EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012L0030

Kumpaniji pubbliċi b'responsabilità limitata (PLCs) - protezzjoni tal-azzjonisti u tal-kredituri

Status legali tad-dokument Din it-taqsira ġiet arkivjata u mhux se tkun aġġornata Ara 'Ċerti aspetti tad-dritt tal-kumpaniji dwar il-kumpaniji b’responsabbiltà limitata' għall-informazzjoni aġġornata dwar is-suġġett.

Kumpaniji pubbliċi b'responsabilità limitata (PLCs) - protezzjoni tal-azzjonisti u tal-kredituri

Id-Direttiva 2012/30/UE tallinja r-regoli f'kull pajjiż tal-UE għall-istabbiliment u t-tħaddim ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabilità limitata.

ATT

Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (Riformulazzjoni)

SOMMARJU

Din id-Direttiva għandha l-għan li tipproteġi lill-azzjonisti u lill-kredituri ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabilità limitata, billi tikkoordina regoli nazzjonali għall-ħolqien u għat-tmexxija ta' kumpaniji u żżid jew tnaqqas il-kapital tagħhom.

Id-Direttiva l-ewwel tiddefinixxi t-tipi ta' kumpaniji li tkopri - li l-ismijiet tagħhom ivarjaw minn pajjiż għal ieħor.

Eċċezzjonijiet għal din id-Direttiva

Il-gvernijiet nazzjonali huma liberi li jeżentaw lil kumpaniji ta' investiment b'kapital varjabbli u ċerti tipi ta' kooperattivi.

Regoli standard skont din id-Direttiva

  • 1

    Rekwiżiti minimi dwar l-informazzjoni.

L-istatuti jew l-istrument ta' inkorporazzjoni ta' kumpanija b'responsabilità pubblika limitat għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

  • it-tip u l-isem tal-kumpanija,
  • l-objettivi tal-kumpanija,
  • l-ammont ta' kapital,
  • ir-regoli li jirregolaw il-ħatra ta' membri responsabbli għall-ġestjoni, tħaddim u superviżjoni tal-kumpanija,
  • it-tul ta' żmien tal-kumpanija.

Aktar informazzjoni għandha tiġi ppubblikata fl-istatuti, fl-istrument ta' inkorporazzjoni jew f'dokument separat, inkluż:

  • l-uffiċċju rreġistrat,
  • il-valur, numru u għamla tal-ishma sottoskritti (maħruġin mill-kumpanija),
  • l-ammont tal-kapital sottoskritt (maħruġ mill-kumpanija),
  • l-identità ta' dawk li ffirmaw l-istrument ta' inkorporazzjoni jew l-istatuti,
  • l-ammont totali tal-ispejjeż kollha pagabbli mill-kumpanija jew debitati lilha.
  • 2

    Standards oħrajn mal-UE kollha, li jkopru:

  • il-kapital minimum meħtieġ biex tiġi reġistrata PLC - EUR 25 000. Din is-somma minima sejra tiġi eżaminata u possibbilment riveduta kull 5 snin fi-dawl tat-tendenzi ekonomiċi u monetarji tal-UE
  • il-ħruġ u l-akkwist ta' ishma,
  • id-distribuzzjoni ta' dividendi,
  • għajnuna finanzjarja mogħtija mill-kumpaniji għall-akkwist tal-ishma tagħhom,
  • iż-żieda u t-tnaqqis tal-kapital - b'mod speċjali sabiex jiġi żgurat li l-liġijiet nazzjonali jiggarantixxu trattament ugwali lill-azzjonisti kollha li huma fl-istess pożizzjoni u l-protezzjoni ta' kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom ikunu ilhom jeżistu qabel id-deċiżjoni dwar it-tnaqqis,
  • ix-xoljiment ta' PLC.

Din id-Direttiva tillimita wkoll il-possibilità għal PLC sabiex takkwista l-ishma tagħha stess.

Din id-Direttiva tirrevoka u tifformola mill-ġdid it-Tieni Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji (Direttiva 77/91/KEE), li ġiet emendata sostanzjalment mill-1979.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2012/30/UE

4.12.2012

-

ĠU L 315 ta' 14.11.2012

l-aħħar aġġornament 21.03.2014

Fuq