil.

▼B




ANNESS II

Rakomandazzjonijiet prattiċi għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema

(Artikolu 14(7))

▼M6

1. 

It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni jeħtiġilhom ikunu familjari mal-kundizzjonijiet jew ċirkostanzi ta’ espożizzjoni ta’ kull ħaddiem.

▼B

2. 

Sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema għandha tiġi esegwita skond il-prinċipji u l-prattiċi tal-mediċina tal-post tax-xogħol; għandha tinkludi mill-inqas dawn il-miżuri li ġejjin:

iżomm records ta' l-istorja medika u professjoniali tal-ħaddiem,

intervista personali,

meta addattat, sorveljanza bijoloġika, kif ukoll skoperta ta' effetti bikrija u li jistgħu jinqalbu.

Testijiet ulterjuri jistgħu jiġu deċiżi għal kull ħaddiem meta hu jkun s-suġġett tas-sorveljanza tas-saħħa, fid-dawl tat-tagħrif l-iktar reċenti għad-disposizzjoni għal mediċina professjonali.

▼M3




ANNESS III

VALURI TA' LIMITU U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA RELATATI B'MOD DIRETT (ARTIKOLU 16)

A.   VALURI TA' LIMITU GĦALL-ESPOŻIZZJONI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL



Isem tal-aġent

Nru tal-KE (1)

Nru tas-SAK (2)

Valuri ta' limitu

Notazzjoni

Miżuri tranżizzjonali

8 sigħat (3)

Terminu qasir (4)

mg/m3 (5)

ppm (6)

f/ml (7)

mg/m3 (5)

ppm (6)

f/ml (7)

Trab tal-injam iebes

(8)

Valur limitu 3 mg/m3 sas-17 ta' Jannar 2023

Komposti tal-Kromju (VI) li huma karċinoġeni, fis-sens tal-punt (i) tal-Artikolu 2(a)

(bħala kromju)

0,005

Valur limitu 0,010 mg/m3 sas-17 ta' Jannar 2025

Valur limitu: 0,025 mg/m3 għal proċessi għal iwweldjar jew qtugħ bil-plasma jew proċessi ta' xogħol simili li jiġġeneraw dħaħen sas-17 ta' Jannar 2025

Fibri taċ-ċeramika refrattarji li huma karċinoġeni fis-sens tal-punt (i) tal-Artikolu 2(a)

0,3

 

Trab tas-silika kristallina respirabbli

0,1 (9)

 

▼M6

Benżen

200-753-7

71-43-2

0,66

0,2

Ġilda (10)

Valur limitu ta’ 1 ppm (3,25 mg/m3) sal-5 ta’ April 2024. Valur limitu ta’ 0,5 ppm (1,65 mg/m3) mill-5 ta’ April 2024 sal-5 ta’ April 2026.

▼M3

Monomeru tal-vinil klorur

200-831-0

75-01-4

2,6

1

 

Ossidu tal-etilen

200-849-9

75-21-8

1,8

1

ġilda (10)

 

1,2-Epossipropan

200-879-2

75-56-9

2,4

1

 

Trikloroetilene

201-167-4

79-01-6

54,7

10

164,1

30

ġilda (10)

 

Akrilammid

201-173-7

79-06-1

0,1

ġilda (10)

 

2-Nitropropan

201-209-1

79-46-9

18

5

 

o-Toluwidina

202-429-0

95-53-4

0,5

0,1

ġilda (10)

 

4,4′-Metilendianilina

202-974-4

101-77-9

0,08

ġilda (10)

 

Epikloroidrina

203-439-8

106-89-8

1,9

ġilda (10)

 

Dibromur tal-etilene

203-444-5

106-93-4

0,8

0,1

ġilda (10)

 

1,3-Butadjen

203-450-8

106-99-0

2,2

1

 

Diklorur tal-etilene

203-458-1

107-06-2

8,2

2

ġilda (10)

 

Idrazina

206-114-9

302-01-2

0,013

0,01

ġilda (10)

 

Bromoetilena

209-800-6

593-60-2

4,4

1

 

Emissjonijiet tal-egżost minn magni diżil

 

 

0,05 (*1)

 

 

 

 

 

 

Il-valur ta' limitu għandu japplika mill-21 ta' Frar 2023. Għall-estrazzjoni ta' taħt l-art u l-bini tal-mini, il-valur ta' limitu għandu japplika mill-21 ta' Frar 2026.

Taħlitiet ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, b'mod partikolari dawk li fihom il-benżo[a]piren, li huma karċinoġeni skont it-tifsira ta' din id-Direttiva

 

 

 

 

 

 

 

 

ġilda (10)

 

Żjut minerali li qabel intużaw f'magni b'kombustjoni interna biex jillubrifikaw u jberrdu l-partijiet li jiċċaqilqu fil-magna

 

 

 

 

 

 

 

 

ġilda (10)

 

▼M4

Kadmju u l-komposti inorganiċi tiegħu

0,001 (11)

 

Valur limitu ta' 0,004 mg/m3 (12) sal-11 ta' Lulju 2027.

Berillju u l-komposti inorganiċi tal-berillju

0,0002 (11)

sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda (13)

Valur limitu ta' 0,0006 mg/m3 sal-11 ta' Lulju 2026.

Aċidu arseniku u l-imluħ tiegħu, kif ukoll il-komposti inorganiċi tal-arseniku

0,01 (11)

Għas-settur tat-tidwib tar-ram il-valur limitu għandu japplika mill-11 ta' Lulju 2023.

Formaldeid

200-001-8

50-00-0

0,37

0,3

0,74

0,6

sensitizzazzjoni tal-ġilda (14)

Valur limitu ta' 0,62 mg/m3 jew 0,5 ppm (3) għas-settur tal-kura tas-saħħa, tal-funerali u dak tal-ibbalzmar sal-11 ta' Lulju 2024.

4,4′-Metilen-bis(2-kloroanilina)

202-918-9

101-14-4

0,01

ġilda (10)

 

▼M6

Akrilonitril

203-466-5

107-13-1

1

0,45

4

1,8

Ġilda (10)

Sensitizzazzjoni tal-ġilda (14)

Il-valuri limitu għandu japplika mill-5 ta’ April 2026.

Komposti tan-nikil

0,01  (15)

0,05  (16))

Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda (13)

Il-valur limitu (15) għandu japplika mit-18 ta’ Jannar 2025

Il-valur limitu (16) għandu japplika mit-18 ta’ Jannar 2025. Sa dak iż-żmien għandu japplika valur limitu ta’ 0,1 mg/m3 (16).

Ċomb inorganiku u l-komposti tiegħu

 

 

0,15

 

 

 

 

 

 

 

N,N-Dimetilaċetammid

204-826-4

127-19-5

36

10

 

72

20

 

Ġilda (10)

 

Nitrobenżen

202-716-0

98-95-3

1

0,2

 

 

 

 

Ġilda (10)

 

N,N Dimetilformammid

200-679-5

68-12-2

15

5

 

30

10

 

Ġilda (10)

 

2-Metossietanol

203-713-7

109-86-4

 

1

 

 

 

 

Ġilda (10)

 

2-Metossietil aċetat

203-772-9

110-49-6

 

1

 

 

 

 

Ġilda (10)

 

2-Etossietanol

203-804-1

110-80-5

8

2

 

 

 

 

Ġilda (10)

 

2-Etossietil aċetat

203-839-2

111-15-9

11

2

 

 

 

 

Ġilda (10)

 

1-Metil-2-pirrolidon

212-828-1

872-50-4

40

10

 

80

20

 

Ġilda (10)

 

Merkurju u komposti divalenti inorganiċi tal-merkurju inklużi l-ossidu tal-merkurju u l-klorur tal-merkurju (imkejlin bħala merkurju)

 

 

0,02

 

 

 

 

 

 

 

Bisfenol A; 4,4′-Iżopropilidenedifenol

201-245-8

80-05-7

2  (11)

 

 

 

 

 

 

 

Monossidu tal-karbonju

211-128-3

630-08-0

23

20

 

117

100

 

 

 

▼M3

(1)   

In-Nru tal-KE, jiġifieri EINECS, ELINCS jew NLP, huwa n-numru uffiċjali tas-sustanza fl-Unjoni Ewropea, kif definit fit-Taqsima 1.1.1.2 fl-Anness VI, il-Parti 1 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(2)   

Nru tas-SAK: in-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tal-Astratt Kimiku.

(3)   

Imkejla jew ikkalkulati b'rabta ma' perijodu ta' referenza tal-medja kkunsidrata fil-funzjoni tal-ħin ta' tmien sigħat (TWA).

(4)   

Limitu ta' espożizzjoni għal żmien qasir (STEL). Valur ta' limitu li 'l fuq minnu ma għandux ikun hemm espożizzjoni u li huwa relatat ma' perijodu ta' 15-il minuta, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

(5)   

mg/m3 = milligrammi kull metru kubu ta' arja b'20 °C u 101,3 kPa (pressjoni tal-merkurju ta' 760 mm).

(6)   

ppm = partijiet kull miljun b'volum fl-arja (ml/m3).

(7)   

f/ml = fibri kull millilitru.

(8)   

Frazzjoni li tista' tinġibed 'il ġewwa man-nifs: jekk it-trabijiet tal-injam iebes jitħalltu ma' trabijiet ta' njam ieħor, il-valur ta' limitu għandu japplika għat-trabijiet kollha tal-injam li jkunu preżenti f'dik it-taħlita.

(9)   

Frazzjoni respirabbli.

(10)   

Kontribuzzjoni sostanzjali għall-piż totali tal-ġisem mill-espożizzjoni tal-ġilda possibbli.

►M4  (11)   

Frazzjoni inalabbli.

(12)   

Frazzjoni inalabbli. Frazzjoni respirabbli f'dawk l-Istati Membri li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jimplimentaw sistema ta' bijomonitoraġġ b'valur limitu bijoloġiku li ma jaqbiżx 0,002 mg Cd/g ta' kreatinina fl-awrina.

(13)   

Is-sustanza tista' tikkawża sensitizzazzjoni tal-ġilda u tas-sistema respiratorja.

(14)   

Is-sustanza tista' tikkawża sensitizzazzjoni tal-ġilda.

 ◄
(15)   

Frazzjoni respirabbli, imkejla bħala nikil.

(16)   

Frazzjoni inalabbli, imkejla bħala nikil.

(*1)   

Imkejla bħala karbonju elementali.

B.   DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA RELATATI B'MOD DIRETT

p.m.

▼M6




ANNESS IIIa

VALURI LIMITU BIJOLOĠIĊI U MIŻURI TAS-SORVELJANZA TAS-SAĦĦA

(Artikolu 16(4))

1. Iċ-ċomb u l-komposti joniċi tiegħu

1.1. 

Il-monitoraġġ bijoloġiku għandu jinkludi l-kejl tal-livell taċ-ċomb fid-demm (PbB) bl-użu tal-ispettrometrija tal-assorbiment jew metodu li jagħti riżultati ekwivalenti. Il-valur limitu bijoloġiku vinkolanti huwa:

70 μg Pb/100 ml demm

1.2. 

Sorveljanza medika titwettaq jekk l-espożizzjoni għal konċentrazzjoni ta’ ċomb fl-arja tkun akbar minn 0,075 mg/m3, ikkalkulata bħala medja ppeżata skont il-ħin fuq 40 siegħa fil-ġimgħa, jew livell ta’ ċomb tad-demm akbar minn 40 μg Pb/100 ml ta’ demm jitkejjel f’ħaddiema individwali.

▼B




ANNESS IV

Parti A

Direttiva abrogati u l-emendamenti suċċessivi tagħha

(msemmija bl-Artikolu 20)



Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE

(ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1)

Direttiva tal-Kunsill 97/42/KE

(ĠU L 179, tat-8.7.1997, p. 4)

Direttiva tal-Kunsill 1999/38/KE

(ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 66)

Parti B

Żmien perentorju għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali

(msemmija bl-Artikolu 20)



Direttiva

Skadenza għat-trasposizzjoni

90/394/KEE

fil-31 ta' Diċembru 1992.

97/42/KE

fis-27 ta' Ġunju 2000.

1999/38/KE

fid-29 ta' April 2003.




ANNESS V

TABELLA TAL-KORRELAZZJONI



Direttiva 90/394/KE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2(a)

L-Artikolu 2(a)

L-Artikolu 2(aa)

L-Artikolu 2(b)

L-Artikolu 2(b)

L-Artikolu 2(c)

L-Artikoli 3 to 9

L-Artikolu 3 to 9

L-Artikolu 10(1)(a)

L-Artikolu 10(1)(a)

L-Artikolu 10(1)(b), l-ewwel sentenza

L-Artikolu 10(1)(b)

L-Artikolu 10(1)(b), it-tieni sentenza

L-Artikolu 10(1)(c)

L-Artikolu 10(1)(c)

L-Artikolu 10(1)(d)

L-Artikolu 10(1)(d), l-ewwel u t-tieni sentenza

L-Artikolu 10(1)(e)

L-Artikolu 10(1)(d), it-tielet sentenza

L-Artikolu 10(1) (f)

L-Artikolu 10(2)

L-Artikolu 10(2)

L-Artikoli 11 sa 18

L-Artikoli 11 sa 18

L-Artikolu 19(1) l-ewwel subparagrafu

 

L-Artikolu 19(1) it-tieni subpargrafu

 

L-Artikolu 19(1) it-tielet subparagrafu

 

L-Artikolu 19(2)

L-Artikolu 19

 

L-Artikolu 20

 

L-Artikolu 21

L-Artikolu 20

L-Artikolu 22

L-Anness I

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness II

L-Anness III

L-Anness III

 

L-Anness IV

 

L-Anness V



( 1 ) Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28).

( 2 ) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

( 3 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 4 ) Lista ta' Monographs on the Evaluation of Carcinogenic Risks to Humans“Wood Dust and Formaldehyde” xi injam iebes tista' tinsab fil-Volum 62 tal-Monografi dwar l-Evalwazzjoni ta' Riskji Karċinoġeni għal Bniedem “Trab ta' l-Injam u Formaldehyde”, ippublikat mill-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka fuq il-Kanċer, Lyon, 1995.

Top