EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02001R1936-20221222

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1936/2001 tas-27 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1936/2022-12-22

02001R1936 — MT — 22.12.2022 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1936/2001

tas-27 ta' Settembru 2001

li jistabbilixxi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna

(ĠU L 263 3.10.2001, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 869/2004 tas-26 ta' April 2004

  L 162

8

30.4.2004

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008

  L 286

1

29.10.2008

►M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta’ April 2009

  L 96

1

15.4.2009

►M4

REGOLAMENT (UE) 2017/2107 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Novembru 2017

  L 315

1

30.11.2017

►M5

REGOLAMENT (UE) 2022/2343 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Novembru 2022

  L 311

1

2.12.2022




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1936/2001

tas-27 ta' Settembru 2001

li jistabbilixxi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna



L-Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jipprovdi miżuri ta' kontroll u spezzjoni dwar l-istokkijiet tal-ħut ta' l-ispeċi tal-ħut li jpassi ħafna elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament u għandu japplika għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istati Membri u reġistrati fil-Komunità, minn hawn 'il quddiem msejħa bħala “bastimenti tas-sajd tal-Komunità”, li joperaw f'waħda miż-żoni speċifikati fl-Artikolu 2.

L-Artikolu 2

Żoni

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, iż-żoni marittimi li ġejjin huma speċifikati:

(a) 

Żona 1:

L-ibħra kollha ta' l-Oċean Indjan u l-ibħra ta' biswit inklużi fl-arja tal-Konvenzjoni ICCAT speċifikati fl-Artikolu I ta' dik il-Konvenzjoni.

▼M5 —————

▼B

(ċ) 

Żona 3:

L-ibħra kollha ta' l-Oċean Paċifiku inklużi fl-arja speċifikata fl-Artikolu III tal-Ftehim fil-Programm Internazzjonali fuq il-Konservazzjoni tad-Denfil.

L-Artikolu 3

Tifsiriet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(a) 

“jitla' abbord:” li wieħed jitla abbord bastiment tas-sajd fl-arja ta' kompetenza ta' l-organizzazzjoni minn spettur wieħed jew iżjed awtorizzati biex isir spezzjoni;

(b) 

“trasbord”: il-ħatt ta' kull kwantità ta' ħut li jpassi ħafna u/jew prodotti minn dan il-ħut minn abbord bastiment tas-sajd għall-ieħor kemm fil-baħar jew fil-port, mingħajr ma l-prodotti jkunu ġew reġistrati ma' port ta' Stat bħala mħatta l-art;

(ċ) 

“ħatt”: ħatt ta' kull kwantità ta' ħut li jpassi ħafna u/jew prodotti minn dak il-ħut minn abbord bastiment tas-sajd għal port jew l-art;

(d) 

“ksur”: kull att presunt kommess jew ommess minn bastiment tas-sajd li jkun irreġistrat f'rapport ta' spezzjoni u jagħti raġunijiet serji għas-suspett ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew kull Regolament ieħor li jittrasponi rakkommandazzjoni adottata minn organizzazzjoni reġjonali għal waħda miż-żoni indikati fl-Artikolu 2;

(e) 

“bastiment ta' Parti mhux Kontraenti”: bastiment osservat u identifikat bħala mħaddem f'attivitajiet tas-sajd f'waħda miż-żoni speċifikati fl-Artikolu 2 li qed itajjar il-bandiera ta' pajjiż li mhux Parti Kontraenti fl-organizzazzjoni reġjonali rilevanti;

(f) 

“bastimenti apolidi”: bastiment fejn hemm bażi raġonevoli biex ikun issuspettat li huwa mingħajr nazzjonalità;

▼M1

(g) 

“simmna”: it-tkabbir ta' individwi f'gaġġeġ għaż-żieda tal-piż tagħhom jew tal-kontenut tax-xaħam bil-għan tal-kummerċ;

(h) 

“tqegħid fil-gaġġi”: it-tqegħid ta' individwi ferjali ta' kwalunkwe tip fi strutturi magħluqa (gaġġeg) għas-simna;

(i) 

“razzet tas-simmna”: impriża li tkabbar individwi ferjali fil-gaġġeg għas-simna;

(j) 

“dgħajsa tat-trasport”: dgħajsa li tirċievi individwi ferjali u titrasporthom ħajjin lejn l-irziezet tas-simna.

▼B



IL-KAPITOLU I

MIŻURI TA' KONTROLL U SPEZZJONI APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 1



It-Taqsima 1

Miżuri ta' kontroll

▼M4 —————

▼M1

L-Artikolu 4a

Attivitajiet ta' dgħajjes li jipparteċipaw f'operazzjonijiey relatati mas-simna tat-tonn tal-pinna kaħlanija

1.  

Kull kaptan ta' dgħajsa tal-Komunità li jittrasferixxi tonn tal-pinna kaħlanija għas-simmna lejn dgħajsa tat-trasport, għandu jikteb fil-logbook tiegħu:

— 
il-kwantità ta' tonn tal-pinna kaħlanija li jkun ittrasferixxa u n-numru ta' ħut,
— 
iż-żona fejn seħħet il-qabda,
— 
id-data u l-posizzjoni tat-trasferiment tat-tonn tal-pinna kaħlanija,
— 
l-isem tad-dgħajsa tat-trasport, il-bandiera tagħha, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-call sign internazzjonali tar-radju,
— 
l-isem(ismijiet) tar-razzet(irziezet) tas-simmna tad-destinazzjoni tal-kwantità ta' tonn tal-pinna kaħlanija li jkun ittrasferixxa.
2.  

Kull kaptan ta' dgħajsa tat-trasport ta' fejn ikun ġie ittrasferit it-tonn tal-pinna kaħlanija għandu jikteb:

(a) 

il-kwantità ta' tonn tal-pinna kaħlanija trasferit għal kull dgħajsa tas-sajd u n-numru ta' ħut;

(b) 

l-isem tad-dgħajsa li tkun qabdet il-kwantitajiet referuti fi (a), flimkien mal-bandiera, n-numru tar-reġistrazzjoni u l-call sign internazzjonali tar-radju;

(ċ) 

id-data u l-posizzjoni tat-trasferiment tat-tonn tal-pinna kaħlanija;

(d) 

l-isem(ismijiet) tar-razzet(irziezet) tad-destinazzjoni tat-tonn tal-pinna kaħlanija.

3.  
Il-kaptan għandu jkun eżentat mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 jekk dik il-kitba tku mibdulha b'kopja tad-dikjarazzjoni tat-trasbord li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 jew kopja tad-dokument T2M referut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jindika l-informazzjoni referuta fil-paragrafu 2(ċ) ta' dan l-Artikolu.
4.  
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li tonn tal-pinna kaħlanija kollu li jitqgħied fil-gaġġeg mid-dgħajjes li jtajjru l-bandiera tagħhom ikunu irreġistrati ma l-awtorità kompetenti. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bi qbil ma l-Artikolu 5, il-kwantitajiet ta' tonn tal-pinna kaħlanija maqbuda u mqiegħda fil-gaġġeġ minn dgħajjes li jtajjru l-bandiera tagħhom (dover I kif definit mill-ICCAT).

Għall-esportazzjoni u l-importazzjoni tat-tonna tal-pinna kaħlanija intiżi għas-simmna fi Stat Membru għandhek tibgħat lejn il-Kummissjoni in-numru u d-dati tad-dokumenti tal-istatistika indikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003 tat-8 ta' April li introduċa sistema għall-monitoraġġ tal-istatistika dwar il-kummerċ fit-tonn tal-pinna kaħlanija, tal-pixxispad u tat-tonn ta' għajnu kbira li jkun seħħ fi ħdan il-Komunità ( 1 ), validati minnhom u jistqarru il-pajjiż terz tad-dikjarazzjoni kif iddikjarata.

▼M3 —————

▼M1

Artikolu 4b

Attivitajiet tal-irziezet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija

1.  
L-Istati Membri għandhom jaġixxu sabiex jasiguraw li l-irziezet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li huma taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jippreżentaw dikjarazzjoni dwar il-gaġġeġ kif referuta fl-Anness 1a lejn l-awtorità kompetenti tagħhom, 72 siegħa wara t-tmiem ta' kull operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġġeġ minn dgħajsa tas-sajd jew tat-trasport. IL-preżentazzjoni ta' tali dikjarazzjonijiet, li jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa permezz ta' dan l-Artikolu, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-irziezet tas-simmna approvati mill-Istati Membri.
2.  
L-Istati Membri għandhom jaġixxu sabiex jasiguraw li l-irziezet tas-simmna kif indikati fil-paragrafu 1, jippreżentawlhom sa l-1 ta' Lulju ta' kull sena, dikjarazzjoni tal-kummerċ tat-tonn tal-pinna kaħlanija li jkunu semmnu.
3.  

Id-dikjarazzjoni tal-kummerċ għat-tonn tal-pinna kaħlanija imsemmna indikata fil-paragrafu 2 għandha tinkludi din l-informazzjoni li ġejja:

— 
l-isem tar-razzet,
— 
l-idirizz,
— 
il-propjetarju,
— 
il-kwantità ta' tonn tal-pinna kaħlanija (f'tunnellati) li jkun ġie kummerċjalizzar fis-sena preċedenti,
— 
id-destinazzjoni tat-tonn (isem ix-xerrej, il-pajjiż, id-data tal-bejgħ),
— 
għall-esportazzjoni u l-importazzjoni, in-numri u d-dati tal-validazzjoni tad-dokumenti tal-istatistika indikati fir-Regolament (KE) Nru 1984/2003,
— 
it-tul taż-żmien tat-tonn kummerċjalizzat (f'xhur), meta possibbli,
— 
id-daqs medju tat-tonn kummerċjalizzat.
4.  

Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ippreżentata permezz tal-paragrafi 1 u 3, l-Istati Membri għandhom, b'mod elettroniku, jinnotifikaw lill-Kummissjonu, sa l-1 ta' Awissu ta' kull sena:

— 
il-kwanitajiet ta' tonn tal-pinna kaħlanija li huma jkun poġġew fil-gaġġeġ matul is-sena preċedenti,
— 
il-kwanitajiet ta' tonn tal-pinna kaħlanija li huma jkun ikkummerċajlizzaw matul is-sena preċedenti.

Artikolu 4ċ

Reġistru tal-irziezet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija

1.  
Wabel it-30 ta' April 2004 kull Stat Membru għandu jibngħat lejn il-Kummissjoni, b'mod elettroniku, lista tal-irziezet tas-simmna li jkunu taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu li huwa jawtorizza li jwettqu l-operazzjonijiet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li jkun inqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni.
2.  

Il-lista referuta fil-paragrafu 1 għandha jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

— 
l-isem tar-razzet, in-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali tiegħu,
— 
il-lokalità tar-razzet,
— 
il-kapaċità tar-razzet (f'tunnellati).
3.  
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT qabel il-31 ta' Awissu 2004 sabiex l-irziezet tas-simmna ikkonċernati jkunu miktuba fir-reġistru tal-ICCAT ta' dawk l-irziezet li huma awtorizzati li jwettqu l-operazzjonijiet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li jkun inqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT.
4.  
Xi tibdil li jkun sar għal-lista indikata fil-paragrafu 1 għandu jkun notifikat lejn il-Kummissjoni għal trasmissjoni lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT, bl-istess disposizzjonijiet applikabli, mill-anqas 10 tijiem utili qabel ma l-irziezet jibdew bl-attivitajiet tas-simna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li huma jkunu ġew maqbuda fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT.
5.  
L-irzizet tas-simmna taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru li ma jkunux inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ma jistgħux iwettqu l-attivitajiet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li jkun inqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT.

▼M4 —————

▼M2 —————

▼M4 —————

▼B



It-Taqsima 2

Proċeduri għall-ispezzjoni tal-port

▼M4 —————

▼B



It-Taqsima 3

Bastimenti apolidi u ta' partijiet mhux kontraenti

▼M4 —————

▼M2 —————

▼M1



KAPTOLU II

MIŻURI TA' KONTROLL U SORVELJANZA APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 2



SEZZJONI 1

Miżuri ta' kontroll

▼M5 —————

▼M1



SEZZJONI 2

Proċeduri ta' l-ispezzjoni fil-port

▼M5 —————

▼M1



SEZZJONI 3

Dgħajjes mingħajr stat jew dgħajjes ta' partijiet mhux-kontraenti

▼M2 —————

▼M5 —————

▼M2 —————

▼B



IL-KAPITOLU III

MIŻURI TA' KONTROLL U SORVELJANZA APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 3

L-Artikolu 22

Generali

Kull Stat Membru għandu jieħu l-azzjoni meħtieġa biex il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jirrispettaw il-miżuri IATTC trasposti fil-liġi Komunitarja u l-miżuri applikabbli mill-Ftehim fil-Programm Internazzjonali fuq il-Konservazzjoni tad-Denfil.



IL-KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

L-Artikolu 23

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 9(2) għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura tat-tmexxija msemmija fl-Artikolu 24(2).

L-Artikolu 24

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92.
2.  
Fejn ssir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu pprovdut fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.  
Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

L-Artikolu 25

1.  
Ir-Regolament (KE) Nru 1351/1999 huwa hawnhekk imħassar.
2.  
L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 2742/1999 huwa hawnhekk imħassar.
3.  
Riferenzi għar-Regolament imħassar (KE) Nru 1351/1999 għandhom jinftiehmu illi jirreferu għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness III.

L-Artikolu 26

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS I

LISTA TA' SPEĊI MSEMMIJA F'DAN IR-REGOLAMENT

— 
Alonga: Thunnus alalunga
— 
Tonn bluefin: Thunnus thynnus
— 
Tonn bigeye: Thunnus obesus
— 
Skipjack: Katsuwonus pelamis
— 
Plamtu Atlantiku: Sarda sarda
— 
Tonn yellofin: Thunnus albacares
— 
Tonn blackfin: Thunnus atlanticus
— 
Tonn żgħir: Euthynnus spp.
— 
Tonn southern bluefin: Thunnus maccoyii
— 
Tumbrell: Auxis spp.
— 
Sea bream oċeaniku: Bramidae
— 
Marlin: Tetrapturus spp.; Makaira spp.
— 
Sailfish: Istiophorus spp.
— 
Pixxispad: Xiphias gladius
— 
Sauries: Scomberesox spp.; Cololabis spp
— 
Dolphinfish; common dolphinfish: Coryphaena hippurus; Coryphaena equiselis.
— 
Kelb il-baħar: Hexanchus griseus; Cetorhinus maximus; Alopiidae; Rhincodon typus; Carcharhinidae; Sphyrnidae; Isuridae; Lamnidae
— 
Ċetaċei (baleni u dniefel): Physeteridae; Belaenopteridae; Balenidae; Eschrichtiidae; Monodontidae; Ziphiidae; Delphinidae.

▼M1




L-ANNESS Ia

image

▼B




L-ANNESS II



LISTA TA' SPEĊI SUĠĠETTI GĦALL-KOMMUNIKAZZJONI LIL ICCAT

Isem Latin

Isem Ingliż

Thunnus thynnus

Tonn bluefin

Thunnus maccoyii

Tonn southern bluefin

Thunnus albacares

Tonn yellofin

Thunnus alalunga

Alonga

Thunnus obesus

Tonn bigeye

Thunnus atlanticus

Tonn blackfin

Euthynnus alletteratus

Skipjack iswed ta' l-Atlantiku

Katsuwonus pelamis

Skipjack

Sarda sarda

Bonito ta' l-Atlantiku

Auxis thazard

Tumbrell

Orcynopsis unicolor

Plain bonito

Acanthocybium solandri

Wahoo

Scomberomorus maculatus

Spotted Spanish mackerel

Scomberomorus cavalla

King mackerel

Istiophorus albicans

Sailfish ta' l-Atlantiku

Makaira indica

Black marlin

Makaira nigricans

Blue marlin ta' l-Atlantiku

Tetrapturus albidus

White marlin ta' l-Atlantiku

Pixxispad

Pixxispad

Tetrapturus pfluegeri

Spearfish

Scomberomorus tritor

West African Spanish mackerel

Scomberomorus regalis

Cero

Auxis rochei

Tonn bullet

Scomberomorus brasiliensis

Serra Spanish mackerel




L-ANNESS III



TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 1351/1999

Dan ir-Regolament

L-Artikoli 1, 2, 3

L-Artikolu 8

L-Artikolu 4

L-Artikolu 18

L-Artikolu 5

L-Artikolu 17

▼M1




L-ANNESS IV

image




ANNESS V

Data dwar il-qabda u l-isforz

Sajd tal-wiċċ: dettalji tal-qabda f'piż nominali tal-qabda u dettalji tal-isforz f'jiem tas-sajd (xbieki bit-toqob irqaq, boil-lixka, bit-troll, u bit-tkarkir) għandhom ikunu ipprovduti mill-IOTKO b'żona maqsuma bi gradija ta' 1° u bis-saffi tax-xahar. Dettalji tas-sajd bix-xbieki bit-toqob irqaq għandu jkun stratifikat skond it-tip tal-ġilba tal-ħut. Dawk id-dettalji għandhom preferibbilment ikunu mmexxija mal-qabdiet nazzjonali ta' kull xahar għal kull tip ta' apparat. Il-fattur ta' l-għerfieh użati, li jikkorrespondu għall-koperta fil-logbook, għandhom ikunu mgħoddija b'mod ta' rutina lejn il-IOTKO.

Sajd bil-lixka bit-troll fit-tul: id-dettalji tal-qabda u l-isforz tas-sajd bil-lixka tat-troll fit-tul għandhom ikunu mogħtija lill-IOTKO bi gradilja ta' 5° skond iż-żona u s-saffi tax-xahar, preferibbilment bin-numri u l-piżijiet. L-isforzi tas-sajd għandhom ikunu mogħtija skond in-numru ta' snanar. Dawk id-dettalji għandhom preferibbilment ikunu mmexxija mal-qabdiet nazzjonali ta' kull xahar. Il-fattur ta' l-għerfieh użati, li jikkorrespondu għall-koperta fil-logbook, għandhom ikunu mgħoddija b'mod ta' rutina lejn il-IOTKO.

Il-qabdiet, l-isforzi u l-qisien tas-sajd mis-sajjieda tas-sengħa, fuq skala żgġir u għall-passatemp għandhom ikunu ippreżentati fuq il-bażi ta' xull xahar, imma bl-użu ta' l-aħjar żoni ġeografiċi użati għall-ġbir u l-ipproċessar ta' dawk id-dettalji.

Dettalji tal-qisien

Meqjusa li d-dettalji tal-daqs huma ta' importanza kruċjali għall-ħafna mill-kalkolazzjoni tar-riżorsi tat-tonn, dettalji dwar it-tul, inkluż in-numri totali ta' ħut imkejjel, għandhom ikunu ippreżentati b'mod ta' rutina lejn il-IOTKO fuq il-bażi ta' gradilja 5° biż-żona u l-bażi ta' kull xahar, bl-apparat u l-metodu tas-sajd (e.g. ħut imferrex/ġilba tal-ħut għax-xbieki bit-toqob żgħar). Id-dettalji tad-daqs għandhom ikunu ipprovduti għall-apparati kollha u għall-ispeċje kollha koperti mill-IOTKO. Id-dettalji tal-kampjunar tad-daqs għandhom preferibbilment ikunu mwettqa mingħajr ordni partikolari b'deskrizzjoni stretta u deskritta sewwa skond skemi ta' kampjunar li huma meħtiġa sabiex jipprovdu figuri mingħajr preġudizzju għal qisien miġbura. Il-livell eżatt rakkommandat tal-kampjunar jista' jvarja bejn speċje (bħala funzjoni tal-parametri varji), imma l-livell speċifiku rakkommandat tal-kampjun meħtieġ li jkun stabbilit mill-grupp ta' ħidma dwar l-istatistika. Aktar informazzjoni dettaljata tal-qisien, per eżempju tal-qies b'kampjunu ndividwali, għandha tkun disponibli għall-IOTKO meta mitlubha mill-gruppi ta' ħidma speċifiċi, imma skond ir-regoli stretti ta' kunfidenzalità.

Is-sajd għat-tonn bl-użu ta' żubruni, inklużi l-apparati aggregati għas-sajd. (FAD)

Għal rikonoxximent aħjar mill-IOTKO ta' għamliet li jinbidlu fl-isforz effettiv tas-sajd minn flotot li joperaw fiż-żona tal-kompetenza tagħha, aktar informazzjoni għandha tkun akkwistata. La darba l-attivitajiet tad-dgħajjes tal-forniment u l-użu ta' l-apparati aggregati għas-sajd (FAD) huma parti integrali mill-isforz tas-sajd minn flotta li tutiliżża xbieki bit-toqob żgħar, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun ippreżentatha bħala rutina lejn il-IOTKO:

Numru u karatteristiċi tad-dgħajjes tal-forniment: (i) li joperaw taħt il-bandiera tagħhom, (ii) li jgħinu dgħajjes tat-tkarkir bl-użu ta' xbieki bit-toqob żgħar li joperaw taħt il-bandiera tagħhom, jew (iii) li huma liċenzali li joperaw fiż-żoni ekonomiċi esklussivim u li jkunu preżenti fiż-żona tal-kompetenza IOTKO.

Livelli ta' l-attività tad-dgħajjes ta' forniment; inklużi l-jiem attwalment fuq il-baħar, bil-bażi taż-żona ta' gradilja 1° u ta' kull xahar.

B'żieda, il-partijiet kontraenti u l-partijiet mhux-kontraenti li jikkoperaw għandhom jagħmlu l-aħjar almu tagħhom sabiex jipprovdu dettalji tan-numru totali u t-tip ta' sajd bl-apparati aggregati għas-sajd (FAD) li jkunu operati mil-flotta, fuq il-bażi taż-żona bi gradilja 5° u ta' kull xahar.

L-importanza taż-żmien għall-preżentazzjoni lejn il-IOTKO

Huwa essenzali li l-informazzjoni kollha dwar is-sajd tkun disponibli għas-Segretarjat IOTKO fi żmien xieraq sabiex tippermetti għall-monitoraġġ tar-riżorsi u l-analiżi ta' l-informazzjoni. Għalhekk huwa rakkomandat li dawn ir-regoli li ġejjin ikunu applikati bħala normi ta' obbligi:

Flotot tas-sajd fil-wiċċ u flotot oħrajn li joperaw f'żoni kostali (inklużi d-dgħajjes tal-forniment) għandhom jipprovdu d-dattalji dwar is-sajd tagħhom fid-data l-aktar kmieni possibbli imma mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju ta' kull sena (id-dettalji dwar is-sena preċedenti).

Flotot tas-sajd bit-troll fit-tul fl-ibħra internazzjonali għandhom jipprovdu dettalji proviżorji tas-sajd f'data l-aktar kmieni, imma mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju (dettalji tas-sena preċedenti). Għandhom jipprovdu l-estimi finali tad-dettalji tas-sajd tagħhom qabel it-30 ta' Diċembru ta' kull sena (dettalji tas-sena preċedenti).

Il-limiti taż-żmien preżentament permissibbli għall-preżentazzjoni tal-istatistika għandhom ikunu mnaqqsa fil-ġejjieni skond kif il-proċessar tat-teknoloġiji tad-data jsiru dejjem aktar imħaffa, li għandhom inaqsu id-dewmien preżenti tal-ipproċessar tad-data.



( 1 ) ĠU L 295, tat-13.11.2003, p. 1.

Top